Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/448094
14 illum | Il-Ħadd 18 ta' Jannar 2015 Kevin Busuttil, bniedem interessanti, bniedem li jitkellem mill-esperjenzi li għadda minnhom, bniedem reali li jista' jitkellem dwar dak li jgħaddu minnu d-drugati għax hu wkoll kien bħalhom. Illum hu l-konfundatur tal-AVFDA, A Voice for Drug Addicts "għax aħna ma rridux min jitkellem f 'isimna, issa nistgħu nitkellmu għalina nfusna." Kevin għandu 39 sena, kien beda jabbuża mid-droga ta' 13-il sena u baqa' għaddej sa meta kellu 29. Ħafif ħafif Kevin spjega kif beda mill-ħaxixa u baqa' jżid sakemm qaleb għall- eroina. Kif beda kollox? Inħoss li llum il-ġurnata nista' ninnota kif beda kollox. Kont bniedem sensittiv, bniedem li fejn ħaddieħor ma kienx jagħti kas, jien kull ħaġa kont neħodha personali. Kien hemm min ġieli ddeskrivieni 'bla inforra'. Jien inħoss li ma kellhiex il-ħiliet biżżejjed biex naffaċċja d-dinja ta' barra. Mhux se nidħol fil-mertu jekk hux ħtija tal-ġenituri jew tal-edukazzjoni jew tas-soċjetà, wara kollox hija biss ġlieda interna tal-persuna. Imma ma tħossx li s-soċjetà taffettwa persuna biex jaqbad il-vizzju tad- droga? Kollox huwa marbut ma' kollox. Naħseb li primarjament hija problema interna, imma l-ambjent ta' madwari ma kienx qed jgħini. Kont nirċievi ħafna messaġġi mħalltin mis-soċjetà, l-edukazzjoni, il-Knisja, il-ġenituri… Imma x'inhuma dawn il-messaġġi? Meta nkunu żgħar pereżempju nitgħallmu biex ma nafdawx lil kulħadd, imma mbagħad nisimgħu li għandna nħobbu u nafdaw lil kulħadd. Jien fl-età tenera li kont fiha kont nitħawwad, minn ġewwa kont inħoss mod, u d-dinja kienet tiddettali mod ieħor. Kont ngħix dejjem f 'kunflitt. Apparti minn hekk l-edukazzjoni toħloq diversi xbihat ta' xi jfisser li tagħmel suċċess. B'hekk int tibda tinnota li jekk m'intiex tajjeb fl-iskola donnu qatt ma tista' tagħmel suċċess jew tilħaq ċertu kisbiet f 'ħajtek. Mentri fil-verità dan mhux hekk, jekk mhux tajjeb fl-iskola hemm mitt elf ħaġa oħra li tista' tkun kapaċi fiha u tagħmel suċċess fiha. Naħseb li f 'dan il-aspett qed inkejlu kollox b'riga mgħawġa. Fiex kont issib żvog meta kont żgħir? Jien kont inħobb ħafna l-arti, u kont ninfexx fl-arti. Għalija pereżempju l-Matematika hija tortura, imma kont niġi sfurzat biex nitgħallimha għax kien donnu li dak kien utli, u affarijiet oħra ma kinux. Meta bdejt tabbuża mid-droga, kellek sħabek li ħajruk kif nisimgħu li jiġrilhom ħafna jew int ridtha? Jien ridtha! Ngħid li d-droga żammitni ħaj sa meta kelli 21 sena mill-inqas. Id-dinja ta' barra ma kinitx tagħmel sens u permezz tad- droga kont nidħol fid-dinja tiegħi u ninqata' għalija waħdi. Kulħadd kien jistenna ħafna affarijiet mingħandi u ma kontx naf x'inhuma, b'hekk ħrabt minn dan kollu permezz tad-droga. Mhu qed nitfa' l-ħtija fuq ħadd, oħti trabbiet bl-istess mod u ħajjitha kienet totalment differenti minn tiegħi. Sa minn età żgħira fl-iskejjel iħambqu u jtambru dwar l-effetti ħżiena ta' droga... m'affettwawkx? Le. Dawk ma jaħdmux. L-approċċ li jintuża huwa wieħed ħażin. Billi nużaw il-biża' ma naslu mkien. Din hija waħda mill-affarijiet li tisħaq fuqhom l-AVFDA, il-biża' u s-soppressjoni ma jaħdmux. Flok nibdew inbeżżgħu għandna naħdmu fuq żvilupp personali tat-tfal tagħna sa minn età bikrija. Għandna wkoll nagħmlu distinzjoni bejn reliġjon u spiritwalità. Hemm bżonn ukoll li nrawmu l-ġenituri sabiex ikunu jafu kif għandhom jgħallmu lil uliedhom u jieħdu ħsiebhom sabiex jikbru f 'karattri sodi. Meta rrealizzajt li kellek tieqaf? Kont wasalt fi stat f 'ħajti fejn irrealizzajt li għandi bżonn nieqaf. Dħalt nagħmel programm Għawdex. Kien programm differenti minn programmi oħra. Kont fortunat, kelli ħafna minn sħabi li kienu jidħlu għal programmi li għalija ma kinux ireġu. Wara l-programm kienu jerġgħu jitkissru. Qabel kienu programmi ta' sikkatura, dixxiplina u biża'. Imbagħad iltqajt ma' Narcotics Anonymous, għamilt