Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/448094
Il-Ħadd 18 ta' Jannar 2015 | illum 9 Farrugia u l-Kaptan Pierre Vassallo li llum huwa Kurunell. Il-Maġistrat Inkwerenti, Dr Noel Cuschieri, mexxa l-aċċess fuq il-post tar-reat u ħatar diversi esperti tal-Qorti fosthom lil Dr Anthony Abela Medici, lill-Brigadier Maurice Calleja u lill-Perit Richard Aquilina. Mill-eżamijiet ballistiċi u eżamijiet forensiċi kien irriżulta li l-iskrataċ li ntużaw kienu modifikati b'tali mod biex iċ- ċomb ma jinferix u jkun aktar ikkonċentrat b'konsegwenza li t-tiri jagħmlu ħafna aktar ħsara. Infurmata l-familja Kienu ftit wara s-1am meta Leli u Antonia Seguna, il- ġenituri ta' Maurice, semgħu taħbita mal-bieb. Mhux ħin li s-soltu jmur xi ħadd għandhom u kif Leli ttawwal mill-gallarija u ra brieret tal-Pulizija u ta' fizzjali tal-Armata, għaddew elf ħsieb minn moħħu. Meta fetħilhom u daħlu ġewwa, staqsewh jekk ibnu Maurice kienx xogħol għassa mal-Computer Centre f 'Ħad- Dingli. Kif sema' hekk, qalb Leli bdiet tħabbat aktar mis-soltu. Antonia wkoll bdiet tinkwieta iżda biex ma jtuhomx xokk, kemm il-Pulizija kif ukoll l-uffiċjal tal-Armata qalulhom li kien qiegħed l-isptar. L-omm ħasbet li kien involut f 'inċident tat-traffiku jew kien ħa xokk bil-kitla tal-elettriku li kellhom fil-kamra tal-għassa. Leli iżda ma niżlitlux li kien involut f 'xi inċident u talabhom jgħidulu l-verità. Dawn ġibduh għalih waħdu u qalulu li jkun aħjar jekk imur magħhom id-Depot tal-Pulizija għax ibnu kien inqatel. Aktar tard il-Pulizija wasslu lil Antonio għand Maria fejn mar ukoll binhom l-ieħor, Oreste. Kien hawn li Maria saret taf li ħuha ż-żgħir kien mejjet meta Oreste għamlilha sinjal tas-salib minn wara dahar ommu. Jiftakar li sema' ħoss ta' tliet tiri Din il-ġimgħa stess tkellimt ma' raġel li dakinhar li seħħ dan il-qtil kellu 19-il sena u kien għadu joqgħod mal-ġenituri tiegħu fl-inħawi. "Naf li kienet lejla sħuna u konna għadna barra għax konna għamilna BBQ. Niftakar li kienu wara l-11pm meta smajna tliet tiri. Imma hemmhekk kienet xi ħaġa normali li tisma' t-tiri billejl għax kien hemm min imur fl- għelieqi għall-kaċċa tal-fniek. "Peress li fit-trejqa li tagħti għall-kamra fejn kien il-vittma hemm bozza, ftit tal-ħin wara rajna xi ħaġa skura fl-art u fi ftit minuti bdew ġejjin karozzi tal-Pulizija u anke tal-Forzi Armati," qalilna s-sors. Kien hemm min qal li nqatel bi żball Dakinhar Seguna kien xogħol bħala għassies fiċ-Ċentru tal-Computers tal-Gvern, fejn illum il-post jinsab abbandunat u għalkemm dan l-aħħar il-Ministeru tal-Edukazzjoni indika li għandu pjan li f 'dan il-post tinbena skola sekondarja tal-bniet. Jidher, iżda, li għal dan is-sit hemm talba wkoll biex jintuża bħala ċentru ta' rijabilitazzjoni ta' żgħażagħ bil- vizzju tad-droga. Maurice Seguna nqatel kiesaħ u biered waqt li kien xogħol għassa mad-daħla prinċipali tal-Computer Centre. Kien hemm perjodu li kien hemm min jemmen li Seguna nqatel bi żball meta l-qattiel ried jagħmel vendetta minn persuna oħra li kien ikun fl-istess inħawi. Fil-ktieb tiegħu "Minn Taħt l-Inċira," Joe Mifsud kiteb li l-Pulizija kienet waslitilha informazzjoni li xi xhur qabel ma nqatel Seguna, raġel li kien midħla taċ-Ċentru tal- Computers kien immolesta tlett ibniet taħt l-età. Mifsud jgħid fil-ktieb tiegħu li waqt l-investigazzjonijiet tagħhom il-Pulizija ma eskludewx it-teżi li xi missier seta' mar fuq il-post u ħaseb li kien se jsib lir-raġel li kien immolesta lill-bniet. Iżda wara li spara kien tard wisq biex ikun jaf li fil-fatt Maurice Seguna ma kienx il-persuna li mar biex jagħmel vendetta minnu. Dakinhar Seguna ma kienx liebes uniformi u għaldaqstant faċilment seta' kien żbaljat ma' xi ħadd ieħor. Lil missier Maurice qalulu li xi ħadd ried joqtlu Mhux tal-istess fehma kien missier Maurice. Snin ilu missier Maurice kien qal li xi ħadd kien wassallu informazzjoni li kien hemm xi ħadd li ried iqabbad persuni biex joqtlu lil ibnu. Leli Seguna, missier il-vittma, meta