Illum previous editions

illum 18 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/448094

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

Il-Ħadd 18 ta' Jannar 2015 | illum 11 tal-kaċċa fir-rebbiegħa ma jinfetaħx okkupati illegalment. Ir- rebbiegħa għandu dritt li jgawdiha kulħadd." "Aħna ngħidu 'le' għal- kaċċa fir-rebbiegħa għax nemmnu li l-arranġamenti sigrieta bejn il-kaċċaturi u l-Gvernijiet differenti mmexxija miż-żewġ partiti l-kbar li permezz tagħhom il-kaċċaturi ngħataw bosta privileġġi mhux il-mod kif taħdem demokrazija moderna. Nemmnu li dawn l-affarijiet għandhom jinbidlu fil-pajjiż. Il-pajjiż jixraqlu aħjar." Staqsejna lil Tolu jekk hemmx raġunijiet oħrajn għalfejn il-kaċċa fir- rebbiegħa trid tinqata'. "Li tiftaħ staġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa hija illegali fl-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva tal-Għasafar. Minkejja dan Malta ilha tapplika deroga, li tfisser eċċezzjoni għal-ligi, kull sena. Ir-raġuni għalfejn il-kaċċa fir-rebbiegħa ma tistax issir fl-Ewropa, u r-raġuni għalfejn il-kaċċa fir-rebbiegħa ma jsirx f 'kważi l-Ewropa kollha hija li l-qtil ta' għasfur li se jbejjet fir-rebbiegħa qatt mhu sostenibbli. Fir-rebbiegħa tal-2014, il-Gvern Malti għoġbu jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa li fiha 10,000 kaċċatur setgħu joqtlu 11,000 gamiema u 5,000 summiena. Mad-daqqa t'għajn huwa ovvju li dawn in-numri ma' jagħmlux sens, għax ifissru li anke jekk kull kaċċatur jaqbad biss żewġ għasafar, l-istaġun suppost għalaq wara l-ewwel ġurnata." Il-ko-ordinatriċi tal- koalizzjoni kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa qalet li dan hu dak li jrid iwettaq ir-referendum. "Ir- referedum abrogattiv hu intenzjonat li jagħti ħarsien lill-għasafar fl-iktar żmien tas- sena li jeħtieġuh. Il-jum li fih anke f 'Malta nagħtu dan il-ħarsien qiegħed joqrob. Jum li fih il-kaċċa fir-rebbiegħa tispiċċa darba għal dejjem. Ir-referendum tal-11 t'April għandu jkun l-istrument li jwassal għal din il-bidla f 'Malta." Tkellimna ma' Tolu dwar il- fatt li l-għaqdiet tal-kaċċaturi qegħdin jgħidu li l-kaċċa fir-rebbiegħa hija dritt irriservat għal "minoranza" fis-soċjetà. "Qegħdin jgħidu wkoll li warajhom imisshom "minoranzi" oħrajn. Din hija kampanja qarrieqa minn naħa tagħhom. Il- kaċċa fir-rebbiegħa mhiex dritt. L-istaġun jiftaħ għal ġimagħtejn f 'April però l-kaċċaturi għandhom ukoll temp ta' ħames xhur fil-ħarifa biex imorru għal kaċċa." Il-kelliema sostniet li l-kaċċa hi attività regolata u meta dan isir b'mod mhux sostenibbli jkun hemm bżonn li tieqaf. Qalet ukoll li l-iżjed żmien li l-kaċċa teħtieġ li tkun regolata hu fir-rebbiegħa meta l-għasafar ikollhom bżonn il-protezzjoni għax ikun iż- żmien li jbejtu. Tolu qalet "L-FKNK għad ma tistax taċċetta li f 'numru ta' każijiet meta l-poplu jkun xeba' b'politiċi li ma jiddeċidux huwa għandu l-għodda biex jiddeċiedi minflok. Wasalna s'hawn minħabba li ż-żewġ partiti politiċi fil-Parlament tul is-snin baxxew rashom għal dak li riedu l-kaċċaturi. Huwa bis-saħħa tar-rieda popolari li fl-aħħar se jkun possibli biex flimkien inħassru l-iżbalji tal-passat u biex il-kaċċa fir-rebbiegħa f 'Malta tispiċċa darba għal dejjem." Il-ko-ordinatriċi tal- koalizzjoni kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa temmet tgħid li fil-11 t'April 2015 huwa importanti li kulħadd joħroġ jivvota "Li ssemma' leħnek f 'referendum abrogattiv huwa d-dritt tiegħek bħala ċittadin Malti. Ir-rwol tal-Gvern f 'dan il-proċess hu biss ta' spettatur iħares u josserva x'inhu jiġri. Issa huwa xogħolna li nassiguraw li din il-bidla finalment isseħħ f 'pajjiżna u dan billi nivvutaw LE." "Qegħdin jgħidu wkoll li warajhom imisshom 'minoranzi' oħrajn. Din hija kampanja qarrieqa minn naħa tagħhom"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 January 2015