Illum previous editions

illum 18 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/448094

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 18 ta' Jannar 2015 Ir-referendum abrogattiv dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa... Jekk jirbaħ il-'le' l-istaġun tal-kaċċa FREDERICK ATTARD WARA li nhar il-Ġimgħa 9 ta' Jannar il-Qorti wittiet id-dritt biex isir ir-referendum abrogattiv dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa, skatta mal-ewwel il-pjan ta' azzjoni bejn dawk li huma favur li titkompla l-kaċċa fir-rebbiegħa u dawk kontra. Dan ir-referendum hu possibli wara li 41,494 votant Malti ffirmaw il- petizzjoni li kienet titlob biex dan il-proċess isir. Il-pass li jmiss issa għalhekk huwa li l-Maltin se jkunu jistgħu jsemmgħu leħinhom permezz tal-vot tagħhom f 'jum ir-referendum nhar il- 11 t' April, liema data s-soltu tagħti bidu għall-istaġun tal- kaċċa fir-rebbiegħa. Imma din is-sena, jekk jirbaħ il-'Le', l-istaġun tal-kaċċa fir- rebbiegħa ma jiftaħx. Din il-gazzetta tkellmet ma' Romina Tolu, ko-ordinatriċi tal-Koalizzjoni Kontra l-Kaċċa fir-Rebbiegħa li spjegat il-proċess li wassal għal dan ir-referendum abrogattiv. "Il-proċess li għaddejna minnu biex wasalna s'hawn kien wieħed twil. Wara li għall-ewwel darba f 'Malta ngħaqdu kważi l-għaqdiet ambjentali kollha f 'koalizzjoni, l-ewwel pass kien li jinġabru l-firem biex isir referendum." Tolu qalet li b'kollox inġabru madwar 44,000 firma, li jammontaw għal iktar mill-10% tat- total tal-votanti, kif kien meħtieġ. "Dawn il-firem ġew ivverifikati mill- Kummissjoni Elettorali li f 'Lulju 2014 infurmat lill- Qorti Kostituzzjonali li kien hemm 41,494 firma valida biex jissejjaħ referendum abrogattiv dwar l- avviż legali li jippermetti deroga għal kaċċa tas-summien u l-gamiem fir-rebbiegħa." Ta' min isemmi wkoll li, kif kellhom kull dritt, żewġ għaqdiet tal-kaċċaturi, il-Kaċċaturi San Umbertu (KSU) u l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK) ippreżentaw l-oġġezzjonijiet tagħhom għar-referendum abrogattiv fil-bidu ta' Ottubru 2014. Mitluba tikkummenta dwar dan il-fatt il-ko- ordinatriċi tal-koalizzjoni kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa qalet "Għall-oġġezzjonijiet dawn iż-żewġ għaqdiet ġew ippreżentati tweġibiet kemm mill-għaxar promuturi tar- referendum kif ukoll minn oħrajn, fosthom il-Prim Ministru u l-Kummissjoni Elettorali. Dan wassal biex eventwalment il-Qorti Kostituzzjonali ċaħdet l-oġġezzjonijiet tal-għaqdiet tal-kaċċaturi u kkonfermat li ma teżisti ebda waħda mir-raġunijiet imsemmija biex ma jsirx ir-referendum u għalhekk qalet li r-referendum jista' jsir." Intant, ġurnata wara d-deċiżjoni tal-Qorti, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li d-data tar-referendum ġiet iffissata għall-11 t'April biex b'hekk issa bdiet kampanja ta' informazzjoni li se tieħu tliet xhur. Tkellimna ma' Romina Tolu fuq il-fatt li r-referendum abrogattiv se jressaq mistoqsija quddiem il-votanti li tgħid: "Taqbel li d-dispożizzjonijiet tar- regolamenti dwar qafas biex tiġi permessa deroga li tiftaħ l-istaġun tal-Kaċċa tal-Gamiem u tas-Summien fir-Rebbiegħa għandhom jibqgħu fis-seħħ?" "Min ma jaqbilx mal-kaċċa fir- rebbiegħa għandu jivvota 'le'" kienet ir-risposta mmedjata ta' Tolu. F'kummenti li tat Tolu, semmiet tliet punti għala din il-koalizzjoni qed tgħid għall-kaċċa fir-rebbiegħa. "Qed ngħidu 'le' għall-kaċċa fir-rebbiegħa għax il-qtil tal-għasafar huma u jpassu minn fuq il-gżejjer Maltin fi triqithom biex ibejtu fl-Ewropa huwa totalment inaċċettabbli. Nemmnu li dawn l-għasafar għandhom kull dritt li jpassu minn fuq Malta mingħajr ma jkunu fil-periklu fi triqithom biex ibejtu." "Le għax ir-rebbiegħa hu ż-żmien li fiha l-kampanja Maltija tieħu l-ħajja. Imma sfortunatament hemm ħafna familji li minkejja li jixtiequ, jibżgħu joħorġu fil- kampanja waqt l-istaġun tal- kaċċa. Mhux wieħed u tnejn huma l-passaġġi pubbliċi "Le għax ir-rebbiegħa hu ż-żmien li fiha l-kampanja Maltija tieħu l-ħajja"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 January 2015