Illum previous editions

ILLUM 1 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1161920

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

Minn Albert Gauci Cunningham "TĦOSSOK qiegħed waħdek, minsi minn kulħadd. Ċella apparti, mingħajr ventilaturi, toilets huma tal-ġebel u biex tiflaxxja trid timla barmil, u ilma bla pressa. Lanqas sal-librerija ma jħalluk tmur. Fix-showers m'hemmx biżżejjed misħun għal kulħadd u post mudlam. Waħdek u m'għandekx x'tagħmel ħlief torqod. Kemm toħroġ filgħodu għall-fall in biex jaraw li ħadd ma ħarab u lura fiċ- ċella." Hekk sostna ma' din il- gazzetta eks-priġunier dwar il-ħajja tiegħu fil-ħabs u fl-iżolament. Hu fil-fatt kien qed jirreaġixxi għall-artiklu li deher fuq din il-gazzetta nhar il-Ħadd illi għadda u li tratta l-iżolament fil-ħabs. Dan l-eks-priġunier qal li mhu minnu xejn li jsiru testijiet qabel jitpoġġew fl-iżolament, anzi sostna mal-ILLUM illi wara li jispiċċa l-perjodu legali ta' iżolament li skont il-liġi Maltija hija massimu ta' 10 ijiem, ċerti priġunieri ġieli jintbagħtu f 'Division 13 bħala kastig mill-ġdid. Sfortunatament, minkejja diversi attentati u mistoqsijiet b'email lill-Kelliema tal- Ministeru tal-Intern, id-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin baqa' qatt ma wieġeb. L-ILLUM staqsiet lid-Direttur biex jgħid jekk jaqbilx li l-prattika tal-iżolament għandhiex tkun ipprojbita u kemm- il priġunier bħala medja jitpoġġa f 'iżolament. L-eks priġunier allega illi ċ-ċella li kien ikun fiha kellha ħafna ġrieden, "kont inkun rieqed tismagħhom għaddejjin, iduru miegħek. Biex tgħaxxaq imbagħad tant hu diżastru l-post li lanqas fann ma kien ikollna għax l-elettriku batut." "Immaġinak ġo kamra mudlama, m'għandekx x'tagħmel ħlief tipprova torqod," jgħid il-priġunier. "Ħafna drabi għalxejn għax tkun ilek rieqed u ma jkollokx nagħas. Ġieli l-lejl lanqas b'xejn ma jgħaddi," jinsisti u malli tqum tieħu qatgħa għax għandek ġurnata mill-ġdid, tħares, bilfors hemmhekk." Imma kien hemm mhux għax ħaqqu? L-eks-priġunier jispjega kif spiċċa l-ħabs u preċiżament kif spiċċa f 'iżolament. "Fl-2012 dħalt il-ħabs. Kienu mietu l-ġenituri tiegħi u prattikament spiċċajt bla ġenituri u allura spiċċajt bla saqaf fuq rasi. Għalhekk sraqt u weħilt disa' snin ħabs. Tista' timmaġina, disa' snin bla appoġġ, bla familja u waħdi." Qal illi sentejn wara li daħal il-ħabs, daħlet xi droga ġdida fl-istess post. "Jiena qatt ma kont ħadtha din id-droga sintetika. F'kemm ili ngħidlek il-ħabs spiċċa invażat biha u kulħadd jiġġieled minħabba fiha," qal lill-gazzetta. "Jiena dħalt f 'din ix-xibka u hemmhekk (fil-ħabs) ikunu jafu li missejt mad-drogi. Jibdew ġejjin għat-test tal-awrina u jirraġunaw illi ladarba ħadt id-droga se jibqgħu jsibuk." Kien propju għalhekk illi l-eks-priġunier li kellem lil din il-gazzetta spiċċa f 'iżolament fil-ħabs. Mistoqsi dwar ir-relazzjoni tagħhom mal-gwardjani tal- ħabs meta jkunu f 'iżolament hu jgħid hekk: "Isma' ħa ngħidlek, il-gwardjani jkunu f 'post għalihom, ma jkunx hemm xi kuntatt! Huma ġo kamra kollha kompjuters bl-arja kkundizzjonata u biex tkellimhom trid toqgħod tgħajjat, 'sir, sir...' anke biex jitfulek id-dawl." Huwa jsemmi inċident partikolari lura fl-2016. "Niftakar dak iż-żmien kienet għaddejja l-Euro 2016 u kien hemm il-finali bejn Franza u l-Portugall u tlabna permess ta' darba biex iħalluna naraw il-finali. Ġie miċħud!" Mhux abolit, imma... Mistoqsi allura jaħsibx li l-prattika li titfa' priġunier fl- iżolament fil-ħabs għandhiex titwaqqaf, hu qal li mhux qed jgħid li din għandha tkun abolita, "qed ngħidlek li l-kundizzjonijiet mhumiex ta' nies speċjalment meta dejjem niftaħru bil-kwalità tal-ħajja." Xi ppubblikat din il- gazzetta? Nhar il-Ħadd li għadda, il- gazzetta ILLUM analizzat id- dokument ippubblikat mid- Dekan Andrew Azzopardi. Fih huwa qed jappella illi tkun abolita l-prattika tal-iżolament fil-ħabs primarjament minħabba l-effetti negattivi psikoloġiċi fuq il-persuni li jgħaddu minn din l-eperjenza kif ukoll minħabba li l-miżura mhix effettiva għall-għan ta' faċilità korrettiva. Intant din il-gazzetta kellmet ukoll lil Charles Mifsud, Chairperson tal- Fondazzjoni Rise u George Busuttil mill-għaqda li tgħin lill-priġunieri; Mid-Dlam għad-Dawl. Dawn it-tnejn qablu li mhux neċessarjament għandha tkun abolita din il-prattika, għalkemm jinsistu li din għandha tkun kastig fiha nnifisha u allura l-Qorti m'għandhiex tordna l-iżolament u lanqas għandha persuna li tkun f 'iżolament tintbagħat il-Qorti fuq l-istess każ. 3 Il-Ħadd 1 ta' Settembru 2019 | illum Aħbarijiet Pożizzjoni tista' tkun kofinanzjata minn Fondi Ewropej/Fondi Bilaterali SENIOR MANAGER (EU FUNDS) Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta' Senior Manager (EU Funds) fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza. L-applikanti għall-pożizzjoni ta' Senior Manager (EU Funds) għandhom ikunu fil-pussess ta' kwalifika ta' Masters rikonoxxuta f'Livell 7 tal-MQF f'oqsma relatati flimkien ma tliet snin esperjenza ta' xogħol relevanti. L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, 31B, Tal-Pilar, Marsamxett Road, Valletta, VLT 1850 sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa 6 ta' Settembru 2019. Aktar dettalji jistgħu jiġu pprovduti mill-Gazzetta tal-Gvern ppublikata fit- 23 t'Awwissu 2019. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mnizzla minn https://publicservice.gov.mt/en/people/Pages/PeopleResourcingandComplia nce/FormsandTemplates.aspx 'Waħdek u m'għandek xejn x'tagħmel ħlief torqod' Il-ġimgħa l-oħra din il-gazzetta analizzat opinjonijiet dwar l-iżolament l-ħabs. Din il-ġimgħa tkellimna ma' eks- priġunier li kien f'iżolament... Ritratt: Alamy

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 September 2019