Illum previous editions

illum 18 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/448094

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

28 illum Il-Ħadd 18 ta' Jannar 2015 SPORTSillum "Ma kontx se nitlaq lil Mosta biex immur ma' kwalunkwe tim ieħor" – Mano Micallef Illum ikompli l-Kampjonat ASMK Trials "Issa kuntent ħafna wara li l-aħħar xhur kienu l-agħar l- karriera tiegħi" – Andrè Schembri FLAĦĦAR ġimgħat kien hemm diversi spekulazzjonijiet li l-eks captain ta' Mosta kien se jħalli lill-Blues biex jingħaqad ma' xi tim ieħor. Fost dawn it-timijiet l-iktar tim li kien qed jissemma' kien Floriana. U kien propju mal-Greens li Mano Micallef ingħaqad fil-jiem li għaddew fejn niftakruh jilgħab ma' dan it-tim ftit tas-snin ilu, fejn fost l-oħrajn kien il-capatin tagħhom meta Floriana rebħu l-U*BET FA Trophy lura fl-2011. Dan il-ġurnal kien pront u ltaqa' ma' Mano Micallef innifsu ġaladarba din l-aħbar ħarġet fuq il-mezzi tax- xandir fejn f 'kummenti li għaddielna huwa saħaq li: "Nixtieq nirringrazzja lil kull min kien miegħi kien f 'dan il-vjaġġ ma' Mosta FC. Il-klabb ta' Mosta kien importanti ħafna fil-ħajja tiegħi u l-fatt li tlaqtu kien estremament diffiċli. Ġietni l-opportunità li nirritorna ma' Floriana u f 'dan l-istadju fil-karriera tiegħi nħoss li din kienet l-aħjar deċiżjoni għalija. Nixtieq nirringrazzja lill-partitarji ta' Mosta tal-appoġġ inkredibbli li tawni fiż-żmien li qattajt nilgħab ma' Mosta. Nixtieq nirringrazzja wkoll lill- kumitat u lill-plejers ta' Mosta li magħhom lgħabt f 'dawn is-sentejn u nofs. Mosta huwa klabb speċjali ħafna u jien se nibqa' partitarju tagħhom għall- kumplament ta' ħajti. Grazzi tal-memorji sbieħ!" ILPLEJER ta' nofs il- grawnd internazzjonali Malti, Andrè Schembri, irritorna fil-Kampjonat Ċiprijott bil-kbir. Dan hekk kif wara biss 13-il minuta li kien fil-grawnd, żewġ minuti minn tmiem il-partita, hu ssiġġilla r-rebħa għat-tim Ċiprijott Omonia Nicosia kontra Ethnikos Achnas billi skorja t-tieni gowl li poġġa lil Omonia fit-tielet post tal- Kampjonat wara Apoel u Limassol. Barra minn hekk l-internazzjonali Malti reġa' skorja għal Omonia Nicosia meta fetaħ l-iskor kontra Ayia Napa fil-partita valida mit-Tazza Ċiprijotta, nhar l-Erbgħa li għadda. Andrè Schembri kien telaq lit-tim Ċiprijott biex imur jieħu esperjenza fil-Ġermanja iżda li fiha ma marx tajjeb u reġa' rritorna mat-tim li għalihom hu idolu u fil-fatt fl-ewwel dehra tiegħu tahom ir-rigal tal-fiduċja li huma għandhom fih. F'kuntatt li dan il-ġurnal għamel ma' Schembri nnifsu f 'Ċipru huwa qal "Ninsab kuntent ħafna li dħalt nilgħab u skurjajt speċjalment wara li l-aħħar xhur kienu l-agħar fil-karriera tiegħi. Il-klabb għadda minn żminijiet koroh f 'dawn l-aħħar xhur wara li fil-bidu nqalgħu fl-aħħar sekondi fl-aħħar fażi ta' kwalifikazzjoni għall-UEFA Europa League kontra Dynamo Moscow u wara li bdew ħażin ukoll fil- kampjonat. Din kienet ir-raba' rebħa konsekuttiva għalina u din tgħollilna l-moral biex inkomplu nsaħħu l-pożizzjoni tagħna fil-klassifika." Plejers ta' Omonia Nicosia jirħu lil Andrè Schembri wara l-gowl li skorja kontra Ayia Napa t-Tazza Ċiprijotta nhar l-Erbgħa li għadda Mano Micallef -ewwel sessjoni ta' taħriġ r-ritorn tiegħu ma' Floriana FC ILLUM l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkompli bl-attivitajiet tagħha din id-darba bis-sezzjoni Moto Trials. Dan it-Tielet programm mill-Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2014/15 se jittella' fil-barriera x-Xagħra tal-Magħlaq fil-limiti tal-Qrendi. Il- kompetitzzjoni tibda fid-9am. Intant, nagħtu ħarsa lejn il-klassifika tal-Kamjonat