Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/448094
Il-Ħadd 18 ta' Jannar 2015 | illum 27 SPORTSillum ir-rivelazzjoni assoluta fil-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra vantaġġ ta' 5 punti fuq Manchester City tal-klabb, kellhom jagħtu xi 33 miljun Sterlina lill- FA Ingliża. Dan l-ammont eżorbitanti ma setax jitħallas b'riżultat li l-klabb tpoġġa għall-bejgħ. Kien f 'dan iż-żmien li l-istorja tas- Saints ħadet żvolta ġdida u dan meta Markus Liebherr, billjunarju Ġermaniż kien ġie avviċinat mill- businessman tiegħu, Nicola Cortese, biex jixtri l-klabb li kien jissapportja Liebherr stess. F'dan iż-żmien ta' tibdil, aħna l-partitarji qatt ma qtajna qalbna u bqajna niltaqgħu b'mod regolari biex nisimgħu u anki naraw logħob f 'diversi ħwienet ġewwa Malta. Iżjed minn hekk, f 'logħbiet deċisivi fil-promozzjoni tas-Saints f 'kampjonati 'l fuq, sifirna flimkien kemm -il darba, inkluż meta grupp minna tlajna Wembley biex naraw il-finali tal-Johnston Paint Trophy fl-2011 li ntrebaħ mis-Saints b'riżultat ta' 4-1, esperjenza li tibqa' stampata f 'moħħi. B'Liebherr bħala s-sid il-ġdid tas-Saints, kulħadd kien moħħu mistrieħ u jħares 'il quddiem b'entużjażmu għall-futur feliċi. Madankollu bħal sajjetta fil-bnazzi f 'Awwissu tas-sena 2011, Markus Liebherr ħalliena, aħbar li xxokkjat lil kulħadd, inkluz lilna l-partitarji tas-Saints. Liebherr, li kien regolarment jattendi għall-partiti ġewwa l-istadium St Mary's u jsegwi lis-Saints bħala wieħed mill- passjonijiet tiegħu, ħalla lill-klabb b'wirt lil bintu, Katerina Liebherr. Kien żmien ta' taqtiegħ il-qalb għaliex ħadd ma kien jaf x'kellha f 'moħħha bintu u jekk kinitx se tkompli bil-viżjoni li kellu missierha. Kienu mumenti ta' tensjoni għax kien hemm biża' li bintu setgħet tbiegħ lill-klabb jew ma tkomplix tinvesti fih. Iżda l-ispekulazzjonijiet kienu twaqqgħu meta Katerina Liebherr tat konferenza stampa fejn qalet li hija riedet tkompli fuq il-ħolma li kellu missierha li jara l-klabb fil-Premier League. Il-filosofija tal-klabb, li llum huwa wieħed mil- iktar timijiet stabbiliti fl-Ewropa u għandu jkun ta' mudell għal timijiet oħra, hija waħda sempliċi bi promozzjoni ta' talent lokali u internazzjonali minn età żgħira fejn dawn tal-aħħar ikollhom l-opportunità li jittrenjaw mal-ewwel tim. Infatti, s-Saints għandhom waħda mill-aħjar scouting networks fid-dinja u għadhom kif irrinovaw l-Akkademja Sportiva tagħhom b'investiment ta' madwar 40 miljun Sterlina u li ssemmiet The Markus Liebherr Pavillion wara l-mibki, Markus Liebherr, is-salvatur tas-Saints. Ta' min ukoll isemmi li l-pedigree tas-Saints hija waħda fenomenali . Dan il-klabb dejjem ipproduċa talenti kbar fil-kamp tal- futbol Ingliż, li jinkludu stilel bħal Terry Paine, Mick Channon, Matthew Le Tissier, Alan Shearer, The Wallace bros, Wayne Bridge, James Beattie, Theo Walcott, Gareth Bale, Oxlade Chamberlin, Adam Lallana, Callum Chambers, Luke Shaw u hafna, hafna izjed. Ma jistax jonqos li bħalissa aħna l-partitarji ninsabu kburin bil-prestazzjoni u anki bil-pożizzjoni tat-tim tagħna li jinsab fit-tielet post tal-klassifika tal-Premier League u dan wara r-rebħa tal-Ħadd li għadda. Ta' dan għandu jingħata kreditu l-kowċ ta' fama mondjali, Ronald Koeman, li apparti li rnexxielu jkompli jibni fuq stil ta' logħob b'passing one touch veloċi, kien kapaċi jġib plejers internazzjonali fosthom Graziano Pelle', Tadic, Alderwereld u Frazer Foster. Dawn l-akkwisti kienu pass kruċjali wara li fis-sajf li għadda, it-tim ra t-tluq tal-kowċ u plejers bħal Adam Lallana, Rickie Lambert, Dejan Lovren u Luke Shaw għal ma' timijiet rivali oħra, timijiet oħra li bħalissa kollha jinsabu taħt is-Saints fil-klassifika. L-istorja tas-Saints hija sinomina ma' dik tal- leġġenda tal-Phoenix (l-għasfur tan-nar) - meta dan l-għasfur kienu ħasbu li qerduh bin-nar, dan kien irxoxta mill-ġmied u ttrasforma ruħu f 'għasfur ikbar u iktar b'saħħtu. Ninkoraġġixxi lil kull partitarju ta' kwalunkwe tim li ma jkunx meqjus wieħed mit-timijiet kbar biex dejjem jibqa' jsegwi t-tim favorit tiegħu għax bħalma kien qal il-plejer ta' fama internazzjoni, Dennis Bergkamp – "When you start supporting a football team you don't support it because of the trophies, or a player, or the history, you support it because you found yourself somewhere there; found a place where you belong". Nistieden lill-qarrejja biex iżuru l-facebook page tagħna Southampton FC Malta kif ukoll l-website www.sfcmalta.club." Burnley u Crystal Palace rajna xejn inqas minn ħames gowls bi Crystal Palace barra minn darhom ikunu huma li joħorġu rebbieħa bl- iskor ta' 3-2. Il-gowls għal Palace waslu minn doppjetta ta' Dwight Gayle u gowl uniku ta' Jason Puncheon. Tajjeb ngħidu li Burnley kienu żewġ gowls minn fuq biż-żewġ gowls għalihom waslu minn Ben Mee u Danny Ings. Stoke City barra minn darhom kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Leicester City bil-gowl uniku tagħhom fil-logħba jasal mill-eks plejer ta' Barcelona, Roma u AC Milan, Bojan Krkic, fit-63 minuta. Intant, mill-Kampjonat Taljan Serie A TIM, il- konfront bejn Empoli u Inter intemm f 'parità ta' mingħajr gowls. Plejers ta' Southampton jiċċelebraw fir-rebħa ta' 1-0 kontra Manchester United f'Old Trafford nhar il-Ħadd li għadda