Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/448094
2 illum | Il-Ħadd 18 ta' Jannar 2015 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 41 12 61 52 86 31 60 57 COLLIS Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Valletta COSMED Pharmacy, Soccors, Triq Villambrosa, Ħamrun FATIMA Pharmacy, Triq iż-Żonqor, Santa Venera ST. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara ST. Luke Pharmacy, Triq San Luqa, Pietà PENNY Lane Pharmacy, 37, & 39, Adjacent Store, Triq is-Sejjieħ, Swieqi MRABAT Pharmacy, 5, Triq l-Imra- bat, Sliema BALZAN Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Balzan SANTA Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Santa Margherita Estate, Mosta BROWN'S Village Pharmacy, Main Street, Mellieħa DISTINCTION Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Paola WHITE Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla BELLAVISTA Pharmacy, 88, Triq il- Hortan, Marsascala MEDICAID Pharmacy, 62, Vjal it- Torri, Gudja PASTEUR Pharmacy, Triq it-Tellerit, Safi THE Bypass Pharmacy, Mons. Mikiel Azzopardi Street, Siġġiewi MAKE Over Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, Mtarfa AZZOPARDI Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Victoria GĦAJNSIELEM Pharmacy, Independence Square, Għajnsielem L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 13˚ Ċ TEMP: Imsaħħab u lokalment bil- ħalbiet tax-xita iżolati li possibil- ment ikunu bir-ragħad kultant, li jsir ftit jew wisq imsaħħab. VIŻIBILITÀ: Ġeneralment tajba minbarra f'xi ħalbiet tax-xita. RIĦ: Nofsinhar għax-Xlokk forza 4 għal 5 lokalment L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 12˚ Ċ TEMP: Pjuttost imsaħħab b'xi ħalbiet tax-xita iżolati. VIŻIBILITÀ: Ġeneralment tajba. RIĦ: Punent forza 4 għal 5 lokalment forza 5 għal 6 li jsir forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 u jdur bilmod lejn in-Nofsinhar għal- Lbiċ. Ikompli minn paġna 1 Ta' 15-il sena, twila, b'wiċċ ma tpinġihx u b'figura li tqarreb għal perfezzjoni mhux biżżejjed għal Sharon*. Il-figura tagħha ma togħġobhiex, tobgħod kuxxtejha u tixtieq li taqtagħhom barra. Tħossha waħedha u bla ħbieb u dan wassalha biex waqgħet f 'nervi kbar. "Inqatta' lili nnifsi fil-fond għax inkun nixtieq li joħroġli demmi kollu sa ma mmut. Hekk biss kont inħossni li għadni ngħix" qalet Sharon. Meta tlabtha minn meta bdiet tagħmel hekk u x'wassalha eżatt biex tagħmel dan hi qaltli li bdiet l-iskola meta kienet saret praspura u weħlet hi mal-Kap tal-Iskola. Tant li kellha tikxef lil min kien għamel din il-praspura u spiċċat miġġielda ma' klassi sħiħa u bla ħbieb. Kienet waqfet tmur l-iskola u meta ġiet sfurzata li tmur minn ommha kienet titlaq wara l-ewwel lezzjoni. U kien hawn li bdiet tqatta' lilha nnifisha sa ma darba ratha ommha bi żball u ħaditha għal counselling tal-iskola u anke għand psikologa. Sharon qaltilna li l-unika ħabiba tagħha hi mara ta' 38 sena li magħha biss tiftaħ qalbha. Mistoqsija għaliex m'għandhiex ħbieb ta' tamparha qaltilna li ma saret tafda lil ħadd. L-iskola għadha tiġi bullied fejn għax ma tesperimentax fis-sess jgħajruha 'nerd' u li s-subien ma tridx taf bihom għax minnha jridu biss ħaġa waħda, sess biss, "kulma rrid jien hi tgħanniqa u min ifissidni għax inħossni waħdi. Fil-fatt illum meta jiġini l-aptit biex inqatta' lili nnifsi sirt naħseb f 'min iħobbni." Sharon qaltilna wkoll li s-sitwazzjoni fid-dar tagħha bejn il-ġenituri xejn mhi sabiħa fejn lil missierha