Illum previous editions

ILLUM 1 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1161920

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

23 illum | Il-Ħadd 1 ta' Settembru 2019 TV/Ċinema s-swali taċ-ċinema STORJA moderna oħra dwar kif wieħed jista' jsib l-imħabba minkejja l-ħafna kontradizzjonijiet li jiltaqa' magħhom hu The Sun Is Also A Star. Dan il-film jesplora jekk ħajjitna hijiex iddominata mid- destin li nitwieldu bih jew mill- intriċċi regolari li niltaqgħu magħhom. Natasha Kingsley (Shadidi), tfajla kariżmatika mimlija sens komun, imwielda l-Ġamajka tiltaqa' ma' Daniel Bae (Melton), student tal- mediċina, fil-ferneżija u fervur ta' triq prinċipali ta' New York City u mill-ewwel tinbet bejniethom attrazzjoni speċjali. Żewġ stranġieri mitlufa fi triq traffikuża li setgħu qatt ma ltaqgħu kieku d-destin ma tahomx palata. Se jkollhom dawn it-tnejn ċans li juru mħabbithom għal xulxin meta l-ħin qed jagħfas għal Natasha li qed tiġġieled biex il-familja tagħha ma tkunx iddeportata dakinhar stess u biex tassew turi dik l-affezzjoni li qed tħoss għal Daniel li fil- ftit ħin li ltaqgħu kkonvinċieha kemm tassew huma maħluqin għal xulxin? Naturalment, din il-produzzjoni hi bbażata minn fuq il-ktieb bestseller ta' Nicola Yoon. Dan ir-rumanz dam fl-ewwel post tal-lista tal-Aqwa Kotba li nbiegħu tal-New York Times u anki rċieva tifħir minn ħafna sorsi. L-awtrici riedet turi kif f 'metropoli ta' aktar minn 8 miljun ruħ x'inhu ċ-ċans li xi ħadd isib is-sieħeb/a perfett/a tiegħu fil-ħin limitat li jistgħu jqattgħu flimkien. Yoon, li twieldet il-Ġamajka, trabbiet u kibret fi New York, kienet itterraq mat-triqat t'hemm u anki sabet is-sieħeb romantiku tagħha f 'din il-belt. The Sun Is Also A Star Atturi Ewlenin: Yara Shadidi; Camrus Johnson; John Leguizamo. Direttur: Ry Russo-Young. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 100 min. Ċert. 12A Atturi Ewlenin: Kaya Scoselario; Barry Pepper; Morfydd Clark; Ross An- derson. Direttur: Alexandre Aja. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 87 min. Ċert. 15 Crawl ĠIELI, films hekk imsejħa ta' kategorija B tant joħorġu tajbin u tant iżommulek l-attenzjoni li ma jintgħarfux minn oħrajn suppost ta' klassi. Eżempju bħal dan kien A Quiet Place li ħareġ madwar sena ilu. Crawl jidħol sewwa din il- kategorija. Dan ix-xogħol nista' nikklassifikah bħala thriller tal-biża' u tensjoni jew film tad-diżastri fejn il-bniedem ikollu jeħodha ma' bestji feroċi u għatxana għall-ikel. Haley Keller (Scodelario), għawwiema gwappa mill-Università ta' Gainesville, Florida, tirċievi messaġġ li urugan ta' kategorija 5 qed joqrob lejn id-dar ta' missierha, Dave (Pepper), li mhux iwieġeb it-telefon. Kontra l-istruzzjonijiet tal- pulizija ta' dan l-Istat, hi ssuq biex tfittxu fil-qalbha ta' din it-tempesta qalila. Mal-kelb ta' missierha Sugar, isibu lil Dave mitluf minn sensih u ferut fil-kantina baxxa tad-dar fejn hi jkollha titkaxkar biex tersaq lejh. Bl-ilma kontinwament dieħel fil-kantina, jidħlu wkoll xi kukkudrilli u dawn it-tnejn jinqabdu hemm mingħajr triq għal barra. B'furja liema bħalha, l-andament ikompli b'attakki spissi ta' dawn il-bestji li anki jagħmlu ħerba minn nies oħrajn li jkunu jisirqu minn supermarket u minn xi pulizija li qed jagħmlu r-ronda bi speedboat. Crawl jiżvolġi b'manija tal-ġenn, b'mod elaborat u pjaċevoli l-ħin kollu, b'xi stennija ta' xi qatgħa gwappa kull tant ħin kif ukoll xi mumenti umoristiċi u mhux daqstant realistiċi. Kaya Scodelario hi addattata ħafna biex tesibixxi biża' palpabbli fuq wiċċha u kważi ġġorr din il-produzzjoni fuq spallejha. Bħala għawwiema ħafifa tagħmel sens meta tisgiċċa bl-għawm minn dawn il- predaturi. Ħadt pjaċir ħafna u mhux mistenni nara dan il-film daqs meta rajt 10 Cloverfield Lane (2016), bl-istess atmosfera ta' bruda u Alligator (1980), li kellu