Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/448094
"MALTA se tieħu sehem fl-Expo ta' Milan u se jkollha l-padiljun fil-Cluster tal- BioMediterranean ma' 10 pajjiżi oħra mir-reġjun u se tkun ukoll rappreżentata fil- padiljun tal-Unjoni Ewropea mal-pajjiżi membri l-oħra." Dan qalu l-Ministru għall- Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Chris Cardona meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad- deputat Nazzjonalista Marthese Portelli li staqsiet lill-Ministru jekk Malta hiex se tipparteċipa fl-Expo 2015 li se ssir f 'Milan. Il-Ministru qal li għall-ewwel darba l-organizzaturi tal-Expo ħarġu bl-idea ta' Clusters tematiċi li huma marbuta mat- tema ġenerali. Spjega li f 'dawn il-Clusters, l-organizzaturi tal- Expo bnew numru ta' padiljuni li nkrew lill-pajjiżi, speċjalment dawn żgħar, biex jiddisinjaw u jlestuhom skont il-kunċett li huma jkunu ppreparaw. Cardona kompla qal li bħalissa l-bini tal-padiljuni fil-BioMediterranean Cluster huwa avvanzat u dawn se jingħataw lill-parteċipanti fl-1 ta' Frar 2015. Qal ukoll li wara sejħa pubblika għad-disinn u outfitting, intgħażel kuntrattur li bħalissa għaddej bil-proċess ta' preparamenti sabiex is-sett ikun jista' jibda jintrama fuq il-post meta l-padiljun jingħata lil Malta. Żied jgħid li qed isiru wkoll arranġamenti għall-produzzjoni ta' feature films qosra biex jintwerew fil-padiljun filwaqt li se jibda wkoll proċess ta' sejħa għall- personnel li se jkunu fuq il-padiljun matul is-sitt xhur tal-Expo. Il-Ministru temm jgħid li bħalissa l-organizzaturi tal- Expo qed jippreparaw aktar informazzjoni dwar postijiet fl-Expo site li jistgħu jintużaw mill-parteċipanti għall- attivitajiet tagħhom matul iż- żmien ta' Expo. "Ladarba jkun hemm din l-informazzjoni, jibdew isiru wkoll preparamenti għal attivitajiet li Malta tkun tista' torganizza. Apparti minn hekk, hemm ħsieb ukoll li jsiru attivitajiet oħra f 'Milan li jkunu relatati man-negozju." 6 illum | Il-Ħadd 18 ta' Jannar 2015 Nofs miljun Ewro għar-restawr tas-swar tal-Isla "SE jkunu qed jiġu kkonsolidati dawk il-partijiet tas-swar li kienu tħallew abbandunati u għalhekk ix- xogħlijiet ta' restawr fuq is-sur tal-Isla u l-madwar se jibdew daqt. Dan ix-xogħol se jkun possibbli permezz ta' allokazzjoni ta' madwar €500,000 mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, sabiex din il-ġawhra storika mad-dawra tal-Isla tkompli tikkumplimenta x-xogħol ta' restawr li diġà sar u li qed ikompli jsir fuq il-fortifikazzjoni tal-Belt Valletta u tal-Birgu." Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-UE 2017 u Fondi Ewropej, Dr Ian Borg. Borg spjega li apparti t-tisbiħ tal-ħitan ta' difiża, se jkun qed isir ukoll xogħol fuq il-gardjola li fiha nnifisha hi attrazzjoni turistika li tagħti veduta grandjuża tal-Port il-Kbir. Qal ukoll li r-restawrazzjoni fuq is- swar saru ta' neċessità billi dawn qed jispikkaw iktar minħabba l-istat orribli li qegħdin fih speċjalment issa li qed isir ħafna sforz għar-riġenerazzjoni għall- madwar tal-Port il-Kbir. Is-segretarju parlamentari temm jgħid "B'dan l-investiment il-Gvern qiegħed jikkonferma kemm għandu għal qalbu ż-żona tal-Kottonera fejn filwaqt li s-sena li għaddiet inawgurajna l-proġett tal- Baċir Numru 1, fiż-żmien li ġej l-istess żona se tkun qed tibbenefika minn madwar €12-il miljun oħra investiti fil- proġett intenzjonat li jagħti ħajja ġdida lil Villa Bighi fil-Kalkara permezz ta' Ċentru Nazzjonali Interattiv tax-Xjenza ġdid." 1,387 żwieġ bil-Knisja fl-2014 Malta se tieħu sehem fl-Expo 2015 ta' Milan INNUMRU ta' żwiġijiet fil-Knisja li ġew irreġistrati fl-Arċidjoċesi ta' Malta fis- sena 2014 kien ta' 1,387, żieda marġinali fuq iż-żwiġijiet irreġistrati fl-2013. Medja ta' kważi 27 żwieġ fil-ġimgħa. Mit-total ta' żwiġijiet irreġistrati fl-2014, 1,183 żwieġ kienu bejn koppji Maltin. Kien hemm ukoll 53 żwieġ bejn Maltin u barranin. Dawn kienu mqassmin hekk: 29 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Kattoliċi barranin; 20 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Insara mhux Kattoliċi barranin; erba' żwiġijiet ta' Maltin ma' barranin li mhumiex Insara. Ġew irreġistrati wkoll 13-il żwieġ bejn Maltin li qed jgħixu f 'pajjiżi oħra, u 138 żwiġijiet bejn koppji barranin. It-53 persuna minn pajjiżi oħra li fl-2014 ingħaqdu fi żwieġ fil-Knisja ma' persuni Maltin kienu 27 raġel u 26 mara, minn 26 pajjiż differenti, ewlenin fosthom: mill-Italja (11) u mill-Ingilterra (10). L-aktar xhur popolari għaż-żwiġijiet kienu Mejju, Ġunju u Lulju. L-aktar etajiet komuni tal-koppji li żżewġu s-sena l-oħra kienu bejn l-20 u d-29 sena. Fl-2014 kien hemm 48 żwieġ li ġie konvalidat. Żwieġ konvalidat huwa żwieġ ċivili li maż-żmien il-koppja titlob li jsir bil-Knisja. Fl-istess perjodu kien hemm sitt romol li reġgħu żżewġu, kif ukoll 28 persuna li reġgħu żżewġu wara li l-ewwel żwieġ tagħhom ġie ddikjarat null. "B'dan l-investiment il-Gvern qiegħed jikkonferma kemm għandu għal qalbu ż-żona tal-Kottonera" Bħalissa l-bini tal-padiljuni fil-BioMediterranean Cluster huwa avvanzat