Illum previous editions

ILLUM 1 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1161920

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

29 Il-Ħadd 1 ta' Settembru 2019 | illum Sports META l-ewwel edizzjoni tal-IFR Champions Cup saret f 'Settembru tal-2018, wieħed mill-għanijiet kien li jlaqqa' flimkien tliet industriji prinċipali f 'Malta attwalment – iGaming, Fintech u Real Estate – sabiex jinħolqu sinerġiji, iżda mhux biss. Il-kampjonat tal-futbol seven-a-side ġab miegħu ħafna preparamenti u tħejjija, iżda ma kenitx kwistjoni ta' xogħol u ħidma biss peress li fl-aħħar mill-aħħar kulħadd kien kuntent li kienu nġabru €9,000 għal Puttinu Cares Foundation u ALS Malta. Il-kampjonat kien organizzat minn For A Cause Events Ltd, kumpanija li tniedi avvenimenti ta' amministrazzjoni, imwaqqfa minn erbat iħbieb tal-qalb; Nikola Vasovic, Andrew Micallef Trigona, Yiannis Paraskevas u Nora Schembri – fejn l-istess isem tal-kumpanija magħżul jindika l-filosofija bażika li perċentwali ta' kull dħul tingħata għall-karità. L-ewwel edizzjoni tal-IFR Champions Cup, li tnediet ukoll b'kollaborazzjoni mad- Delta Summit u l-Malta Innovation Summit, bdiet permezz ta' ċerimonja tal-ftuħ fl-Intercontinental Hotel, f 'San Ġiljan, fejn kelliema esperti fl- ambitu tagħhom ippreżentaw għarfien interessanti dwar il-ħoloq li jiffurmaw il-katina li tgħaqqad l-iGaming, il-Fintech ur-Real Estateflimkien. Wara dawn il- preżentazjonijiet ittellgħu l-poloz u llejla ġiet fi tmiemha permezz ta' riċeviment ta' networking li matulu setgħu jiġu żviluppati ideat kummerċjali. Il-Kampjonat innifsu ntlagħab matul il-jumejn tas-Sibt 29 ta' Settembru u l-Ħadd 30 ta' Settembru 2018, fil-kumpless Sportiv tal-Marsa. Waqt il- kampjonat ġie imħejji wkoll l-hekk imsejjaħ IFR Village fejn wieħed seta' jsib mhux biss bosta stends tal- ikel minn stabbilimenti rinomati, iżda oħrajn juru catering tal-ikel, minn barra numru ta' siġġijiet komdi, kif ukoll bar. Hawnhekk stajt issib il-plejers, il-familji u s-sapporters tagħhom jieħdu pjaċir flimkien meta ma kinux qed jilagħbu, naturalment! Iċ-ċerimonja tal-ftuħ għal din it- tieni edizzjoni tal-IFR Champions Cup saret ilbieraħ is-Sibt 31 ta' Awwissu fil-Kind's Mercedes Showroom, f 'Ħal Lija. Mistiedna speċjali għal dan il-ftuħ kienu, Rick Goddard (CCO SIGMA) li tkellem għan-nom tal-iGaming, is-Segretarju Parlamentari għas- Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzzjoni, l-Onorevoli Silvio Schembri, u Steve Mercieca, CEO ta' Quicklets u Zanzi Homes, li min-naħa tiegħu tkellem għan-nom tal-qasam tar- Real Estate. Din is-sena, iżda, l-IFR Village u l-kampjonat sejrin isiru ġimgħa wara, jiġifieri is-Sibt 7 ta' Settembru u l-għada, il-Ħadd 6 ta' Settembru dejjem fil-Kumpless Sportiv tal- Marsa. L-iskopijiet ta' dan il-kampjonat jibqgħu bla mibdula – li tlaqqa' n-nies għal logħba futbol tajba u sabiex jinħolqu opportunitajiet ta' networking. Iżda din is-sena hemm sorpriża aħħarija. It-tim rebbieħ tal-IFR Champions League ser ikollu l-opportunità jipparteċipa fil- Continental Football League li ser isir f 'Moska f 'Mejju tal-2020. Għal darb'oħra Puttinu Cares Foundation u ALS Malta huma l-benefiċċjarji ta' dik il-perċentwali li tingħata għall-karità. L-IFR Champions Cup qed tiġi organizzata b'kollaborazzjoni ma' SiGMA / Malta Blockchain Summit, u l-isponsors huma Quicklets & Zanzi Homes – fergħa ta' Ħ'Attard, Teamsport, Betsson Group, SIGMA, Stars Group, Valletta Waterfront, Gourmet Bar & Grill, General Soft Drinks Co. Ltd., Bortex Fine Tailoring, Trustly, Betsoft u l-aħħar iżda mhux l-inqas, JUGS li huma ewlenin fl-għajnuna għat-tnedija kemm taċ-ċerimonja tal-ftuħ kif ukoll tal-IFR Village. Naħsbu f'ħaddieħor permezz tal-IFR Champions Cup minn Cristian Antony Muscat Mumenti mill-IFR Champions Cup Aktar mumenti mill-IFR Champions Cup

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 September 2019