aktar stil leġġer! BLINDED By The Light verament hu film ħelu u ferrieħi li żgur wieħed joħroġ mit-teatru b'burdata eċċellenti wara li jarah. L-atmosfera ta' dan il-film tikkumplimenta lil xi oħrajn ta' Gurinder Chadha, id-direttriċi Ingliża ta' nisel Indjan, fosthom Bend It Like Beckham, Bride And Prejudice (2004) u It's A wonderful Afterlife (2010). Dan hu xogħol bijografiku, kummiedja b'sekwenzi drammatiċi, speċi ta' film mużikali, dwar il-ħajja tal- ġurnalist Sarfraz Manzoor u l-imħabba intensa li kellu għall- kanzunetti ta' Bruce Springsteen. Il-film hu addattat mill-memorji ta' Manzoor stess mill-ktieb Greetings From Bury Park: Race, Religion and Rock N'Roll. Ambjentat fil-belt ta' Luton fl-1987, fi żmien it-tmexxija ta' Margaret Thatcher, l-istorja turi kih Jarved (Kalra), żagħżugħ ta' nisel Pakistani, fi żmien ta' taqlib ekonomiku u razzjali, sab mod kif jevita l-inkwiet billi jikteb il- poeżiji u jinkaram bil-kbir għall- kanzunetti ta' Bruce Springsteen. Barra minn hekk, ikollu jiffaċċja quddiemu missier stinat li jħaddan il-kultura Pakistana, ħaġa li għal Jarved mhijiex loġika. Bħal xi xogħlijiet oħra ta' Chadha u oħrajn Brittaniċi ta' diretturi ta' nisel Orjentali, din il-ħaġa tal-patrijarka li jrid bilfors jipperswadi lil uliedu fl- użanzi ta' pajjiżu, meta mdorrijin mod ieħor, rajnieha bosta drabi qabel. Permezz tal-liriċi qawwija ta' Springsteen, fejn dan iż- żagħżugħ jara xebh perfett mal- klassi tal-ħaddiema li hu stess jagħmel parti minnha, isib mod xieraq kif jeħles mis-sikkatura, iwettaq il-ħolm tiegħu u anki jrabbi l-kuraġġ jesprimi ruħu kif iħobb hu. Blinded By The Light (l-isem jirreferi għall-kanzunetta popolari ta' dan il-kantant), hi produzzjoni relevanti ħafna għal dawk li jridu jfittxu t-triq propizja li jħossu tajba għalihom. Impressjonanti hu Viveik Kalra bħala tfajjel li jintlaqat mill- inkwiet razzjali u mill-fissazzjoni tradizzjonali ta' missieru u xorta waħda dejjem jibqa' ferrieħi u pożittiv. Min ma jiħux grazzja ma' dan il-film, tassew ikollu qalbu iebsa! Blinded By The Light Good Boys GOOD Boys hija kummiedja sfrenata, xi daqsxejn vulgari, mimlija inċidenti maħluqa minn tlitt itfal ħbieb ta' madwar 12-il sena. Il-produtturi Deth Rogen (ukoll attur) u Evan Goldberg kienu ħassew il-ħtieġa li jagħtu partijiet prominenti lin-nisa f 'kummiedji addattati għall-kbar bħal Bad Teacher b'Cameron Diaz. F'Bad Boys dawru ħarsthom fuq tlitt itfal li għadhom ma sarux żgħażagħ biex jesibixxu affarijiet, kultant xokkanti, għal età ħafna akbar. Max (Tremblay), Thor (Noon) u Lucas (Williams) dejjem flimkien, jesploraw il-viċinanzi tal-inħawi fejn joqogħdu aktarx jiġru bir-roti. Minkejja l-età tenera tagħhom, ilsienhom hu laxk u anki bdew jinnotaw żgħażagħ u anki adulti oħrajn jinħabbu. Meta Max ikun mistieden f 'riċeviment fejn irid ibus lis-sieħba żgħira tiegħu, hu jippanikkja għax ma jafx kif. Biex inemmsu fuq maħbubin ġirien, jieħu d-drone ta' missieru, kontra kull ordni speċifika li jħallilu, meta dan ikun barra, u dan l-apparat jinkiser. Din il-ħaġa ġġibhom f 'rivalità ma' żewġ tfajliet ġirien u anki jisirqulhom il-handbag. B'emerġenza kbira biex jaraw kif se jissuplixxu d-drone, jgħaddu minn avventuri gwappi ta' ġiri sfrenat, jaħarbu mill-qilla ta' xi wħud li jkunu ddrogati jew alkoħoliċi u jnisslu ħerba sħiħa, f 'ġurnata waħda ta' proporzjon epiku. Good Boys hu mimli ċajt sesswali mħallat mal- innoċenza ta' dan it-trio. It- tlitt itfal huma naturali ħafna fil-parti tagħhom u minkejja sekwenzi ta' umoriżmu vulgari, jikkumplimentaw tajjeb mal-mentalità mhux matura tagħhom! Atturi Ewlenin: Jacob Tremblay; Brady Noon; Keith L. Williams; Midori Francis; Molly Gordon. Direttur: Gene Stupnitsky. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 95 min. Ċert. 15

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 September 2019