Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/448094
8 illum | Il-Ħadd 18 ta' Jannar 2015 MAURICE Seguna nqatel b'tiri ta' arma tan-nar sparati mill-qrib f 'każ li l-Pulizija ma eskludietx it-teżi ta' omiċidju li sar b'vendetta, għalkemm s'issa għadu mhux magħruf b'mod uffiċjali għalfejn kienet din il-vendetta. Dan l-omiċidju seħħ nhar is-Sibt, 12 ta' Ġunju 1993, aktar minn 21 sena u seba' xhur ilu, meta Seguna kien xogħol bħala għassies fiċ-Ċentru tal-Computers tal-Gvern tas- Swatar f 'Ħad Dingli. Seguna kellu 32 sena meta nqatel. Huwa kien miżżewweġ lil Rita minn Ħaż-Żebbuġ u kellhom tifel li dakinhar li nqatel Maurice binhom kien għadu tifel ta' erba' snin u tmin xhur. Il-qattiel seta' kellu informazzjoni minn ġewwa Għal xi żmien Seguna kien membru tal-Forzi Armati iżda meta nqatel kien fl-Awżiljari. Huwa nqatel bi tliet tiri ta' senter sparati mill-qrib. Għaddew aktar minn 21 sena u għalkemm għad hawn min jemmen li l-Pulizija kienu viċin ħafna li jsolvu dan il-każ, s'issa qatt ma kellhom dik il-prova biżżejjed biex iressqu lil xi ħadd quddiem il-ġustizzja. Min ried joqtol lil Seguna jew kien ilu jsegwi l-passi tiegħu u studja sew il-movimenti kemm ta' Seguna kif ukoll ta' kollegi li jinzertaw ikunu xogħol ukoll, jew inkella l-qattiel kellu informazzjoni minn ġewwa fi xħin Seguna jkun waħdu fil- kamra żgħira li jkun fiha għassa fid-daħla taċ-ċentru. Il-każ seħħ f 'nofs Ġunju u kienet lejla sħuna, għaldaqstant Seguna kien barra l-kamra żgħira li kienet tintuża biss mis-suldati li jkunu għassa. Fuq barra qrib il-bieb kien hemm siġġu li kienu joħorġuh biex joqogħdu fuqu anke billejl. Dan kien siġġu antik bis-seat imqatta', iżda kien biżżejjed biex iservi lis-suldati. Għall-ħabta tal-11.15pm Maurice Seguna kien barra l-kamra, x'aktarx bilqiegħda. Ftit tal-ħin qabel kien hemm suldat ieħor miegħu li, kif kienet ir-rutina, mar jagħmel ronda madwar il-bini taċ-ċentru. Il-qattiel kien b'vann jew LandRover Għalkemm kien hemm aktar minn teżi waħda kif inqatel Seguna, minn informazzjoni li komplejt niġbor irriżulta li l-qattiel mar fuq il-post b'vettura, x'aktarx vann jew LandRover għolja u li l-vettura kienet minn dawk bl-isteering fuq ix-xellug. Il-qattiel ġie minn Triq Santa Katerina, saq bid-dawl mitfi biex ma jagħtix fil-għajn fit-trejqa dejqa li ftit li xejn kellha dawl. Huwa waqaf ftit qabel il-barrier tal-ħadid li kien hemm qrib il-kamra fejn kien hemm Seguna. Kif Seguna resaq lejn il-vettura, il-qattiel ħareġ il-parti tal-kanna tas- senter mit-tieqa u spara l-ewwel żewġ tiri mill-qrib lejn Seguna li ntlaqat f 'sidru. Kif kien nieżel mal-art għal dahru, il- qattiel spara tir ieħor li laqat lil Seguna f 'kuxxtejh u fil-ġenitali. Maurice Seguna spiċċa wiċċu 'l fuq b'feriti gravi ħafna iżda ma mietx mill-ewwel. Minn hemm il-qattiel saq lejn it-triq prinċipali li hija Triq ir-Rabat u seta' ħarab jew fuq il-lemin fid-direzzjoni ta' Ħad- Dingli jew lejn id-direzzjoni opposta lejn ir-Rabat. L-espert li kien tqabbad mill- Qorti, il-Brigadier Maurice Calleja, kien ta' din il-fehma kemm għaliex il-Pulizija qatt ma sabu skrataċ kif ukoll l-angolu ta' kif ġew sparati t-tiri kien għoli u mhux livell tal- vittma. L-investigaturi ħadmu wkoll fuq teżi differenti. Kien hemm min jemmen li Seguna sema' ħsejjes fil-ħaxix u għaldaqstant resaq lejn il-barrier tal-ħadid biex jara jekk kienx hemm xi ħadd wara l-ilqugħ. Kif wasal mal-barrier Seguna ġie wicċ imb wiċċ mal-qattiel li spara żewġ tiri ta' senter u ieħor kif kien fl-art. Sieħbu kompla bir-ronda Jidher Seguna ma mietx mill-ewwel iżda għamel xi ħin fl-art f 'għadira demm. Persuni li tkellmu miegħi qaluli li kien hemm min ra lil Seguna mitluq fl-art u kien għadu jiċċaqlaq u li dawn il-persuni ċemplu għall- ambulanza u