Illum previous editions

illum 18 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/448094

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

Il-Ħadd 18 ta' Jannar 2015 | illum 23 JEAN PIERRE CASSAR jpcassar@mediatoday.com.mt Minn fejn bdiet il-ħajra tiegħek għall-kant? Din hija storja ħelwa, għaliex niftakar li darba morna btala ġewwa lukanda mal-familja, u spiċċajt inkanta fil-karaoke. Minn hemmhekk imbagħad iddeċidejt li għandi nibda nkanta, u nieħu l-lezzjonijiet. Għandek xi ħadd fil-familja li ħajrek għal dan? Le, sfortunatament jew fortunatament, minn fejn tħares lejha, jiena biss l-unika waħda. Minn kemm ilek tkanta? Din hija l-ħames sena tiegħi nkanta, għaliex bdejt inkanta ta' 10 snin. Kif wasalt għal Io Canto? L-ewwel prova li kelli kienet seħħet ġewwa l-Italja, fejn hemmhekk għaddejt għat-tieni fażi. Imbagħad l-organizzaturi kienu niżlu Malta sabiex jarawni wkoll fl-ambjent lokali, u għaddejt għall-aħħar prova quddiem Roberto Cenci ġewwa Ruma, fl-Italja. X'ħolm għandek għall- karriera tal-kant tiegħek? Għandi diversi ħolm li kieku nixtieq inwettaq imma bħalissa qiegħed iberren l-X Factor, għaliex jagħti l-artist ħafna opportunitajiet differenti. X'inhu l-istil tal-kant tiegħek? U kif għażilt dan l-istil? Niftakar li meta bdejt inkanta, kont nagħmel diversi diski ta' Celine Dion minħabba li l-festivals lokali jkunu qegħdin jistennew vuċi soda. Però llum il- ġurnata nippreferi s-soul għaliex għandu stil għalih. Għalkemm artist ikollu l-istil tiegħu, xorta waħda għandu jkanta kollox. X'tagħmel f 'ħajtek barra l-kant? Għandi ammirazzjoni kbira lejn l-isports u nipprattika l-volleyball, imma apparti minn hekk, inħobb naqra ħafna l-kotba tal-awtriċi Ellen Hopkins. Suġġett favorit l-iskola? Din faċli, għandi tnejn, l-Ingliż u l-Bioloġija. Tixtieq li la tikber tgħix bħala kantanta u ma jkollokx għalfejn tagħmel xogħol ieħor? Jew trid li żżomm l-kant bħala passatemp? Fil-verità naħseb kulħadd li qiegħed fil-qasam tal-kant jixtieq li jkompli li l-karriera tiegħu iżda wieħed irid ikun realistiku u jirrealizza li diffiċli. Qiegħda nħares lejn żewġ karrieri, jew ta' tabiba tal-annimali, jew inkella fil- qasam tal-kriminiloġija. X'taħseb fuq il-Junior Eurovision? Il-Junior Eurovision Song Contest huwa esperjenza ta' barra minn hawn, iżda ġeneralment jingħataw l-opportunità dawk li jidhru żgħar u mhux dawk bħali li jidhru kbar. X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar il-Eurovision tal-kbar? Temmen li għad nirbħuh xi darba? Jiena nemmen li l-Eurovision Song Contest tal-adulti jiftaħ ħafna orizzonti u jekk tħaddem l-opportunitajiet tiegħek sew, timxi 'l quddiem. Ma tistax tgħid x'se jiġri, iżda kif jgħidu if you believe, you will achieve. Min huma l-kantanti favoriti tiegħek f'Malta u barra? Ġewwa Malta, il-kantanti favoriti tiegħi huma żgur Ira Losco u Amber, filwaqt li mix-xena internazzjonali għandi diversi fosthom Ed Sheeran, Birdy, Jessie J, Sam Smith u Sia. Min hi l-idolu tiegħek? Apparti ommi, li dejjem miegħi tul kull vjaġġ ta' ħajti, naħseb Sia u Jessie J. Iddeskrivi fi ftit kliem l-esperjenza tiegħek f'Io Canto? Din hija esperjenza li mhu se ninsa qatt, għaliex apparti li tagħmel ħbieb ġodda, ikollok l-opportunità li tkanta fuq dak il-palk stupend, ma' nies famużi. In-nies fl-udjenza qamu bilwieqfa wara kull prestazzjoni u meta niftakar fiha, jibda nieżel dmugħ ta' ferħ. Iddeskrivi fi ftit kliem l-esperjenza waqt Una Stella Sta Nascendo? Kienet esperjenza pożittiva wkoll għaliex ingħatajt diversi kummenti pożittivi tant li l-marki kienu jirriflettu. Però xejn ma jista' jikkompara mal- esperjenza ta' 'Io Canto'. Xi tgħidilna fuq is-single li qed tipprepara bħalissa? Qiegħda naħdem fuq id- debutt tiegħi bħala solista, flimkien mat-tim tiegħi li jinkludi lil Gillian Attard u Matthew Mercieca minn La Voix Academy, Marc Calleja Bayliss minn Ironic PR & Artist Management kif ukoll il-kittieba tal-kanzunetta, Rikki Lee u Vandroo & Luca. Iġri tkun lesta, għaliex għandha ħoss modern, sabiħ u tal-widna. Kantanta li żgur għad narawha tibrilla. Shauna Vassallo, sa minn età żgħira qed tispikka barra minn xtutna fosthom f'Io Canto u f'Una Stella sta Nascendo. Apparti li għadha studenta, Shauna tlaħħaq mal-kant, il-volleyball u l-qari. Kantanta li żgur għad narawha tibrilla. Shauna Vassallo, sa minn età żgħira qed Ħames Minuti Kantanta li żgur għad narawha tibrilla. Shauna Vassallo, sa minn età żgħira qed tispikka barra minn xtutna fosthom f'Io Canto u f'Una Stella sta Nascendo. Kantanta li żgur għad narawha tibrilla. Shauna Vassallo, sa minn età żgħira qed Ħames Minuti ma' Shauna Vassallo Ħames Minuti Ħames Minuti ma' Shauna Vassallo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 January 2015