Illum previous editions

ILLUM 1 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1161920

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet Il-Ħadd 1 ta' Settembru 2019 | illum Minn Yendrick Cioffi AKTAR minn nofs l-inċidenti fatali li ġraw fuq il-post tax-xogħol fl-aħħar ħames snin seħħew fost impjegati ta' kumpaniji li ma jħaddmux aktar minn disa' persuni jew inkella kienu persuni li jaħdmu għal rashom. Dan irriżulta minn statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u li tat ħarsa lejn l-inċidenti fatali li seħħew fuq il-post tax- xogħol mill-2014 sas-sena li għaddiet. B'kollox, f 'dawn il-ħames snin, 21 persuna tilfet ħajjitha fuq il-post tax-xogħol, b'aktar min- nofs iseħħu f 'kumpaniji li ma għandhomx aktar minn disa' impjegati jew fost ħaddiema li jaħdmu għal rashom. L-aktar sena li fiha seħħew inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol kienet is-sena 2016 fejn tilfu ħajjithom seba' persuni. Is-sena ta' qabel tilfu ħajjithom ħames persuni u s-sena li għaddiet erba' ħaddiema. Anke jekk il-maġġoranza tal-każi seħħew f 'kumpaniji żgħar, matul dawn il-ħames snin kien hemm tliet inċidenti fatali f 'kumpaniji li jimpjegaw bejn 10 u 49 impjegat, tliet każi f 'kumpaniji li jimpjegaw sa 249 persuna u każ wieħed f 'kumpanija kbira li timpjega 'l fuq minn 500 ħaddiem. Dan l-aħħar każ seħħ fl-2015. Il-ħaddiema kollha li tilfu ħajjithom fl-aħħar ħames snin kienu rġiel u mietu wara ġrieħi li ġarrbu f 'rashom. Ħafna minnhom kien għad kellhom biss bejn il-25 u l-34 sena. L-aktar settur li ħasad il- ħajja ta' impjegati kien dak tal-kostruzzjoni fejn b'kollox, f 'ħames snin, tilfu ħajjithom 10 persuni. Fil-fatt, skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, il-biċċa l-kbira tal-każi fatali, jiġifieri disa' każijiet, seħħew fl-inħawi tan-naħa ta' fuq tal-Port, jiġifieri fl-inħawi ta' Pembroke, San Ġiljan, Tas- Sliema, is-Swieqi u oħrajn, il- lokalitajiet li tul dawn l-aħħar snin il-kostruzzjoni fihom ma waqfitx. Erbgħa minn dawn il- każijiet fatali fil-kostruzzjoni, seħħew is-sena li għaddiet u erbgħa oħra fl-2016. Ħames fatalijiet kienu rrapportati fis-settur tal- manifattura. L-istatistika tħares ukoll lejn in-nazzjonalità ta' dawk il-ħaddiema li tilfu ħajjithom mill-2014 sas-sena li għaddiet. Il-biċċa l-kbira tal-ħaddiema li tilfu ħajjithom fuq ix- xogħol, jiġifieri 10 persuni, kienu Maltin. Tilfu ħajjithom ukoll tliet ħaddiema li ma kinux Maltin iżda kienu ġejjin minn pajjiż membru tal-Unjon Ewropea, filwaqt li seba' ħaddiema oħra kienu ġejjin minn pajjiżi terzi. Fl-aħħar xhur seħħew ukoll diversi inċidenti fatali Din is-sena wkoll ħasdet il- ħajja ta' għadd ta' ħaddiema. L-ewwel fatalità seħħet f 'Jannar anke jekk l-inċident li wassal għaliha seħħ l-għada tal-Milied tas-sena li għaddiet fil-power station ta' Delimara. Raġel ta' 45 sena kien tilef ħajtu wara li waqa' minn fuq sellum. Fl-istess xahar, tilef ħajtu Emanuel Grech ta' 65 sena, wara li kien waqa' għoli ta' madwar żewġ sulari f 'xaft ta' kumpless kummerċjali fil- Ħamrun. Raġel ta' 40 sena tilef ħajtu wara li waqa' madwar tliet sulari f 'sit ta' kostruzzjoni fi Triq Francis Zammit f 'San Ġiljan. Dan il-każ seħħ f 'Marzu li għadda. F'Ġunju tilef ħajtu żagħżugħ ieħor ta' 23 sena mill-Mali wara li waqa' għoli ta' madwar erba' sulari fil-bini tal-iskola l-ġdida tal-Qawra. F'Awwissu li għadda tilef ħajtu Martin Kalincev, żagħżugħ ta' 28 sena mill- Maċedonja ta' Fuq. Kalincev, impjegat ma' kuntrattur ta' kumpanija lokali tat-telekomunikazzjoni, kien qed jagħmel xi xogħol f 'Ħ'Attard meta laqat xi wajers tal-elettriku u ħa xokk. Apparti dawn, bla dubju ta' xejn, l-aktar inċident fatali li seħħ fl-aħħar xhur u li għadu jissemma huwa dak ta' Akram Almshay, żagħżugħ Libjan ta' 26 sena li kien tilef ħajtu wara li waqa' seba' sulari f 'sit ta' kostruzzjoni f 'Tas-Sliema. Dan il-każ, li seħħ f 'Novembru tas-sena li għaddiet, baqa' jissemma wara li kien inxtered ritratt ta' dan il-ħaddiem imdendel ma' binja fi Qui Si Sana jissielet għal ħajtu billi jipprova jżomm ma' ħabel. Ħafna mill-inċidenti fatali fuq il-post tax- xogħol qed iseħħu f 'kumpaniji żgħar 21 persuna tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol żmien ħames snin Ahram Almshay, żagħżugħ li tilef ħajtu wara li waqa' seba' sulari fi Qui Si Sana Martin Kalincev, iż- żagħżugħ li miet b'xokk elettriku f 'Awwissu li għadda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 September 2019