Illum previous editions

ILLUM 1 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1161920

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet Il-Ħadd 1 ta' Settembru 2019 | illum Id-differenza bejn il-ġeneri u l-effetti psikoloġiċi u riskju akbar li jaqa' f 'dan il-vizzju. L-istudju jgħid ukoll illi b'mod ġenerali ssir aktar superviżjoni fuq in-nisa meta jkunu qed jużaw l-internet milli fuq l-irġiel u allura dan iwassal biex is-subien jillaxkaw aktar u jagħmlu ħafna iktar ħin fuq l-internet. Minkejja li kif għidna, b'mod ġenerali l-irġiel huma aktar suxxettibbli għal dan il-vizzju hemm differenzi minn pajjiż għall-ieħor kif ukoll minn żona f 'pajjiż għal żona oħra fl-istess pajjiż. Fil-fatt fi tqabbil ta' kulturi differenti jirriżulta illi fiċ- Ċina d-differenzi huma pjuttost kbar fejn jirrigwarda IA, bi kważi 16% tal-irġiel waqgħu fil-vizzju u kważi 6% biss tan-nisa li għandhom l-istess problema. Din hija kompletament differenti fl-Istati Uniti fejn id-dikotomija bejn il-ġeneri tinżel u ddur favur l-irġiel hekk kif 7.3% tal-irġiel kellhom prevalenza tal-IA, filwaqt li kienu 9.7% tan-nisa li kellhom dan il-vizzju. Dan ifisser li mhuwiex daqstant u dejjem awtomatiku li l-irġiel huma aktar vvizzjati għal dak li għandu x'jaqsam l-internet. F'żoni fl-Iran, l-Indja u l-Bangladesh, pereżempju hemm livell ogħla ta' differenza fl-użu tal-internet, filwaqt li hija baxxa ħafna jew inkella hemm iktar nisa milli rġiel li huma vvizzjati f 'pajjiżi bħal Spanja, is-Slovenja, l-Awstrija u oħrajn. Tliet raġunijiet, imma tnejn ikkonfermati fl- istudju Imma għaliex? Kif wieħed jispjega dawn id-differenzi fuq il-bażi tal-ġeneru? L-istudju ta' dawn il-ħames professuri jagħti ħarsa lejn tliet ipoteżijiet. L-ewwel nett, ir-rapport jagħti ħarsa lejn id- disponibbilità tal-internet u allura kemm dan huwa disponibbli għall-ġeneri. Fil-verità r-rata ta' disponibbilità hija dejjem ogħla għall-irġiel, pratikament f 'kull reġjun fid-dinja, b'differenzi konsiderevoli minn post għall-ieħor. Fl-Afrika, pereżempju, id-differenza bejn l-irġiel u n-nisa li jużaw l-internet hija ta' 23%, filwaqt li fl-Amerika hija biss ta' 2%. Dan juri, u dan huwa korrelat mal-istudju stess, illi l-persentaġġ ta' nisa li jużaw l-internet huwa dejjem inqas f 'pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. Dan ifisser illi l-internet huwa inqas disponibbli għal nisa f 'dawn il-pajjiżi. Imma għaliex? Ipoteżi oħra dwar għaliex hemm differenza fl-IA fuq bażi ta' ġeneru huma n-normi kulturali. Hemm diversi pajjiżi fejn huwa aktar aċċettabbli li raġel jingaġġa f 'attivitajiet ta' vizzji bħal xorb ta' alkoħol, tipjip kif ukoll ta' vizzji relatati mal- internet. Fl-Eġittu u l-Indja, pereżempju waħda minn kull ħames nisa, temmen li mhux xieraq illi mara tuża l-internet jew inkella jgħidu li l-familja tagħhom ma japprovawx l-użu tal-internet minn mara. Dan allura jwassal biex l-irġiel ikollhom aktar kuntatt mal-internet. U finalment l-aħħar ipoteżi hija dik illi tagħmel korelazzjoni bejn l-istat ta' saħħa psikoloġika u l-ġeneru. Ir-rapport ifakkar illi s-sintomi tal-vizzju tal-użu tal-internet huma ġeneralment; nuqqas ta' saħħa psikoloġika, stima baxxa tiegħek innifsek, skuntentizza u dipressjoni. Ir-rapport ifakkar illi dawk li jagħmlu ħames sigħat jew aktar jużaw l-internet juru dwejjaq jew ħsieb/ippjanar ta' suwiċidju. Kien propost ukoll li l-użu qawwi tal-internet fost l-irġiel jista' jkun li qed jirrifletti xewqat ta' eskejpiżmu fl- ispazju ċibernatiku, bħala mod kif inessi d-dipressjoni. L-istudju sab li hemm verità fl-ewwel u t-tieni ipoteżi iżda mhux għat-tielet. Taħrab, jaqbduk id- dwejjaq u trid terġa' taħrab It-tieni studju li se nħarsu lejh huwa biex nevalwaw l-effett psikoloġiku ta' dan il-vizzju. Dan sar minn erba' studjużi: Michela Romano u Roberta Truzoli mill- Università degli Studi di Milano u Lisa A Osborne u Phil Reed mill-Univeristà ta' Swansea fl-Istati Uniti. B'kollox ipparteċipaw f 'dan l-istudju 50 persuna, 27 raġel u 33 mara. Dawn ingħataw test psikoloġiku biex ikunu eżaminati l-burdata u l-ansjetà ta' persuna wara li jkunu esposti għall-internet għal kwarta. Kien osservat tnaqqis konsiderevoli u impatt negattiv fuq il-burdata ta' dawk li jużaw l-internet b'mod frekwenti ħafna. Imma aktar minn hekk l-istudju jgħid illi l-użu eċeassiv tal-internet ikun forma ta' eskejpiżmu f 'ċirku vizzjuż. "Eskejpiżmu li jbiddel il-burdata f 'waħda agħar, iwassal għal bżonn għal aktar eskejpiżmu mill-burdata ħażina." Interessanti kif dan l-istudju sab, għalkemm qal li hemm bżonn issir aktar riċerka, illi hemm rabta bejn l-użu estensiv tal-internet u persuni bl-awtiżmu. L-istudju jgħid illi jista' jkun li min ibati mill- awtiżmu, jippreferi l-internet bħala l-mezz favorit ta' interazzjoni. Open Day - Ċentru ta' Riċerka u Żvilupp, Għammieri, Marsa It-Taqsima għall-Komunikazzjoni Strateġika f'isem il-Ministeru Għall-Ambejnt, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil Fil-Klima qegħdha tistieden bejjiegħa li għandhom vanijiet antiki (vintage food trucks) li minnhom jbiegħu ikel internazzjonli li jixtiequ jipparteċipaw f'din l-attivita' li ser tiġi organizzata ġewwa ċ-Ċentru ta' Riċerka u Żvilupp fl-Għammieri nhar il-Ħadd 29 ta' Settembru 2019 bejn id- 09:00 ta' filgħodu u l-15:30 ta' waranofs in-nhar. Dawk kollha nteressati jistgħu jikkuntatjaw lit-Taqsima għall-Komunikazzjoni Strateġika fuq 22926202 jew b'imejl fuq infoscu.mesdc@gov.mt sa mhux iktar tard mill-11 ta' Settembru 2019, f'nofs in-nhar. Il-ġenerazzjonijiet tal-internet (Ritratt: Getty Images)

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 September 2019