lill-Pulizija. X'aktarx li sieħbu, li kien qed jagħmel ir-ronda mal-kumpless, meta sema' t-tiri wkoll ħaseb li kienu kaċċaturi u kompla bir- ronda tiegħu. Iżda meta wasal qrib il-kamra ra lil Seguna fl-art qrib il-'barrier' tal-ħadid li kien jintuża biex ma jkunux jistgħu jidħlu l-vetturi. Marru l-Pulizija u fizzjali tal- Armata Kif il-Pulizija saru jafu li kien hemm sparatura u li xi ħadd seta' nqatel qrib iċ-Ċentru tal- Computers tal-Gvern f 'Ħad- Dingli, l-ewwel ma wasal fuq il-post kien l-Ispettur Pawlu Sammut mid-Dipartiment tal-Investigazzjonjiet Kriminali flimkien mas-surġent li kien miegħu. Huma waslu fi ftit minuti peress li dak il-ħin kienu fl-inħawi fuq ronda. Aktar tard bdew jaslu aktar Pulizija fosthom dawk tad- Distrett immexxijin mill- eks-Spettur Gaetano Walker. Pulizija oħrajn li marru kienu Joe Cachia, dak iż-żmien kien Supretendent u llum il-Kap Kmandant tal-Akkademja tal-Pulizija, kif ukoll dawk mid-Dipartiment tal- Investigazzjonjiet Kriminali fosthom l-eks-Spetturi Pawlu Sammut u Emanuel Cassar. Peress li l-post kien ikun hemm għassa wkoll is-suldati, marru l-Aġent Kmandant ta' dak iż-żmien il-Kurunell Claude Gaffiero, il-Kurunell Raphael Mill-Qorti Traffikaw droga f 'awla tal-Qorti RAĠEL li qed jiskonta sentenza ta' 25 sena ħabs wara li kien instab ħati li kkawża l-mewt ta' Rachel Bowdler, flimkien ma mara ta' 57 sena ġew mixlija li nhar l-Erbgħa kienu fil-pussess ta' eroina u kokaina f 'ċirkostanzi li juru li ma kinitx għal użu esklussiv tiegħu. L-ewwel li tressaq kien Jason Decelis ta' 37 sena li dakinhar f 'awla tal- Qorti rigward kawża ta' droga oħra. Huwa allegat li filwaqt li Decelis kien fl-awla, uffiċjali tal-Qorti lemħu lil Rita Zammit ta' 57 sena tgħaddi pakkett tad-droga lil Decelis. Decelis, flimkien ma' ommu Concetta u missieru Carmel kienu misjuba ħatja li fl-2001 ikkaġunaw l-mewt ta' Rachel Bowdler li dak iż-żmien kellha biss 18-il sena. Id-droga li allegatament ġiet traffikata f 'dan il-każ kienet tikkonsisti f 'ħames grammi eroina, għaxar grammi kokaina, u 99 pillola li huma steroids. Decelis wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrieh. L-avukat tad- difiża, Tonio Azzopardi, ma għamel l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest. Madankollu, l-avukat talab li l-imputat jibqa' jgawdi l-kundizzjonijiet li għandu bħalissa fil- ħabs, u li ma jintbagħatx f ' diviżjoni numru sitta. Huwa qal li kwalunkwe trasferiment huwa forma ta' kastig lill-persuna li sa issa għadu preżunt innoċenti. Il-Maġistrat Aaron Bugeja qal li minkejja din it-talba, hija taħt id- diskrezzjoni tad-Direttur tal-Ħabs u mhux tiegħu. Intant, Rita Zammit, il-persuna li allegatament għaddiet id-droga lil Decelis wieġbet mhux ħatja li ttraffikat id-droga kokaina u eroina u li kellha fil-pussess tagħha din id-droga li nstabet f 'ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tagħha. Hija wieġbet mhux ħatja. L-Avukat Frank Cassar qal lill-Qorti li l-imputata għandha tingħata l-ħelsien mill-arrest għax hija kkoperat mal-pulizija, tant li fl-istqarrija hija ammettiet kollox. Qal ukoll li jekk tintbagħat il-ħabs hemm riskju ta' kuntatt bejn Decelis u Zammit u li r-reat mhux daqstant serju. Min-naħa l-oħra, l-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Nikolai Sant oġġezzjona għall-ħelsien mill-arrest minħabba l-gravità tar-reat u għaliex l-allegat reat seħħ fil- Qorti. Minkejja dan, il-Qorti laqgħet it-talba għall- ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta' €3,000 u garanzija personali ta' €9,000. DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt Il-vittma - Maurice Seguna Il-qtil ta' għassies f 'Ħad-Dingli fl-1993 Il-qattiel seta' kien informat John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt