Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/448094
30 illum | Il-Ħadd 18 ta' Jannar 2015 X'importanza u relevanza għandu t-tennis f 'ħajtek? L-isport tat-tennis jifforma parti importanti minn ħajti u dak li nagħmel. Bħalissa ninsab fil-ħames sena fl-iskola Sacred Heart College, San Ġiljan fejn qiegħda wkoll nipprepara ruħi għall-eżamijiet tal- MATSEC. Bdejt nilgħab it-tennis ta' ħames snin fil-Vittoriosa Lawn Tennis Club, Paola, taħt il-kowċ, Marco Cappello. It-tennis jinvolvi ħafna mill-ħin tiegħi bejn it-taħriġ tiegħi personali, it-taħriġ fiżiku fil-gym, it-taħriġ tiegħi mat-tim nazzjonali u l-logħob kompetittiv. Nattendi wkoll il- Gordon Asciak Tennis Academy fejn nitħarreġ fuq bażi regolari mal-kowċ Gordon Asciak u mal-kollegi tiegħi. Xi klassifikazzjoni għandek preżentament? Bħalissa għandi numru 2 fil-livell tan-Nisa f 'Malta u Numru 1 fil-livell tal-bniet ta' taħt is-16-il sena. Wasalt sal-finali tal-aħħar żewġ edizzjonijiet tal-Malta Open Championships 2013 u 2014. F'din l-aħħar edizzjoni li saret fil-Marsa Sports Club, tlift il-finali f 'logħba kumbattuta kontra Rosanne Dimech bl-iskor ta' 6-2, 5-7, 3-6. Kont ukoll finalista fil-Malta BOV Top 4 Ladies Tournament 2014 u fil- Malta Top 6 BOV Ladies Tournament 2013 kontra Elaine Genovese. F'liema tournamnets internazzjoanli pparteċipajt fit- tennis? Ipparteċipajt f 'numru sostanzjali ta' tournaments internazzjonali u lokali kemm f 'Malta kif ukoll barra minn Malta. Fost l-aktar riżultati importanti internazzjonali miksuba matul is-sajf li għadda kien hemm ir- rebħ fil-kategorija tad-doubles Under 16 fit-turnament Tennis Europe li sar f 'Birkerod fid-Danimarka. Fis-sena ta' qabel kont ukoll finalista f 'numru ta' turnaments internazzjonali tal-juniors fl- Ingilterra fosthom Edgbaston Archery and Lawn Tennis Society – Girls Under 14 u Girls Under 16, u fit-turnament RLK Edgbaston Priory Club Open Girls Under 14. Fis-sena 2012 kont ukoll rebbieħa ta' turnament 114th Torbay Open Girls Under 12 u tat-turnament Edgbaston Archery and Lawn Tennis Society Junior Girls Under 14. Fuq livell ta' juniors ipparteċipajt ukoll fil- EYOF (European Youth Olympic Festival) fl-Olanda f '2013 u fil- logħob tal-COJI (2012) f 'Sardegna, fejn f 'dawn tal-aħħar l-iskwadra Maltija tat-tennis irbaħna l-midalja tal-bronż. U fuq livell lokali? Fuq livell lokali kont għal numru ta' snin rebbieħa tal- Malta San Michel Junior Open Championships fil-kategoriji kollha (Under 10, Under 12, Under 14 u Under 16) li jiġu organizzati fil-Marsa Sports Club. Kont ukoll rebbieħa f 'turnaments lokali oħra fil-kategorija juniors li jiġu organizzati taħt l-awspiċi tal-Malta Tennis Federation fosthom San Michel Junior Opens u Nexia BT Junior Opens fil-VLTC, Emirates Junior Open fil-Marsa Sports Club u l- Wilson Junior Opens fit-Tennis Club Kordin. X'kienet l-ikbar emozzjoni li kellek sa issa fit-tennis? L-akbar emozzjoni li kelli kienet meta ta' 14-il sena ġejt magħżula biex nifforma parti mit-tim nazzjonali għal Fed Cup li ntlagħbet fl-Estonja fi Frar tal-2014. F'din l-edizzjoni Malta spiċċat fis-sebgħa post minn ħdax il-pajjiż fil-Grupp III Żona Ewropa/Afrika. Il-Fed Cup hija l-ikbar kompetizzjoni internazzjonali fuq livell femminili u kien ta' unur kbir għalija li kelli l-ewwel opportunità li nirrapreżenta lil Malta fuq livell Open kontra plejers professjonali ta' kalibru mondjali fosthom Amy Botwell b'ranking mondjali ta' 432. Fost il-plejers li kienu ħadu sehem f 'din l-edizzjoni fl-Estonja kien hemm Kaia Kanepi (Estonja) b'ranking mondjali ta' 51. X'opportunitajiet tak l-isport tat- tennis f 'ħajtek? L-isport tat-tennis tani opportunitajiet bil- parteċipazzjonijiet fit-turnaments, kampijiet ta' taħriġ u avvenimenti oħra. Tani wkoll ħafna sodisfazzjon bir-riżultati miksuba waqt li bħal kull sport ieħor ikun hemm ukoll id-diżappunt meta r-riżultat jew il-prestazzjoni ma tkunx dik mixtieqa. Dan iżda inħoss li jservi ta' motivazzjoni akbar fit-taħriġ u l-logħob. Waqt li t-tennis jirrikjedi dedikazzjoni qawwija u dixxiplina fit-taħriġ u waqt il- kompetizzjonijiet, dawn il-fatturi nħoss li jgħinu bis-sħiħ fil- formazzjoni tal-karattru tal-atleta li 'l hinn mill-aspett fiżiku. X'inhuma l-aspirazzjonijiet tiegħek għall-futur? L-aspirazzjonijiet tiegħi għall- futur huma li nkompli ntejjeb il-livell tiegħi tat-tennis u l-klassfikazzjoni internazzjonali personali kif ukoll ngħaqqad flimkien l-imħabba li għandi għal-logħba tat-tennis mal- edukazzjoni tiegħi. Nixtieq ħafna li nkompli nirrapreżenta lil Malta fl-ogħla livelli internazzjonali u li nipparteċipa fiċ-ċirkwit professjonali tan-nisa tat-tennis. SPORTSillum Katrina Sammut – tennista li għad għandha biss 15-il sena iżda li bir- riżultati li rnexxielha tikseb sa issa, huwa evidenti li għandnha futur mill-isbaħ jistennieha, -isport tat-tennis li kulma jmur qed jikber l-popolarità f'pajjiżna u mhux biss. "L-akbar emozzjoni li kelli kienet meta ta' 14- il sena ġejt magħżula biex nifforma parti mit- tim nazzjonali għal Fed Cup" It-tennista b'futur mill-isbaħ CRISTIAN ANTONY MUSCAT