Illum previous editions

illum 18 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/448094

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 31

24 illum Il-Ħadd 18 ta' Jannar 2015 SPORTSillum Ritratt: Ray Attard SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Tarxien .........................1 Mosta ...........................1 GOWL fil-ħin miżjud mill- plejer ġdid Edu Vallecillo ta punt lil Tarxien Rainbows f 'parità ta' 1-1 kontra Mosta fil-Hibernians Stadium. Il-Mostin kellhom l-ewwel tentattiv tagħhom wara biss seba' minuti logħob meta Mateus Ribeiro għadda tajjeb lejn Diogo Pinheiro iżda x-xutt fil-baxx tiegħu ġie milqugħ tajjeb minn Sean Mintoff. Tarxien Rainbows irrispondew permezz ta' xutt ta' Carlos Menendez Hevia li laqat il-lasta wara clearance qasira mid-difiża ta' Mosta. Fil-31 minuta Mosta fetħu l-iskor permezz ta' xutt angulat fil-baxx ta' Mateus Ribeiro da Silva li ma ta lill-goalkeper Mintoff l-ebda ċans. Erba' minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima il-goalkeeper ta' Mosta Kyle Gerada salva lit-tim tiegħu meta dawwar f 'korner freekick mogħti tajjeb mix- xellug. Żewġ minuti biss wara Ian Zammit żmarka lil Mateus Ribeiro li ra x-xutt tiegħu jiġi newtralizzat minn Sean Mintoff. Fid-69 minuta xutt tajjeb ta' Jose Angel ġie mdawwar f 'korner mill-goalkeeper ta' Tarxien Rainbows. Fit-80 minuta Edu Vallecillo kellu xutt tajjeb imblukkat minn fuq il-linja minn Tyrone Farrugia. Minuta fil-ħin miżjud, Tarxien ġabu l-iskor indaqs meta minn kross ta' Carlinos, Edu Vallecillo tefa' ġewwa mill- viċin permezz ta' daqqa ta' ras tajba. Tarxien - Mintoff, M. Caruana, T. Caruana, Aboulezz (Zahra 90'), Vallecillo Casado, Sammut, Hevia Menendez, Godar Pereira, Cini, Tabone (Farrugia 76'), Bonaque Acevedo Mosta - Gerada, Ekani, Farrugia, Ossok, Falzon, (Pulo 26'), Roberts (Milovanovic 75'), Grech, Magro, Zammit (Brincat 83'), Ribeiro Dos Santos, Pinheiro de Sousa Referi - Andrè Arciola MATEUS RIBEIRO DOS SANTOS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fil-Brażil Skorja l-uniku gowl għal Mosta f'din il-logħba Jinsab misluf ma' Mosta mingħand Empoli Tarxien isalvaw punt l-ħin miżjud Edu Vallecillo jiskorja l-gowl li ġab l-iskor indaqs għal Tarxien Rainbows kontra Mosta fil-ħin miżjud

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 January 2015