fis- sezzjoni Trials naraw li fil-Klassi A insibu lill Damon Bonello fuq Gas Gas fuq quddiem b'40 punt. Dan segwit minn Robert Caruana fuq Gas Gas b'32 punt. Fit-tielet pożizzjoni nsibu lil Rowen Bonello fuq Beta b'28 punt. Fi Klassi B insibu fuq quddiem lil Joseph Scicluna fuq Gas Gas b'40 punt segwit minn Bernard Sammut fuq Beta u Manuel Camilleri fuq Gas Gas indaqs b'32 punt kull wieħed. Fir-raba' post insibu lill Daniel Caruana fuq Gas Gas b'26 punt. Nhar il-Ħadd 11 ta' Jannar l-Assoċjazzjoni kellha skedat programm ieħor. Din id-darba fil-kumpless Sportiv f 'Ta' Qali fejn ġie organizzat is-sitt programm mill-Kampjonat Autocross 2014/15. F'din il-ġurnata rreġistraw 28 karozza maqsuma f 'żewġ klassijiet Autocross Modified u Autocross Standard. Ħarsa x'ġara matul il-ġurnata fejn ħadd ma rnexxielu jirbaħ il-Heats kollha iżda l-ogħla punteġġ irnexxielu jirbħu Philip Joe Vella fuq Opel Corsa. Dan b'24 punt sab postu mill-ewwel fil-finali Klassi A. Miegħu kkwalifikaw Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo, Christian Apap fuq Ford Fiesta, l-aħwa Borg - Malcolm fuq Opel Corsa u Matthew fuq Vauxhall Nova u Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova. Mat-tluq ta' din il-finali rajna ħruġ tajjeb minn Vella flimkien miegħu Farrugia. Vella mill-ewwel ħa t-tmun ta' din il-finali segwit minn Farrugia u Malcom Borg. L-ordni kompliet tifforma b'Apap isib postu fir-raba segwit minn Matthew Borg u Pisani. Matul din il-finali rajna spettaklu ta' sewqan veloċi iżda mill-isbaħ. Kulħadd baqa' jiddefendi l-post tiegħu sal-banidiera tal-Finish b'Vella jirreġistra r-raba' rebħa tiegħu f 'dan l-istaġun segwit minn Farrugia u Malcolm Borg rispettivament. Fir-raba' post spiċċa Apap segwit minn Pisani u Matthew Borg. Għall-finali klassi B ikkwalifikaw Jonathan Camilleri fuq Opel Corsa, Noel Zammit fuq Fiat Punto, Philip Grima fuq Ford Escort, Jason Martin fuq Volkswagen Polo, Darren Magro fuq Ford Fiesta u Lucas Pace fuq Honda Civic. Mat-tluq ta' din il-finali rajna ħruġ tajjeb ħafna minn Martin u Camilleri b'Martin jieħu l-ewwel pożizzjoni li żamm sal- bandiera tal-Finish. Martin kien segwit minn Camilleri u Pace. Ir-raba' pożizzjoni kienet okkupata minn Grima. L-attenzjoni marret mill-ewwel fuq Zammit mill-aħħar pożizzjoni fejn beda jagħmel pressjoni fuq Magro sakemm fit-tieni lap, Zammit għamel kuntatt ma' Magro b'dan tal-aħħar jispiċċa jirtira mit-tiġrija. Zammit ġie sospiż mit-tiġrija mir-referi tal-ġurnata. Il-finali spiċċat b'Martin jibqa' jiddefendi postu sal-aħħar biex irreġistra l-ewwel rebħa tiegħu f 'din il-klassi B u kien segwit minn Camilleri u Pace. Fir-raba' u l-ħames post daħlu Grima u Magro rispettivament. Fil-Finali Autocross Standard rajna fuq l-istart line lil John Agius fuq Peugeot 206, Joseph Vella fuq Ford Fiesta, Deane Farrugia fuq Citroen AX u Salvu Micallef fuq Volkswagen Polo. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Agius jieħu l-ewwel pożizzjoni segwit minn Micallef u Vella. Farrugia spiċċa ma joħroġx minn fuq l-istart line minħabba żball tant li dan beda l-finali mill-aħħar post. Mill- ewwel beda javvanza sakemm wieħed rnexxielu jissuperahom wara biss tliet dawriet tant li l-finali spiċċat b'Farrugia jirbaħ din il-finali segwit minn Agius u Micallef. Vella għalaq il-ġurnata fir-raba' post. Din il- klassi Standard Class qed tkun attrazzjoni kbira għal sewwieqa ġodda f 'dan l-isport. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www.asmk.org.mt Matthew Borg fuq Vauxhall Nova segwit minn Gordon Johnson fuq Peugeot 205

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 January 2015