Illum previous editions

illum 18 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/448094

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 illum | Il-Ħadd 18 ta' Jannar 2015 STEPHEN Mifsud twieled il-Kanada 39 sena ilu minn ġenituri Għawdxin, missieru mill-Qala u ommu li mietet sena ilu min-Nadur. Tliet snin ilu ġie Għawdex għal vaganza iżda ddeċieda li jibqa' hawn biex jieħu ħsieb missieru. U ddeċieda li jibqa' jgħix fir- raħal kwiet tal-Qala. Biex tkompli tiġih tajba ltaqa' mal-eks pen friend tiegħu ta' 20 sena qabel, Allison li reġgħu sabu lil xulxin permezz ta' Facebook u llum jgħixu flimkien, fejn skont hu Allison hi l-forza warajh. Minn meta kellu seba' snin Stephen kien iħobb ipinġi u ta' 19-il sena beda juża l-air brush u jesperimenta waħdu. L-esperiment deher li beda jirnexxi u fetaħ negozju magħruf bħala Molitov Murals fejn id-disinni tiegħu bdew jitfaċċaw fi ħwienet tal- kompjuters, ristoranti, fi djar privati u avvenimenti pubbliċi. Iżda dan ma kienx biżżejjed biex jgħix komdu u fil-Kanada kien jaħdem bħala train operator u anke bus driver u juża l-arti bħala xogħol ieħor. Kemm ilu Għawdex intefa' jpitter u jesebixxi f 'diversi galleriji f 'Għawdex. Barra hekk ħadem fuq il-Karnival tan-Nadur fejn iddisinja maskri tad-dragun għall- iskola tan-Nadur. Seba' xhur ilu ħolom b'xi ħaġa innovattiva u unika, meta ddeċieda li jibda joħloq biċċiet tal-arti mill- metall mormi. F'kelma waħda beda jirriċikla l-metall u jagħtih it-tieni ħajja. Hu jgħid li barra li din hi arti li tolqot l-għajn tgħin ukoll għall-ambjent. Illum ħajtu mitfugħa kollha fuq l-arti tal-metall. Mistoqsi kif ħolom b'din it-tip ta' arti Stephen qalli, "Biex inkun onest ġieli rajt din l-arti issir f 'Toronto. Kont ispirat ħafna minnha iżda qatt ma kelli l-gazz li nibda nagħmel xi ħaġa. Meta kont Għawdex iddeċidejt li nieħu ċans. Għalhekk bdejt indur għand xi mekkaniks u nitlobhom jagħtuni xi metall li ma kellhomx bżonn. Kollha qaluli biex nidħol fil-garaxx u nieħu li rrid. B'hekk barra l-arti nnifisha nħoss li qed nagħti t-tieni ħajja lil metall mormi." Stephen ħadni l-mużew tal-Qala Folk Art fejn hemm esebizzjoni tiegħu, sew tal-pittura kif ukoll tal-iskultura fil-metall. Kif tidħol jolqotlek għajnejk żiemel kbir tal-metall, kulur il-bronż. "65% tiegħu hu magħmul minn metall mormi, iżda kelli nixtri xi folji tal-metall ukoll u anke użajt biċċiet minn xarabank. Malli jarawh in-nies jaħsbu li dan iż-żiemel jiċċaqlaq jew jagħmel xi movimenti iżda dan il-makkinarju li fih hu biss biex jiġbidlek l-attenzjoni," qalli Stephen li kompla jgħidli li dak li jien kont qed naħseb li hu ramm, mhu xejn ħlief żebgħa speċjali li jġibha minn barra u li Malta ma teżistix. "Fiha erba' kuluri mħallta biex jiġi dan il-kulur" Stephen qalli li dan iż-żiemel ħadlu tliet xhur biex tlesta u għandu intenzjoni li dan iż-żiemel jispiċċa bħala monument f 'xi triq jew pjazza f 'Victoria. Stephen qalli li hu għadu mhux daqstant magħruf f 'Għawdex, u anke x-xogħol tiegħu għad m'hemmx marketing biżżejjed għalih u għal dan waħħal fih innifsu għax aktar moħħu biex joħloq xogħlijiet oħra milli jbiegħ lilu nnifsu. Sadattant ħadni fil-garaxx tiegħu fejn jaħdem u hemm stajt nara kelb kbir tal- metall li skont hu se jkun kapolavur aktar miż-żiemel malli jitlesta. Urieni wkoll shoe rack/coat rack fid-dar tiegħu li qalli li din daret Malta u Għawdex kollu, "għax hi magħmula minn folji ta' xarabank li kienet taħdem sew f 'Malta kif ukoll Għawdex." Fil-fatt qalli li issa għandu f 'moħħu li jibda jaħdem fuq oġġetti Jagħti ħajja ġdida illum@mediatoday.com.mt John Busuttil Reporter ma' Simon Busuttil Simon Busuttil se jkun il- mistieden ewlieni f 'Reporter, għada, live fid-8.40pm fuq TVM2, b'ripetizzjoni fuq TVM, fl-21.45pm. Il-Kap tal-Oppożizzjoni jagħmel reshuffle fis-shadow cabinet tiegħu. Uċuħ ġodda jieħdu post eks Ministri Nazzjonalisti u jgħid li dan hu stil ġdid ta' tmexxija fost it-tibdil li qed jagħmel u se jkompli jagħmel fil- Partit Nazzjonalista. Stephen Mifsud flimkien mal-war horse li tant għandu għal qalbu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 January 2015