Illum previous editions

ILLUM 1 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1161920

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 DANIEL Vassallo - plejer ta' Tarxien Rainbows bl-uniku ħsieb li għandu f 'moħħu jkun dak li dejjem jagħti l-massimu tiegħu u jaħdem għat-tim biex jilħqu l-objettivi tagħhom. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Minn ta' età żgħira dejjem kelli ġibda lejn l-isport tant li saħansitra bdejt nilgħab il-futbol sa minn meta kelli biss ħames snin u kien minn hemm li rabbejt imħabba lejn il- futbol. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul l-aħħar staġun? Ma kienx staġun faċli. Kellna skwadra b'saħħitha u tajna logħba lil kulħadd fejn ukoll ġibna riżultati ma' timijiet li spiċċaw man-naħa ta' fuq tal-klassifika. Nemmen li kellna skwadra fejn kellna nilħqu l-objettivi tagħna ħafna qabel, però l-importanti huwa li lħaqna l-għan tagħna. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil-Premier? Naqbel għax nemmen li bis- saħħa t'hekk iktar żgħażagħ Maltin ikollhom iċ-ċans tagħhom fil- Kampjonat Premier. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Bilfors ikun hemm differenza. It- timijiet ta' fuq ikollhom baġit ikbar mit-timijiet ta' taħt u b'hekk ikunu iktar professjonali. Niġu issa għall-kwistjoni tal- plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal- proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Ma naqbilx. Jien nemmen li għandna nibqgħu nappoġġjaw it-talent Malti, speċjalment fl-ogħla livell tal-futbol Malti. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Iva, nemmen li ħafna plejers Maltin għandhom livell tajjeb daqs ta' ċerti barranin li jilagħbu fil-Premier u b'hekk irridu nieqfu nħarsu lejn il-plejers barranin differenti mill- Maltin għax il-livell tal-plejers Maltin qiegħed dejjem jogħla. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal- kampjonat Premier? Nemmen lil-grawnds fejn jintlagħbu l-logħob tal-Premier huma kollha ta' livell għoli. L-Istadium Nazzjonali huwa eċċezzjonali u nixtieq li f 'Malta jkun hawn iktar grawnds bit-turf naturali. X'taħseb dwar il-kontroll tar- referis matul l-aħħar staġun? Nemmen li l-livell tar-referis qiegħed jogħla. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? L-aktar ħaġa importanti biex titjieb fil-futbol hija l-professjonalità u d-dedikazzjoni u dawn iġibu magħhom ċerti sagrifiċċji bħal taħriġ ta' kuljum, dieta tajba, u li taddatta r-rutina tiegħek madwar il-futbol. Kif jirnexxilek tlaħħaq max- xogħol tiegħek u mal-futbol? Il-futbol dejjem kellu prijorità kbira fil-ħajja tiegħi, però permezz tal-istudju rnexxieli nsib xogħol li l-ħinijiet tiegħu ma jaħbtux ma' dawk tat-taħriġ u b'hekk inkun nista' nlaħħaq. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Bħalissa, il-futur tiegħi għal din is-sena huwa marbut ma' Tarxien Rainbows u l-uniku ħsieb li għandi f 'moħħi huwa li dejjem nagħti l-massimu tiegħi u naħdem għat-tim biex nilħqu l-objettivi tagħna. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Il-messaġġ tiegħi huwa li qatt m'għandek taqta' qalbek minn xejn. Qatt m'għandek tħares lura minn fejn ġejt. Jien qattajt parti kbira mill-karriera tiegħi nilgħab għal raħal twelidi jiġifieri mal-Imġarr United, fejn dejjem ikkompetew fit-tieni jew it- tielet diviżjoni. Il-ħolma tiegħi dejjem kienet li nilgħab fil-Kampjonat Premier u grazzi għall-għajnuna tal-kowċis u l-ġenituri li dejjem emmnu fija, wettaqt il-ħolma tiegħi. Billi wettaqt il-ħolma tiegħi ma jfissirx li se nieqaf hawn, anzi se nkompli naħdem biex dejjem inkompli navvanza fil- karriera tiegħi! illum Il-Ħadd 1 ta' Settembru 2019 'Il-ħolma tiegħi dejjem kienet li nilgħab l-Kampjonat Premier' minn Cristian Antony Muscat Daniel Vassallo L-aktar ħaġa importanti biex titjieb l-futbol hija l-professjonalità u d-dedikazzjoni u dawn iġibu magħhom ċerti sagriċċji

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 September 2019