Illum previous editions

ILLUM 1 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1161920

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 Il-Ħadd 1 ta' Settembru 2019 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Editur: Albert Gauci Cunningham U kemm se ndumu għaddejjin biha! Dat-teatrin! Għal darb'oħra l-Pulizija marru f 'post fejn kien hemm numru ta' immigranti jgħixu, uħud minnhom ingħad li kienu mal- ħames persuni f 'kamra. U kellna d-djar tal-midja kollha hemmhekk, kulħadd kien qed jitkellem dwar dan il-każ u dwar l-immigranti li "nqabdu" u nħarġu b'mod xejn ċerimonjuż minn din il- binja li mhux wisq żmien ilu kienet skola għall-istudenti Russi. Sfortunatament ftit biss wara l-immigranti reġgħu lura fl-istess binja fuq ordni tal-Qorti sad-9 ta' Settembru meta tittieħdet deċiżjoni finali dwar din il-binja. Ħa nibdew minn dak li hu bażiku; din hija problema mill-aktar serja. Tkun xi tkun id-deċiżjoni tal-Qorti dawn l-immigranti, xi mkien iridu jgħixu ladarba għandhom permess ikunu Malta. Mela allura d-deċiżjoni tal-Qorti, jekk tkun biex din il-binja tingħalaq, se tkun biss qed titfa' l-problema f 'postijiet oħrajn. Il-problema hija li llum f 'pajjiżna nħolqot klassi ġdida, il-klassi l-baxxa ta' taħt il-klassi l-baxxa. Dan huma nies li qatt mhuma se jifilħu jħallsu l-kirjiet kummerċjali li hawn bħalissa, sakemm ma jkunux sitta jew sebgħa, f 'appartament ta' tlieta jew erbgħa. Allura huwa prattikament ovvju li dawn se jduru għal alternattivi irħas u inqas komdi. Dan naturalment ma jfissirx li huwa ġġustifikat li persuna titħalla qisha annimal, imma issa ejja nħarsu lejn il-prattika u nsibu soluzzjonijiet prattiċi. Din il-gazzetta f 'bosta editorjali mhux biss uriet solidarjetà iżda ċanfret lil dawk li jittrattaw lil persuna b'mod ħażin jekk mhux viljakk sempliċiment minħabba l-kulur tal-ġilda. Imma issa jeħtieġ immorru lil hinn minn hekk. Hawnhekk għandna problema li jekk mhux se nsolvuha se jkollna, mil-lejl għan-nhar, mijiet ta' persuni fit-triq jittallbu u bla saqaf fuq rashom. X'għandu jsir? L-ewwel nett għandu jkun aċċertat li l-istokk kollu ta' proprjetà li hawn fis- suq tal-kiri huwa legali u skont l-istandards mistennijin fil-liġi. Qed nirreferu għal kull aspett; jekk hux ventilazzjoni, sigurtà, saħħa tal-ġebla, għamara bażika, numru ta' twieqi, dawl, ilma sħun u aktar. Proprjetajiet li ma jgħaddux minn dan it-test tar-rekwiżiti ma jistgħux jinkrew. It-tieni; hemm bżonn li ssir eżaminazzjoni ċara u stretta ta' kemm hemm nies jgħixu f 'kull appartament u jekk hemm bżonn liġi li tirrestrinġi kemm nies jistgħu jgħixu f 'kemm spazju. Dan mhux pajjiż tat-tielet dinja u huwa fl-interess ta' kulħadd (ħlief ta' min hu ħanżir) li jkun hemm din ir-restrizzjoni. Ma jistax ikun li f 'appartament ta' żewġ kmamar tas-sodda (li allura jraqqad erbgħa) jorqdu tmienja jew 10 minn nies. Inkunu qed noħolqu gallinari mhux postijiet fejn persuna tgħix. Dan apparti li qed nitfgħu fi żvantaġġ enormi lill-koppji jew persuni li jixtiequ jikru. It-tielet; kull appartament, dar, garaxx ... kull toqba li qed tinkera trid tkun irreġistrata. Jekk qed tikri appartament trid tirreġistra dak il-post bħala wieħed li qed jinkera bħala post tal-għixien. Ma jistax ikun li nibqgħu għaddejjin b'din il-ġungla assoluta fejn kulħadd jagħmel li jrid. Ħadd mhu qed jgħid li m'għandekx tikri jew li għandek tikri bit-tali prezz, però l-istat għandu kull dritt jara li qed tikri, li jieħu t-taxxa minn fuq dik il-kirja u li jara illi dik il- kirja hija skont l-istandards u l-liġi. Ikun hemm min, forsi għax hekk jaqbillu, jgħid li din hija politika tal- big brother. Skuża patetika, jekk qatt kien hemm waħda! Il-Gvern għandu kull dritt jara li l-liġi tkun osservata, mingħajr il-bżonn li jbagħbas fis- suq. Meta toqgħod taħsibha, il-vera bidu tas-soluzzjoni għal dak li hawn madwarna mhix biss il-kompassjoni. Irridu mmorru oltrè minn hekk. Għalhekk nemmnu li l-bidla fil-liġi tal-kera trid tmur lura fuq il-mejda u tikkunsidra li llum mhumiex biss familji Maltin li qed jikru, imma mijiet jekk mhux eluf ta' barranin li għandhom dritt ikunu f 'pajjiżna u li huma l-ifqar fost il-fqar. Inkella dak li rajna din il-ġimgħa se nibqgħu narawh, darba, darbtejn, tlieta, għaxra ... Soluzzjonijiet, mhux kompassjoni biss

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 September 2019