il-programm Għawdex, bdejtu sitt snin ilu. Kien programm li kien ibbażat fuq l-ispiritwalità u hemmhekk bdejt inkisser ir-rabta li kelli mal-addiction. Nammetti li erġajt bdejt wara ftit, u erġajt bdejt nieħu damdima wara l-oħra. Imbagħad spiċċajt f 'sitwazzjoni kerha li vera ġabitni f 'sensija. Kont biddilt id-diski, il-kumpanija, il- ħwejjeġ eċċ u bdejt nimxi fi triq oħra. Jiġifieri wara l-programm mhux bilfors toħroġ mill-vizzju? Din hija bħal kull ħaġa fil-ħajja. L-iskola tgħallmek, il-ġenituri jagħtuk kemm jista' jkun dwar il-ħajja, imma fl-aħħar mill-aħħar trid tkun int li trid tassew il-bidla. Semmejt ukoll li biddilt il-mużika li kont tisma'… x'kienet? Kont nisma' mużika li tgħaddilek ċertu messaġġi bħal Black Sabbath, Sex Pistols, Ozzy Osbourne... imbagħad biddilt. Illum il-mużika saret agħar, il-mezzi tax-xandir inġenerali saru jagħtu immaġni kollha mdawrin mas-sess, imdawrin ma' addictions li l-bniedem faċli jaqa' fihom. Imma ma nistgħux ngħidu li ħa nsolvu s-soċjetà għax mhux il- punt. Ma nistgħux noqogħdu nraqqu l-pannu bil-qara' aħmar. Fl-aħħar mill-aħħar huwa l-persuna li jrid jirrealizza xi jrid. Kif bdiet l-AVFDA? Jien bdejt l-AVFDA ma' Vicky Scicluna, li kienet ilha taħseb għal żmien twil fuq xi ħaġa bħal din. Vicky kienet ukoll il-counsellor tiegħi li ġabritni minn xagħri u allaħares ma kinitx hi għalija. AVFDA dejjem taħdem favur l-iżvilupp tal-bniedem, minn ġewwa, 'il bogħod mill-biża' u s-soppressjoni. L-AVFDA ssejjaħ magħha persuni li jixtiequ jfittxu għajnuna jekk għandhom xi addiction, b'mod speċjali dik tad-droga. Magħna hemm ukoll persuni li ilhom jaħdmu fil-qasam tad-droga għal snin twal, u anke persuni li esperjenzaw id-droga, bħalma jien jien, u b'hekk nistgħu nifhmu aħjar minn xiex qed jgħaddu persuni oħrajn. U x'taħseb fuq il-liġi għad- depenalizzazzjoni tad-droga? Naqbel magħha perfettament. Din se tkun qed tgħin lil min inqabad f 'xi vizzji. Aħna prodott tas-soċjetà, u jekk is-soċjetà se tkun proattiva se nkunu qed intejbu s-soċjetà. Kemm hi aċċessibbli d-droga bħalissa? Tal-waħx. Qabel, meta kont nieħu jien, kien ikun hawn erba' rkejjen fejn tista' ssibha u daqshekk. Illum il-ġurnata faċli ħafna. F'kull raħal hawn persuni li għandhom u saret sitwazzjoni tal-waħx. Xi tgħid fuq persuni li jispiċċaw jeħlu l-ħabs għax abbużaw mid-drogi? Għalkemm qatt ma kont il-ħabs, nemmen li għandu jinbidel. Mhux għal dawk tad-drogi biss. Imma għal kulħadd. Bil-kastig ma taħdimx. Għalija għandna nneħħu t-tabella – Il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, għax fiha ma ssir l-ebda korrezzjoni. Imbagħad hemm problema oħra, qed naqfluhom il-ħabs u mhux qed noffrulhom alternattiva oħra għad- droga. Dan mhux biss fejn tidħol id-droga, anke s-serq u kwalunkwe reat ieħor, wieħed jidħol hemm u probabbli joħroġ ħafna agħar milli hemm. Waħdiet ikunu dawk li joħorġu aħjar, ħafna jidħlu, joħorġu u jerġgħu jispiċċaw hemm. Hawn żgħażagħ li jgħidu aħna nieħdu xi sustanzi biss fi tmiem il-ġimgħa, kemm nieħdu ftit gost… imma m'aħniex dipendenti… x'taħseb fuq dan? Xorta għandek problema. Mhux problema li qed taffetwalek ħajtek daqs kif kienet taffetwa lili, imma xorta hemm livell ta' dipendenza għax int toħroġ u tħoss il-bżonn. Jibqa' l-fatt li dan meta joħroġ jaf li se jieħu u b'hekk dejjem qed ikun qed iħares lejn x'se jieħu fi tmiem il-ġimgħa. X'taħseb fuq l-aftercare li jirċievu dawk li joħorġu minn programm ta' rijabilitazzjoni? Nitkellmu ħafna fuq ir-ri- "Il-Faċilità Korrettiva mhi Intervista ma' eks drugat li llum il-ġurnata hu kofundatur tal- AVFDA, A Voice for Drug Addicts. KEVIN BUSUTTIL ma riedx jioka l-intervista fuq l-abbuż mid-droga imma fuq kull tip ta' addictions li jkollu l-bniedem u fuq kif dan kollu ġej mill- kunitt intern. "Aħna ma rridux min jitkellem f 'isimna, issa nistgħu nitkellmu għalina nfusna" "Id-droga żammitni ħaj sa meta kelli 21 sena" Jean Pierre Cassar jpcassar@mediatoday.com.mt