Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/448094
26 illum Il-Ħadd 18 ta' Jannar 2015 SPORTSillum Pietà jkomplu jkabbru l-problemi ta' Qormi Southampton FC – ir-rivelazzjoni Bilanċ assolut bejn Sliema u Naxxar MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Qormi .........................0 Pietà H .......................1 PIETÀ Hostpurs komplew ikabbru l-problemi ta' Qormi meta għelbuhom bl-iskor minimu ta' 1-0. Fl-20 minuta Pietà Hotspurs kellhom iwettqu sostituzzjoni sfurzata meta weġġa' għalihom l-goalkeeper David Cassar wara daħla ta' Frank Temile fuqu, u minfloku daħal jilgħab il-goalkeeper ta' riserva, Miguel Montfort. Fit-30 minuta xutt ta' Frank Temile ġie salvat tajjeb minn Miguel Montfort. U minuta biss wara Claudio Frances għadda tajjeb lejn Luke Emmanuel Micallef li mill- viċin tefa' ġewwa. Għaxar minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima xutt ta' Joseph Chetcuti għal Qormi għadda għoli. Qormi komplew jattakkaw u sitt minuti biss wara, eżattament mas-siegħa logħob, kien l-istess Joseph Chetcuti li reġa' ttanta xortih din id- darba permezz ta' daqqa ta' ras iżda ra t-tentattiv tiegħu jgħaddi barra. It- tim immexxi minn Josef Mansueto kompla jżid il- pressjoni b'Joseph Chetcuti jkun l-iktar perikoluż. Fis-70 minuta huwa reġa' ttanta xortih permezz ta' freekick li għadda għoli. Pietà Hotspurs irrsipondew tliet minuti biss wara permezz ta' Rafael Rodrigues da Silva li għadda tajjeb lejn l-awtur tal- uniku goal fil-logħba, Luke Emmanuel Micallef, li qabeż il-goalkeeper u ra x-xutt fil-baxx tiegħu jgħaddi ftit barra. Qormi - Farrugia, Edafe Uzeh (B. Bondin 83'), Mazzetti Latini (Micallef 77'), Chetcuti, Effiong, Gauci, Temile, Vella (Agius 83'), Levnaic, Pisani, J. Bondin Pietà - Cassar (Montfort 20'), Micallef, Dos Santos, Grech, Pisani, Anonam (Cesare 74'), Agius, Da Silva, Micallef, Frances, Da Silva Referi - Philip Farrugia MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Sliema W .......................0 Naxxar L........................0 F'LOGĦBA li ftit li xejn offriet spettaklu lil dawk preżenti, Sliema Wanderers u Naxxar Lions temmew il-konfront ta' bejniethom f 'parità ta' mingħajr gowls. Kienu Naxxar Lions li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss seba' minuti logħob minn freekick ta' Pablo Doffo, Daren Falzon tefa' ġewwa iżda l-gowl ġie mħassar minħabba offside. Żewġ minuti biss wara Angus Buhagiar prova gowl iżda x-xutt tiegħu għadda għoli. Il-Wanderers irrispondew minuta wara meta xutt ta' Djumo Bocar ġie salvat minn Julian Azzopardi biex imbagħad id-difiża Naxxarija salvat qabel laħaq Mark Scerri. Fis-16-il minuta ż-żagħżugħ li qed ikollu staġun mill-aqwa u li fil-ġimgħat li għaddew kellu prova ma' Lazio u Tottenham Hotspur, Aidan Jake Friggieri, kellu azzjoni personali konkluża b'xutt tajjeb iżda ma rnexxilux jinkwadra l-lasta. Fit-28 minuta Naxxar Lions qalgħu daqqa ta' ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Pablo Doffo wara li rċieva żewġ karti sofor f 'temp ta' ftit minuti, bit- tieni karta safra tiġi murija lilu minħabba foul ikrah fuq il-plejer li kien qed jagħmel id-debutt tiegħu ma' Sliema Wanderers, Pedro Calcado. Tliet minuti biss wara reġa' kien l-attakkant prolifiku Brażiljan li kellu t-tentattiv tiegħu minn freekick jgħaddi jħakkek mil-lasti avversarji. Fis-67 minuta daqqa ta' ras ta' Gilmar da Silva Ribeiro wara li rċieva minn corner ta' Daren Falzon għaddiet barra. Sliema W. - Zammit, A. Muscat, Mintoff, Scerri, Pisanu, Potezica, Friggieri (Borg 64'), Calcado (Ifeany 85'), Bocar, B. Muscat (Cilia 28'), Bianciardi Naxxar L. - Azzopardi, Scicluna, Edet, Bruce, Vella (Fenech 34'), Del Negro, Da Silva Ribeiro (Toure 82'), Doffo, Falzon (Bellia 89'), Buhagiar, Santos Silva Referi - Sandro Spiteri LUKE EMMANUEL MICALLEF Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fit-8 ta' Novembru 1990 Jilgħab fl-irwol ta' attakkant Ingħaqad ma' Pietà Hotspurs mingħand Melita Skorja l-gowl waħdieni li ta r-rebħa prezzjuża lill-Pietà Hotspurs GILMAR DA SILVA RIBEIRO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fis-26 ta' Marzu 1990 fil-Brażil Qabel Naxxar Lions lagħab ma' Bangu fil- Kampjonat Carioca 1 fil-Brażil Chelsea jiftħu vantaġġ CHELSEA fetħu vantaġġ ta' 5 punti fuq Manchester City meta barra minn darhom għelbu lil Swansea City bl-iskor kbir ta' 4-0. Madankollu Manchester City għandhom logħba inqas hekk kif ikunu mpenjati llum kontra Arsenal ġewwa darhom fl-Etihad Stadium. Il-gowls għal Chelsea waslu minn żewġ doppjetti ta' Oscar u Diego Costa u gowl waħdieni ta' Andre Schurrle. Manchester United barra minn darhom kisbu rebħa tajba ta' 2-0 kontra QPR biż- żewġ gowls tagħhom jaslu minn Marouane Fellaini u James Wilson. Bl-istess skor intemm il-konfront bejn Liverpool u Aston Villa fejn kienu r-Reds li ħarġu rebbieħa barra minn darhom. Iż-żewġ gowls għalihom waslu minn Fabio Borini u Rickie Lambert bl- istess plejer jiġi ammonit sekondi wara li rnexxielu jsib ix-xibka. Tottenham Hotspur ġewwa darhom f 'White Hart Lane kisbu rebħa tajba ta' 2-1 kontra Sunderland biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Jan Verthongen u Christian Eriksen. Il-gowl uniku għal Sunderland fil-logħba wasal minn Sebastian Larsson. Bl-istess skor intemmet il-logħba bejn Southampton u Newcastle United fejn kienu s-Saints li barra minn darhom komplew bis-serje ta' riżultati pożittivi u ħarġu rebbieħa. Iż-żewġ gowls tagħhom waslu minn doppjetta ta' Eljero Elia waqt li l-gowl uniku għal Newcastle United wasal minn Yoan Gouffran fid- 29 minuta. Fil-konfront bejn ILHEADLINES prinċipali tal-paġni sportivi dwar il-futbol Ingliż ta' nhar it-Tnejn 12 ta' Jannar 2015 kienu ddominati mill- aħbar li Southampton FC kienu għelbu lil Manchester United f 'Old Trafford. Din kompliet tikkonsolida staġun mill-aqwa li qed ikollhom s-Saints fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Ingliż. L-għada tar-rebħa ferm importanti li s-Saints għamlu kontra Manchester United, dan il-ġurnal għamel kunatt mas-Segretarju u l-PRO tas-Southampton Supporters Club Malta, Victor Galea – partitarju ferventi u espert fuq dan it-tim fejn tana l-fehmiet tiegħu fuq dan it-tim u fejn jaħseb li l-istess tim se jasal fi tmiem l-istaġun. Huwa afferma li: "Ta' min jgħid li din ir-rebha ma kinitx xi sorpriża bħalma ħafna qalu – bħala partitarji ta' Southampton FC jew kif inhuma magħrufin is-Saints, aħna dejjem emminna li bħala tim, u mhux bħala plejers individwali, is-Saints huma wieħed mil-iktar timijiet tajbin ġo l-Ingilterra u dan riżultat ta' bosta snin ta' ppjanar b'għaqal u b'viżjoni biex illum qegħdin nilagħbu mal-ġganti tal- futbol. Il-klabb tas-Saints ra ħafna tbidil fl-aħħar snin. Wara li kien ilu 27 sena fil-Premier League, infatti huwa wieħed mill-klabbs fundaturi tiegħu, fl-2004 ġie relegat wara snin ta' tmexxija bla għaqal fejn bejgħ tal-aħjar plejers u tbabis fil-finanzi kienu ġabu l-klabb għarkubbtejh. Ironikament, f 'dik is-sena kien ġie mwaqqqaf is- Supporters Club tas-Saints f 'Malta, u dan wara li jiena u sitt persuni oħra li għandna għal qalbna s-Saints, konna ddeċidejna li nibdew niltaqgħu bħala supporters' club biex naraw il-logħob flimkien. Ma tantx kien żmien ideali biex tifforma supporters' club, speċjalment minħabba l-fatt li l-partiti taċ-Championship fuq it-televiżjoni kienu limitati ħafna, u agħar minn hekk wara sentejn is-Saints waqgħu f 'League One u bdew l-istaġun b'għaxar punti mnaqqsa. Madankollu dawn l-affarijiet ma qatgħulniex qalbna biex inkomplu nsegwu lit-tim favorit tagħna, is-Saints. Fl-2009, il-klabb iffaċċja sitwazzjoni li jiġi llikwidat, wara li s-Saints jew aħjar parti mis-shareholders