Illum previous editions

illum 18 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/448094

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

"ILGVERN xtara għaxar sodod bl-iskema tal-Public Private Partnership sabiex jindirizza l-problema tal- każijiet soċjali fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Is-sodod inxtraw għax il- Gvern jagħraf il-problema li hemm fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex minħabba każijiet soċjali, u jagħraf ukoll li għal snin sħaħ kienet tiġi użata prattika ħażina biex jiġu mistura listi ta' stennija għal servizzi residenzjali." Dan qalitu Justyne Caruana, Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva. Caruana qalet li permezz ta' din il-prattika, anzjani li kienu qed jitolbu servizzi residenzjali bdew jitpoġġew jistennew fl-iswali tal-isptar, li ripetutament kien qed ikun kawża ta' ffullar. "Ħadna inizjattiva sabiex nindirizzaw din il-problema u għall-ewwel darba l-Gvern, bi ftehim mal-amministrazzjoni ta' Villa San Lawrenz, qiegħed jibda joffri servizzi ta' kura fit-tul f 'dar residenzjali f 'Għawdex." Is-Segretarju Parlamentari qalet li dan sar ukoll minħabba l-fatt li, kif qalet il-unjin għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN), il-każijiet soċjali fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex kienu qegħdin jiżdiedu. Hi temmet tgħid li fiż-żmien li ġej mistennija jkomplu jiżdiedu s-servizzi għall-anzjani f 'Għawdex minħabba li hemm nuqqas kbir ta' servizzi f 'dan il-qasam. Il-Ħadd 18 ta' Jannar 2015 | illum 7 Esportaturi interessati ghal kiri u esportazzjoni tat- tonn ghas- sena 2015 jistghu jingabru mill- ufficini hawn taht imsemmija . It- Tender taghlaq fl- 20 ta' Jannar 2015 fil- 11am. Koperattiva Nazzjonali tas- Sajd Ltd "Dar is- Sajjied" Xatt is- Sajjieda, M'Xlokk Tel: 21659391 Ghaqda Kooperattiva tas- Sajd Ltd 'Id- Dwana" Xatt is- Sajjieda, M'Xlokk Tel :21653826 Tender Ghall- Esportazzjoni u Kiri tal- Kwota tat- Tonn ghas- sena 2015 Ġbir ta' ħġieġ bieb bieb "BEJN is-sena 2012 u dik li għadha kif intemmet, l-akbar sors għall-ġbir tal- ħġieġ sal-lum kienu l-Bring In Sites. Il-figuri juru ċar li hemm bżonn ta' qabża fl-impenn u fil-kwalità f 'dan il-qasam." Dan qalu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil- Klima, Leo Brincat waqt it-tnedija ta' inizjattiva tal-Green MT dwar il-ġbir tal-ħġieġ bieb bieb minn 17- il Kunsill Lokali f 'Malta. Brincat sejjaħ din l-inizjattiva skema ġdida bħala fejjieda u li hija fiha nnifisha pass ieħor favur l-ambjent. "Il-pass li jmiss għandu jkun li tingħata spinta lir-riċiklaġġ tal-ħġieġ fuq skala nazzjonali, it-tagħlima li għandha tittieħed mill- esperimenti li saru sal-lum dwar il-ġbir tal-fliexken tal-ħġieġ hija li l-pubbliku għandu jiġi mgħarraf kontinwament u fuq bażi regolari meta jkun se jsir il-ġbir." Il-Ministru qal li għalkemm hija inizjattiva tajba li l-pubbliku jingħata kalendarju ta' darba dwar il- ġbir, dan waħdu jista' jwassal għal tweġiba anqas effettiva min-naħa tal-pubbliku u għalhekk għandhom jitwasslu messaġġi permezz tal-mezzi ta' komunikazzjoni użati mill- Kunsilli Lokali nfushom, mill-operaturi tal-iskemi u idealment anki permezz ta' messaġġi fuq il-mobile u fuq il-mezzi soċjali. "Hemm bżonn sforzi dejjem akbar biex dawn l-isforzi jħallu r-riżultati mixtieqa." "Il-pubbliku għandu jiġi mgħarraf kontinwament u fuq bażi regolari meta jkun se jsir il-ġbir" - Leo Brincat Il-proġett tal-Ewro huwa kbir wisq biex jitħalla jfalli – Alfred Sant "ILPROĠETT tal-ewro hu wieħed politiku u għalhekk sar importanti wisq biex jitħalla jfalli." Dan qalu l-eks Prim Ministru u MEP Alfred Sant meta qal lill-Parlament Ewropew li l-proġett tal- Ewro huwa kbir wisq biex jitħalla jfalli. Sant staqsa għaliex żvilupp li suppost jitqies bħala relattivament ċkejken għaż- żona ewro, bħall-elezzjoni fil-Greċja fil-ġranet li ġejjin, jqajjem inkwiet kbir għall- futur tal-ewro. "Ħafna mil-linji ta' gwida taż-żona ewro jitilqu minn premessi li għadda żmienhom. Dawn il-linji gwida jridu jiġġeddu b'mod politiku mhux tekniku." L-Ewroparlamentari Malti qal li fl-aħħar snin bnejna struttura qawwija ta' ħarsien għaż-żona ewro. "L-istruttura qed titħaddem permezz ta' batterija sħiħa ta' għodod maħsuba biex ikejlu s-saħħa ekonomika u finanzjarja tal-pajjiżi membri u jżommu r-riżultati ekonomiċi u finanzjarji tagħhom fil- parametri mixtieqa. Dan jagħti l-impressjoni li qed nikkontrollaw is-sitwazzjoni aħjar." Alfred Sant temm jgħid li l-proġett tal-ewro nbena fuq il-bażi tas-"soft power" enormi li tgawdi minnu l-Unjoni Ewropea. "Mill-bidu nett, iż-żona ewro ma kinitx żona monetarja ottimali. Ma kellhiex l-istrutturi federali meħtieġa biex iżommuha soda. Id-diverġenzi ekonomiċi fi ħdanha żdiedu mas-snin. It-tħaddim ta' pożittiviżmu tekniku biex nikkontrollaw is-sitwazzjoni qed jispiċċa eżerċizzju ta' fetixiżmu politiku li jherri l-istess "soft power" tal-Unjoni." It-tħaddim ta' pożittiviżmu tekniku qed jispiċċa eżerċizzju ta' fetixiżmu politiku Kura fit-tul għall-anzjani f 'Għawdex "Ħadna inizjattiva u għall-ewwel darba l-Gvern qed joffri servizzi ta' kura fit-tul f'dar residenzjali f'Għawdex" – Justyne Caruana

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 January 2015