kont kellimtu aktar minn disa' snin ilu kien fetaħ qalbu miegħi u stqarr li wara l-qtil ta' ibnu kien irċieva telefonata anonima b'leħen ta' raġel. Dan kien qallu li kien ġie avviċinat minn persuna li riedu joqtol lil Maurice meta dan ikun xogħol f 'Ħad-Dingli. Iżda dan irrifjuta. Qallu wkoll li l-istess persuna kien avviċina persuna oħra iżda wkoll irrifjutat. Leli kien għadda din l-informazzjoni lill-Pulizija, iżda kienu qalulu li minkejja li kellhom suspetti fil-persuna indikata ma kellhom ebda provi. Investigazzjoni fl-istess ħin meta seħħ il-qtil Mingħajr ebda ħjiel ta' min seta' kien il-qattiel, l-investigaturi ppruvaw jsibu imqar xhud wieħed biex forsi jaraw xaqq ta' dawl fit-tarf tal-mina. Għaldaqstant xi jiem wara l-qtil ta' Seguna, il-Pulizija reġgħu marru fuq il-post fl-istess ħin li seħħ id-delitt, u ċioé għall-ħabta tal-11.15pm. Dakinhar il- Pulizija mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali u esperti Forensiċi flimkien mal-esperti tal-Qorti, qagħdu f 'postijiet differenti, fosthom anke qrib residenzi faċċata taċ- ċentru. Meta kulħadd ħa postu kienu sparati tliet tiri b'senter biex jaraw kif jinstemgħu u jekk fil-fatt kinux sparati aktar minn tliet tiri. Eżamijiet forensiċi ma jħallux riżultati mixtieqa L-Uffiċjali tax-Xena tar-Reat kienu elevaw il-ħwejjeġ li kien liebes il-vittma meta nqatel u kienu ntbagħtu f 'laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja għal analiżi dettaljati, iżda minkejja li damu tliet snin biex waslu lura xorta baqa' ma taw ebda riżultati pożittivi. Ġustizzja iva, jaħfru le Bħalma nistaqsi lil kull qraba tal-vittmi, anke lil familja ta' Maurice kont staqsejthom jekk humiex lesti li jaħfru lil min qatel lil Maurice. Ir- risposta kienet spontanja. "Naħfru le u qatt. Min qatel lil Maurice serqilna parti kbira minn ħajjitna li qatt m'aħna se nġibuha lura," kienet qaltli Maria, oħt Maurice. Il-ġusitizzja trid issir, qalli Leli, għalkemm wisq jibza' li hija diffiċli. "Donnu qalbu ħebritu" Maurice kien iqatta' ħafna ħin meta ma jkunx xogħol għand il-ġenituri tiegħu u oħtu Maria fil-Marsa. Dakinhar li Seguna nqatel kien lejlet il-festa ta' San Filep ta' Ħaż-Żebbuġ u billi kien se jkun xogħol ta' billejl, martu Rita kienet marret flimkien ma' binhom għand il-familja tagħha. Maria qalet li filgħodu kien mar għandha u aktar tard mar ma' missieru u ommu sas-Siġġiewi biex jixtru l-fniek. Peress li kien se jkun xogħol billejl u d-dar ma kien hemm ħadd, waranofsinhar kien raqad għand oħtu qabel mar għax- xogħol. "Donnu qalbu ħebritu" kienet stqarret miegħi Maria. "Qatt ma kont smajtu jgerger li kien xogħol, iżda dakinhar qalli li ma kellux aptit imur għall- għassa," qalet Maria b'għoqla fi griżmejha. Kif kien se joħroġ mid-dar ta' oħtu biex imur għax-xogħol għall-ħabta tas- 6pm, waqaf quddiem il-bieb ta' barra u staqsieha jekk riditx li jirranġalha l-arloġġ li kien imwaħħal fl-għoli. "Mela ħa mmur. Narakom għada u mmorru ngħumu." Dawn kienu l-aħħar kliem li Maria semgħet mingħand ħuha ż-żgħir Maurice. Interrogati nies qrib tal- vittma, fosthom martu Kważi f 'kull omiċidju parti mill-investigazzjonijiet tal- Pulizija hija li jkellmu l-persuni li jkunu qrib il-vittma fosthom il-qraba. Il-każ ta' Maurice Seguna ma kienx eċċezzjoni u l-Pulizija kienu interrogaw fit- tul lil xi qraba tiegħu fosthom martu Rita. Fil-fatt Rita Seguna kienet inżammet għal ħin twil fil- Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija u nħelset it-Tnejn, 14 ta' Ġunju 1993 għall-ħabta tas-2pm ftit ħin qabel kellu jibda l-funeral ta' żewġha. Iżda xorta waħda Rita ma kinitx f 'qagħda li tattendi għall-funeral li kien sar fil- Knisja Parrokljali tal-Marsa. Il-kamra li kienet tintuża mill-għassiesa, fosthom Seguna Esperti tal-Qorti fuq ix-xena tad-delitt. Fuq quddiem Dr Anthony Abela Medici fl-1993 informat bil-ħin opportun biex joqtlu Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in-numri 119 jew 21224001. Appell Ritratti: Arkivji Nazzjonali