bilkemm tarah u tkun xhud ta' diversi kwistjonijiet u dan xejn ma jgħinha biex xi ħadd jagħti kas il-messaġġ li qed tipprova twassal, Sharon. Chiara* għandha 13-il sena u għall-ewwel darba din il-ġimgħa ddeċidiet li tibda tingiref b'xafra li hi tużaha għall-arti. Chiara hi tifla b'għajnejha żoroq, b'karattru li jidher ferrieħi fuq barra u simpatiċissima. Iżda din it-tifla għandha problemi moħbija. Kienet bullied fi skola u biddlitha u llum tħossha bullied mill-għalliema tagħha li tgħidilha biex tikber quddiem l-istudenti l-oħra kollha u hi tieħu għaliha. Tgħid li fl-iskola jgħajruha 'kiesħa', 'elephant ears' u 'chicken legs.' Hi qaltilna li f 'din l-iskola l-problemi bdew meta hi bdiet timmudella u tefgħet xi ritratti tagħha fuq Facebook u l-għalliema tagħha daħlitilha fuqu u bdiet theddida li tissospendiha jekk tpoġġi iżjed ritratti tal-immudellar. Ħbieb fil-klassi m'għandha lil ħadd, ħlief waħda. Ta' din l-età tenera staqsejna lil Chiara x'ħajjarha li l-ġimgħa l-oħra ddeċidiet li tibda tqatta' lilha nnifisha. "Inħossni mdejqa u ħassejtni waħdi. L-għalliema tiegħi bdejt inħossha li ma tridx taf bija. Qabadni ħafna nervi u t-tfal fl-iskola tiegħi qaluli li biex inneħħi n-nervi ridt nitqatta'." Mistoqsija kemm taf tfal tamparha li jagħmlu hekk, hi qaltilna li taf b'madwar 15-il tifla oħra. "Mort id-dar, qbadt xafra u bdejt ningiref. Ħassejtni guilty wara iżda neħħejt in-nervi. Ma nafx kif il-mummy saret taf. Kif mort id-dar qaltli biex nikxef idi u qaltli biex ma nerġax nagħmilha. Fil-fatt meta issa qed ikolli n-nervi qed inqatta' l-karti u nħażżeż." Chiara qaltli li kultant meta tirrakkonta xi jkunu għamlulha l-iskola lil ommha, din mhux dejjem temminha. Qalet ukoll li darba ħasbet biex taqbeż mit-tieqa iżda beżgħet. Chiara tixtieq li teħxien ftit ieħor għax niexfa wisq. Dawn huma żewġ xhieda ta' adolexxenti li għaddejjin minn fażi diffiċli, fażi li llum qed issir speċi ta' moda li jagħmlu ħsara lilhom infushom. Għalkemm il-Psikjatra Anton Grech qalilna li din ma bdietx illum iżda kienet minn dejjem. Però saħaq li tkun xi tkun ir-raġuni, tkun kemm tkun fonda l-problema, bilfors irid ikun hemm għajnuna professjonali. Barra hekk, jidher li hemm min qed jipprova joħloq għarfien għal self harm tant li fuq Facebook inħolqot paġna Self Injury Awareness Malta li għandha tgħin biex ġenituri u għalliema jkunu konxji iżjed għal dawn l-adolexxenti li jkunu qed jiżvugaw id-dwejjaq tagħhom b'dan il-mod u hu importanti li wieħed iwaqqaf il-problema qabel ikun tard wisq. Din il-gazzetta tkellmet ukoll ma' Bernard Caruana, Psikoloġista Maniġerjali tal-iSchool Psychological Services li min-naħa tiegħu qal li meta jkun hemm każijiet ta' self harm id-Direttorat għas-Servizzi tal-Istudenti jeħodhom bis-serjetà. "Fid- Direttorat hemm tim ta' psikologi, psikoterapisti u counsellors, li jgħinu u jsegwu lil dawn l-istudenti. Fejn jeħtieġ ukoll xi wħud minn dawn l-istudenti jistgħu jiġu referuti lis-servizzi tas-saħħa, skont in-natura tal-każ." Caruana qal ukoll li mhux kull każ ta' qtugħ jew self harm huwa riżultat ta' bullying. "Fejn ikun il-każ jiġi involut is-servizz tal-Anti-Bullying. Is- servizz tal-Anti Bullying jidħol f 'kull każ fejn jiġi rappurtat kwalunkwe tip ta' bullying fl-iskejjel." *L-ismijiet huma fittizji biex tiġi mħarsa l-privatezza tal- persuni li tkellmu mal-ġurnal. Xhieda ta' tfajliet li jweġġgħu lilhom infushom "Naf madwar 15-il tifla oħra li jqattgħu lilhom infushom meta jkollhom id-dwejjaq"