Illum previous editions

ILLUM 1 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1161920

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 1 ta' Settembru 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn età żgħira ħafna. Peress li ħija u missieri kienu ffissati fuq il-logħba tal- futbol, tista' tgħid li jien twelidt f 'dan l-isport. Ħafna nies jgħiduli li fl-1990, meta jien kien għad kelli biss sentejn u kienet qed tiġi organizzata t-Tazza tad-Dinja tal-Italia 90, jien kont naf ħafna mill- ismijiet tal-plejers bl-amment. Għalkemm jien ma niftakarx però ħafna nies isemmuli dan iż-żmien. Imbagħad ta' sitt snin ingħaqadt man- nursery tal-Mellieħa fejn bqajt tiela' tarġa tarġa sakemm lgħabt mat-tim tal-kbar. X'tikkummenta fuq l-esperjenza prezenti tieghek ma' Mellieħa? Wara nuqqas ta' għaxar snin, ħassejt li kien wasal il-mument li nirritorna ma' raħal twelidi. Minn ta' età żgħira kelli x-xewqa li mqar nilgħab logħba waħda fl-ogħla livell tal-futbol Malti. Allura meta tlaqt minn mal-Mellieħa għal ma' Balzan fl-ewwel diviżjoni dik kienet ix-xewqa tiegħi. Meta mbagħad tqis li lgħabt 'il fuq minn 110 logħbiet fil-Premier ħassejt li t-tragward li kelli lħaqtu, u għalhekk naħseb li kien wasal il-mument opportun li nirritorna biex nagħti xi ħaġa lura u ntemm il-karriera ma' raħal twelidi. S'issa l-esperjenza tiegħi kienet waħda pożittiva ferm, fejn għalkemm sibt skwadra kompletament differenti minn meta tlaqt, però n-nies li jaħdmu bla waqfien minn wara l-kwinti kienu għadhom hemm, allura kienet faċli għalija li naddatta ruħi għal ambjent familjari ħafna. Nitkellmu dwar l-istaġun ta' Mellieħa. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul dan l-istaġun? Meta tqis li l-istaġun l-ieħor il-klabb ta' Mellieħa kien għadu kif rebaħ il-promozzjoni mit-tielet diviżjoni, kulħadd kien konxju li dan kien ħa jkun staġun daqsxejn diffiċli. Però, naħseb li d-deċiżjonijiet li ttieħdu fil-bidu tal-istaġun kienu meħuda bil-għaqal. Fejn qabel il-klabb kien jiffirma kowċ għal sena waħda biss, din is-sena l-kumitat embarka ruħu għal pjan fit-tul. Fil-fatt ġew ingaġġati żewġ kowċis ta' livell għoli ħafna (Brian Bartolo bħala kowċ u l-assistent tiegħu Nenad Tomic) li fl-opinjoni tiegħi apparti li dawn jikkumplimentaw lil xulxin, jagħmlu xogħol professjonali għall- aħħar. Allura l-ewwel għan għal din is-sena kien li nżommu postna fit-tieni diviżjoni u fl-istess ħin jiġu introdotti żgħażagħ promettenti fit-tim tal-kbar. Naħseb li dawn iż-żewġ għanijiet ilħaqniehom it-tnejn u għalhekk issa kulħadd qiegħed iħares għall-istaġun li ġej b'mod pożittiv u forsi ntejbu l-pożizzjoni tagħna kemm nistgħu. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Mill-mod kif żvolga l-kampjonat naħseb li d-differenza kienet tidher ċara fejn tista' tgħid li l-klassifika kienet maqsuma fi tnejn - sitt timjiet ta' fuq u sitt timijiet fuq in-naħa t'isfel. Għalkemm nemmen li minn Jannar 'l hemm it-tim tagħna tjieb drastikament fejn saħansitra rbaħna liċ-champions tat-tieni diviżjoni. Naħseb li fl-ewwel rawnd tlifna wisq punti u għalhekk kien diffiċli ferm biex intejbu l-pożizzjoni tagħna fil-klassifika għax id-distakk bejn is-sitt timijiet ta' fuq u dawk t'isfel kien wieħed konsiderevoli wara l-ewwel rawnd. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell meta kkomparati mal-plejers Maltin? Bħala plejer naħseb li l-plejers barranin li jinġiebu Malta għandhom dejjem jgħinu lill-plejers Maltin. Għalkemm nemmen li hawn barranin ta' livell għoli, xorta waħda nħoss li preżentament hemm barranin li qegħdin jieħdu post Maltin promettenti. Inħossni ffortunat li lħaqt il- Kampjonat Premier b'ħames u seba' barranin għax naħseb li 'l quddiem ħa tkun diffiċli ħafna biex it-tfal tagħna jkollhom iċ-ċans tagħhom kif kellna aħna. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat? Naħseb li l-kundizzjonijiet tal- grawnds tjiebu meta tikkumparahom ma' għaxar snin ilu. Ta' min isemmi wkoll il-Grawnd taċ-Ċentinarju fejn għandu wiċċ tal-ogħla livell u huwa aspett pożittiv li jsiru logħob tat-tieni diviżjoni f 'dan il-grawnd. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul l-aħħar staġun? Naħseb li kull min hu involut fil- futbol jaf li x-xogħol ta' referì huwa wieħed mill-aktar diffiċli. Allura ma niskanta xejn meta jkun hemm xi żball mit-terna arbitrali għaliex fl-aħħar mill-aħħar, kulħadd huwa uman u kulħadd jiżbalja kif wara kollox niżbalja jien. Però, inħoss li fl-aħħar mill-aħħar, referì jrid ikollu karattru. Ta' età żgħira niftakar referis li dak iż-żmien kienu għadhom telgħin bħal Clayton Pisani u Kevin Azzopardi fost oħrajn fejn inħoss li kienu jużaw sistema ferm differenti 'Il-futbol dejjem qabbiltu Cristian Antony Muscat David Fenech - plejer b'esperjenza wiesgħa l-futbol lokali fejn preżentament jimmilita ma' Mellieħa l- Kampjonat BOV tat-Tieni Diviżjoni. Huwa wkoll għalliem tal-Edukazzjoni Fiżika. Huwa plejer b'esperjenza wiesgħa l-futbol lokali Preżentament jimmilita ma' Mellieħa l- Kampjonat BOV tat-Tieni Diviżjoni Huwa wkoll għalliem tal-Edukazzjoni Fiżika DAVID FENECH Meta tilħaq xi għan, għandek tagħti iżjed mill-massimu biex iżżomm dak il-livell li tkun ilħaqt għax -aħħar mill-aħħar dejjem ħa jkollok ċirkonstanzi fejn tista' ttejjeb il-prestazzjonijiet tiegħek

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 September 2019