Illum previous editions

ILLUM 1 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1161920

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 JONATHAN Debono - goalkeeper titolari ta' Gudja Unted u li qed iħares 'il quddiem biex ikollu staġun mill-aqwa ma' dan it-tim promoss fil-Kampjonat Premier Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn ta' età żgħira. Niftakar li missieri kien ħadni l-ewwel darba fin-nursery ta' Bikirkara meta kelli ħames snin. X'tikkummenta fuq l-esperjenza preżenti tiegħek ma' Gudja United? L-esperjenza tiegħi ma' Gudja United hija waħda pożittiva immens. Għalkemm ilni biss madwar sena ma' dan il- klabb ġejt milqugħ tajjeb ħafna minn kull min hu involut fil-klabb u minn hawnhekk nixtieq ngħid grazzi ta' dan. Nitkellmu dwar l-aħħar staġun ta' Gudja. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul dan l-istaġun? Iktar ma beda jgħaddi ż-żmien u logħob, iktar it- tim beda jifforma l-identità tiegħu u naddottaw il- filosofija ta' logħob li xtaquna nilagħbu l-kowċis tagħna. Dan wassal biex fil- fażi kruċjali tal-kampjonat għarafna niksbu sensiela ta' suċċessi. X'taħseb li kien is- sigriet tas-suċċess biex bħala Gudja ksibtu l-promozzjoni għall- Kampjonat Premier? Naturalment, wieħed ma jistax ma jsemmix il- ħidma siewja tal-president, kumitat u kowċis tagħna li bi tmexxija ħabrieka u professjonali għarfu jibnu skwadra tajba ħafna. Però, l-iktar fattur determinanti fl-opinjoni tiegħi kien l-għaqda bejn il-plejers u s-sens ta' armonija li dejjem kien hemm fil-grupp. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Il-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni dejjem ikun wieħed kumbattut fejn kull tim jista' jtellef il-punti lil xulxin, però jkun hemm ċerti timijiet li jkollhom dik ix-xi ħaġa iktar mill- oħrajn. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Hawn taħlita fl-opinjoni tiegħi. Hawn barranin li huma ta' livell għoli u ssib ukoll barranin li forsi ma jkunux daqstant ta' livell. Kemm int kuntent bil- grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat? Il-grawnds li nilagħbu fihom huma ta' livell tajjeb, però nemmen li jekk tinstab soluzzjoni fejn il- pitch jiġi mxarrab qabel il- partita jkun jista' jintlagħab iktar futbol sabiħ. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul l-aħħar staġun? Il-kontroll tar-referis kien wieħed tajjeb. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Is-sagrifiċċji huma ħafna. Apparti t-taħriġ tal-futbol kuljum, plejer biex iżomm il-forma tiegħu, irid ifassal pjan ta' strength and conditioning li jkun adattat għalih, jieħu ħsieb id-dieta tiegħu u jistrieħ tajjeb. U ma nistgħux ma nsemmux is-sagrifiċċju tal-ħin mal- familja. Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol tiegħek u mal- futbol? Fejn ikun possibbli dejjem nippjana bil-quddiem biex naturalment ikolli ħin għat-tnejn. Dan jinvolvi diversi sagrifiċċji. Eżempju żgħir, meta jkun hemm il-logħob fost il-ġimgħa, ikolli nieħu ġurnata leave biex inkun mistrieħ biżżejjed u mentalment ippreparat. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Inħoss li għadni b'saħħti u nemmen li bl-għajnuna ta' Alla fadalli diversi snin fix- xena tal-futbol lokali. Huwa importanti li plejer dejjem ifassal ċerti tragwardi f 'moħħu, f 'kull stadju tal-karriera tiegħu u ħa nibqa' naħdem u nistinka biex dawn it- tragwardi nilħaqhom. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Il-messaġġ li ngħaddilhom hu li jekk huma għandhom xi xewqa f 'moħħhom, ibqgħu tħarrġu, stinkaw, irsistu u kunu lesti li tagħmlu kull tip ta' sagrifiċċju biex dik ix-xewqa ssir realtà. Il-Ħadd 1 ta' Settembru 2019 | illum 'Ħa nibqa' naħdem u nistinka biex nilħaq it-tragwardi tiegħi' Cristian Antony Muscat Jekk tinstab soluzzjoni fejn il- pitch jiġi mxarrab qabel il-partita jkun jista' jintlagħab iktar futbol sabiħ Jonathan Debono (Lemin)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 September 2019