Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/448094
Il-Ħadd 18 ta' Jannar 2015 | illum 5 Il-proġett ta' Bieb il-Belt . . . Beda fuq sieq ħażina mill-bidu nett ILPROĠETT ta' Bieb il- Belt kien sa mill-bidu nett mifni minn reviżjonijiet kontinwi li wasslu biex id-data tat-tlestija tiegħu waqgħet dejjem lura. Iktar ma għadda ż-żmien dawn ir-reviżjonijiet saru iktar frekwenti. Din hija waħda mill-konklużjonijiet ta' analiżi dwar il-proġett ta' Bieb il-Belt li saret lejn tmiem is-sena li għaddiet. Minn din l-analiżi jirriżulta li matul iż-żmien il-partijiet involuti spiċċaw iwaħħlu f 'xulxin għall-problemi fil- proġett, meta r-realtà hija li l-proġett beda fuq sieq ħażina sa mill-ewwel ġurnata. Il-baġit allokat mill-gvern Nazzjonalista għal dan l-istess proġett ma kienx biżżejjed u anki d-data ta' tlestija tal- istess proġett li ntrabat biha l-gvern Nazzjonalista ma kinitx realistika, tikkonkludi l-analiżi. Il-proġett ta' Bieb il-Belt kien tħabbar mill-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi immedjatament wara l-elezzjoni ġenerali tal-2008. L-analiżi tidħol f 'dettall dwar is-sehem tal-uffiċċju ta' Renzo Piano fil-proġett kollu. Piano kien intgħażel għal dan il-proġett fuq deċizjoni ta' Lawrence Gonzi. Jintqal li l-gvern Nazzjonalista fl-2008 mar għall-prestiġju meta għażel lil dan l-uffiċċju iżda għal dan kellu jħallas prezz għaliex Renzo Piano u n-nies tiegħu ftit li xejn taw każ tar-restrizzjonijiet fuq l-ispiża. Mill-analiżi jintqal li fi kliem sempliċi l-uffiċċju ta' Piano ordna t-tibdil kollu li deherlu li kien hemm bżonn fil-proġett, bil-ġustifikazzjoni tkun dejjem dik li dan sar bil-permess tan-naħa Maltija, anki jekk il-fatti ma jikkonfermawx dan. Jintqal li l-uffiċċju ta' Piano għażel dik li tissejjaħ bħala 't-triq tal-perfezzjoni' li wasslet għal dewmien fit-tlestija tal- proġett u li mbagħad ġabet ukoll żieda fl-ispejjeż. F'ittra datata Novembru 2008, Piano kien intrabat li l-proġett kollu jkun lest sa Marzu 2012. Fir-realtà iżda sa Marzu 2012, kien għadu tlesta 35% biss tal-proġett kollu. Sal-elezzjoni li għaddiet, il- proġett kien għadu lura sew tant li 62% biss minnu kien lest. L-analiżi tiffoka fuq l-elementi varji tal-proġett, fosthom il-Parlament il- ġdid. Jintqal li l-Parlament sa mill-bidu nett kien iddisinjat b'mod li l-baġit allokat għalih ma kienx biżżejjed. Konsegwenza t'hekk l-ispiża aħħarija fuq dan il-proġett mistennija tkun iktar minn 50% ogħla mill-istima oriġinali tal-2008. Qed ikun ikkalkolat li l-Parlament il-ġdid jiġi jiswa qrib il-€45 miljun. Il-konklużjoni hija li l-varjazzjonijiet fl-ispiża fuq il-bini tal-Parlament tant kienu numerużi matul is-snin, li huwa prattikament impossibbli li jiġu analizzati kollha. L-impenn tal-gvern preżenti, kif ddikjarat fl- aħħar xhur, huwa li l-ispiża totali fuq il-proġett ta' Bieb il-Belt kollu ma taqbiżx id- €90 miljun. L-ispiża aħħarija fuq dan il-proġett mistennija tkun iktar minn 50% ogħla mill-istima oriġinali tal-2008 Renzo Piano u n-nies tiegħu ftit li xejn taw każ tar- restrizzjonijiet fuq l-ispiża