Illum previous editions

illum 18 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/448094

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

Il-Ħadd 18 ta' Jannar 2015 | illum 15 integrazzjoni soċjali… imma rridu naraw x'qed nifhmu biha. Wieħed jaf ikun kapaċi jirnexxielu jintegra ruħu wara sitt xhur, u l-ieħor jaf wara ħames snin ma qabadx irkaptu. X'se nagħmlu b'dawn? Qed nipprovdu servizzi bbażati fuq dak li tipproduċi l-komunità biex naraw x'potenzjal għandu? Meta wieħed jerġa' jirritorna fid-dinja popolari, biex insejħulha hekk, id-dinja ta' barra, huwa faċilissimu li jerġa' jinstabat. B'hekk għandu jkollna soluzzjonijiet. Għallinqas jaf li persuna fi tmiem il-ġimgħa jista' jingħaqad f 'komunità u jaf li mhux qiegħed fil-periklu, jaf li qiegħed ma' nies li jifhmuh u post fejn jista' jistrieħ u jirrilassa f 'post nadif. Biż-żmien temmen li l-abbuż mid- droga f 'pajjiżna se jibqa' jiżdied? S'issa jidher li hemm sejrin. Qed ngħixu f 'soċjetà li tappoġġja l-addictions. Mhux addictions ta' droga biss, anke saħansitra l-ikel. Ħadd mhu qed jikkunsidraha… anke f 'Malta stess… ma nistgħux naqbdu u ngħidu ngħalqu l-ħwienet tal-ikel li jagħmel ħsara, imma għandna nżidu t-trawwim, inġibu n-nies konxji ta' dawn l-addictions. Nagħtu l-għodda, imbagħad jiġi mill-bniedem li hu jkun konxju ta' dan kollu mbagħad jagħżel hu, imma għandha tiżdied il-kuxjenza. U dan nisħaq li mhux fid-dawl tad-droga biss imma ta' kull tip ta' addiction. Żewġ sentenzi li qal Kevin u ma setgħux jitħallew barra. "Inħossni mbierek bl-addiction li kelli f 'ħajti. Illum il-ġurnata naf x'irrid u naf x'ma rridx. Illum il-ġurnata kulħadd f 'ġirja sfrenata jfittex x'irid u jien illum nista' ngħid li bir-realizzazzjoni li għamilt ta' dak li ma rridx naf x'għandi nfittex biex insib dak li rrid." Kevin tkellem mill-esperjenza reali tiegħu u ma tkellimx biss dwar ħsibijiet fl-arja. Ma tkellimx dwar x'għandu jsir fuq persuni li hu bilkemm jaf. Kevin għex il-ħajja ta' drugat u llum il-ġurnata qam fuq saqajh u beda triq ġdida. Kull min jixtieq jagħmel kuntatt mal-AVFDA jista' jibgħat email fuq avfda@gmail.com jew inkella jsib il- paġna fuq Facebook - AVFDA. mhi korrettiva xejn" Kevin Busuttil 39 sena Minn Birżebbuġa, joqgħod Għawdex Kofundatur tal-AVFDA Ritratt: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 January 2015