Illum previous editions

ILLUM 1 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1161920

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 minn ta' ċerti referis li telgħin illum. Referis ta' dak il-livell, stajt tkellimhom u kienu jkellmuk bil-kelma t-tajba u jikkalmawk. Illum, sfortunatament hawn ċerti referis li ma jsegwux dak ir-rwol ta' referì li jikkalmaw lill-plejer għax jaħsbu li huma infallibli. Naħseb li b'dan il-mod ma tasalx. Għalkemm ta' min isemmi wkoll li hawn referis żgħażagħ promettenti wkoll u li mexjin fuq il-passi ta' dawk ir-referis li semmejt qabel. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal- futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Naħseb li biex tasal fejn tixtieq fil-ħajja trid tagħmel ċerti sagrifiċċji, kemm jekk hija skola, kemm jekk huwa xogħol u nemmen li fil-futbol huwa l-istess. L-iżjed ħaġa importanti għalija huwa li tieħu t-taħriġ bis-serjetà u li tagħmel dak kollu possibbli li tagħti l-massimu tiegħek. Matul il-karriera kien hemm diversi ċirkostanzi fejn sħabi kienu qegħdin jiddevertu u jien kont nibqa' d-dar għaliex l-għada kien ikolli xi logħba jew xi sessjoni ta' taħriġ filgħodu kmieni. Il-prijorità f 'ħajti dejjem kienet il-futbol u naħseb li huma dawn is-sagrifiċċji żgħar li tagħmel ta' kuljum li jwassluk fejn tixtieq. Ħafna jaħsbu li jekk ikollok it- talent inti tista' tasal. Però, jien inħoss li t-talent waħdu mhux biżżejjed għaliex inti trid dejjem taħdem kuljum biex ittejjeb il-prestazzjonijiet tiegħek. Il- motto f 'ħajti dejjem kien li: "you play how you train", għalhekk dejjem ħadt it-taħriġ b'serjetà kbira. Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol tieghek u mal-futbol? Minn ta' età żgħira, dejjem xtaqt li xogħli jkun idur mal-isport u għalhekk dħalt għalliem tal-Edukazzjoni Fiżika. Fortunatament, il-ħinijiet huma ideali għall-plejer tal-futbol għax ikollok ċans tistrieħ ftit qabel is-sessjoni ta' taħriġ u għalhekk ħadt l-istudju bis-serjetà biex inkun nista' nkompli bil-karriera tiegħi fil-futbol. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil- futbol? Ifhem, il-futur ħadd ma jafu. Għandi relazzjoni tajba ħafna mal-kowċ nazzjonali u meta mmorru nieħdu kafè flimkien dejjem jgħidli li fija jara kowċ promettenti. Però, għalissa għadni indeċiż jekk inkomplix l-istudji tiegħi fuq sport management jew nidħolx għall-karriera fil-kowċing. Fadalli sentejn kuntratt mal-Mellieħa u wara dawn is-sentejn, nixtieq nirtira mil- logħba tal-futbol imbagħad nitkellem mal-familja u nara minn hemm. Li hu żgur hu li l-futbol dejjem kellu parti importanti f 'ħajti u għalhekk naraha diffiċli ħafna li ma jkollix xi rwol f 'dan l-isport tant għal qalbi. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Il-futbol dejjem qabbiltu mal-ħajja. Fil- ħajja ħa jkun hemm ħafna ċirkostanzi fejn l-affarijiet mhux ħa jiġu ward u żahar. L-istess hija l-karriera ta' plejer tal-futbol. Ħa jkollok l-injuries, f 'ċerti okkażjonijiet jaf ma tkunx qed tilgħab kemm tixtieq, allura l-parir tiegħi huwa li m'għandek taqta' qalbek qatt. Dejjem għandek iżżomm saqajk mal- art u taħdem kemm tiflaħ biex tilħaq l-għanijiet tiegħek. Nemmen ukoll li meta tilħaq xi għan, għandek tagħti iżjed mill-massimu biex iżżomm dak il-livell li tkun ilħaqt għax fl-aħħar mill-aħħar dejjem ħa jkollok ċirkonstanzi fejn tista' ttejjeb il-prestazzjonijiet tiegħek. Minn qalbi nawgura lil dawk iż-żgħażagħ kollha li joħolmu li jkollhom karriera fil-futbol u nħeġġiġhom bis-sħiħ biex iżommu saqajhom mal-art u dejjem jaħdmu ta' kuljum sabiex itejbu l-livell tagħhom għaliex fl-aħħar mill-aħħar il-ħajja ta' futboler hija waħda sabiħa u jekk taħdem bil-qalb ittik ħafna sodisfazzjon. qabbiltu mal-ħajja' l-futbol l- Fiżika Il-Ħadd 1 ta' Settembru 2019 | illum Fil-ħajja ħa jkun hemm ħafna ċirkostanzi fejn l-aarijiet mhux ħa jiġu ward u żahar. L-istess hija l-karriera ta' plejer tal-futbol

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 September 2019