Illum previous editions

ILLUM 1 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1161920

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 1 ta' Settembru 2019 Aħbarijiet 32 MCAST: YOUR FIRST CHOICE Malta College of Arts, Science and Technology Administration Building, MCAST Main Campus Corradino Hill, Paola PLA 9032. T: 23987135/7136/7310 E: careerguidance@mcast.edu.mt www.mcast.edu.mt Time to succeed! JOIN MCAST APPLY ONLINE OR AT PAOLA/GOZO CAMPUS FROM 2nd until 8th September Download our online prospectus: www.mcast.edu.mt/mcast-prospectus-2019-2020 Apply online by visiting the MCAST website: www.mcast.edu.mt Should you have any queries regarding the Online Application process, you can call the MCAST Client Support Centre on 2398 7888 or visit us at MCAST Students' House, Main Campus, Paola from 02nd to 06th September between 08:30am till 13:00pm. Minn Albert Gauci Cunningham ĠIMGĦA qabel ma ssir il- protesta ambjentali 'Iż-żejjed kollu żejjed,' diversi għaqdiet li se jkunu qed jipprateċipaw qalu illi se jesiġu bidla fil- politika tal-kostruzzjoni ta' pajjiżna filwaqt li jsejħu wkoll għal aktar protezzjoni ambjentali. Nhar is-Sibt li ġej, koalizzjoni ta' għaqdiet mhux governattivi se jipprotestaw għal dak li qed isejħu bħala nuqqas ta' protezzjoni ambjentali u nuqqas ta' politika fir-rigward tal- kostruzzjoni. Ilbieraħ, waqt konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-bini tal-Parlament, l-għaqdiet infurmaw lill-midja fuq kwistjonijiet li dwarhom se ssir din id-dimostrazzjoni fil- kapitali tal-pajjiż. Dawk li se jipprotestaw se jkunu qed jesiġu sitt punti mingħand l-awtoritajiet: bidla fil-politika tal-ippjanar, moratorju fuq proġetti ta' skala kbira sakemm ikun introdott pjan komprensiv, ir-ristrutturar tal-bords tal-awotirtà responsabbli mill-ippjanar u l-ambjent, ir-rikonsiderazzjoni ta' proġetti ta' twessigħ ta' toroq u l-ipprijoritizzar tas-saħħa tal-poplu. Louis Fenech minn Flimkien għal Ambjent Aħjar, qal illi bħalissa l-pajjiż qed jara l-kollass totali tar-regoli magħmulin biex ikun protett iċ-ċittadin komuni. "Għan- negozju kollox qed isir, imma mbagħad meta niġu għall-politika dwar il-pompi tal-petrol, pereżempju, ilha tiġġebbed għal aktar minn sentejn." Paul Vella, raġel li kellu lil ommu maqtula meta binja waqgħet fis-sena 2000, qal illi l-gvernijiet għandhom jirrealizzaw li dawn l-affarijiet ma jistgħux jibqgħu jiġru biex ikunu akkomodati l-iżiluppaturi. "Meta jseħħ inċident Ministru dejjem jiġi joqgħod jikkunslak, imma maż-żmien l-għajnuna li jgħidu li se jagħtu qatt ma tasal." Alex Torpiano minn Din l-Art Ħelwa, qal illi hija inaċettabbli li l-għaqdiet non governattivi biss qed iressqu l-kwistjonijiet taċ-ċittadini. "Qed jittieħdu deċiżjonijiet taħt l-iskuża ta' politika skaduta." Anastasia Caruana Finkel minn Friends of the Erath qalet illi f 'pajjiżna qed naraw il-qerda ta' kollox. Għad-dimostrazzjoni ta' nhar is-Sibt se jattendu 60 għaqda non governattiva, fosthom NGOs ambjentali u residenti minn lokalitajiet bħaż-Żejtun, Pembroke, Wied il-Għajn, Ħ'Attard, il-Pietà u Ħaż-Żebbuġ, sa għaqdiet kulturali, tad-drittijiet umani u tal-istudenti. 'Iż-żejjed kollu żejjed' kontra l-qerda tal-ambjent ifakkru diversi NGOs Ġimgħa qabel ma jinżlu t-toroq tal-Belt Valletta diversi għaqdiet ifakkru illi qed jesiġu bidla l-politika tal-kostruzzjoni u aktar protezzjoni ambjentali

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 September 2019