Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/448094
Il-Ħadd 18 ta' Jannar 2015 | illum 29 SPORTSillum Id-determinazzjoni tagħha tikkonfermaha bħala fost l-aqwa atleti lokali ta' kull żmien "Ma' Mosta ma kontx kuntent" – Pedro Calcado REBECCA Camilleri, bla dubju waħda mill- aqwa atleti li pproduċiet l-atletika lokali f 'kull żmien u li wara injury serja rritornat bil-kbir u kisbet riżultati mill-aqwa. Dan il- ġurnal għamel kuntatt ma' din l-atleta nnifisha fejn tatna rendikont dettaljat ta' dak li għaddiet minnu tul dawn l-aħħar xhur. "Kont ċerta li l-2013 kienet se tkun l-aktar sena ta' suċċess tiegħi u l-aħħar staġun tiegħi bħala long jumper nazzjonali u sprinter. Però ma kellhiex tintemm kif xtaqt. Jumejn wara li ksirt ir-rekord nazzjonali, u li spiċċajt fis-seba' post overall fl-Ewropa fil- Kampjonati Ewropej tat- Timijiet tal-Atletika, ksirt irkobbtejja fil-Logħob tal- Mediterran fit-Turkija. Dan ġara f 'Ġunju tal-2013. Kont diġà viċin li nagħlaq it-30 sena u kont għadni kemm sofrejt minn injury serja ħafna. B'hekk ma kontx ċerta jekk kontx se nerġa' nkun nista' naqbeż jew li nerġa' nilħaq livell tajjeb. Ir-rijabilitazzjoni bdiet immedjatament wara l-injury. Dan hekk kif iddeċidejt li nagħti l-aħħar spinta tiegħi. L-agħar ħaġa kienet dik li ma kontx naf meta jew jekk kontx se nilħaq l-aħjar livelli tiegħi li tant ħdimt biex nilħaq. Kull ġurnata kienet battalja mentali u fiżika biex nibqa' paċenzjuża waqt li fl-istess ħin kont naf li kelli nibqa' pożittiva u nitħarreġ iktar b'saħħti milli qatt għamilt qabel. Ir-raġuni wara dan kollu kienet waħda sempliċi. Ma ridtx nirtira minn karriera ta' 16-il sena nirrapreżenta lil pajjiżi bi rkoppa miksura. Ridt nispiċċa b'wirja tajba, u ħassejt li kelli iktar x'nagħti kemm lili nnifisi kif ukoll lil pajjiżi. Il-fatt li bdejt nara l-muskoli tiegħi jiddeterjoraw kienet xi ħaġa devastanti, speċjalment wara li kont ħdimt qatigħ meta affrontajt ħafna injuries żgħar tul l-istaġun. Naħseb li ġaladarba bdejt inpoġġi l-piż fuq sieqi u nimxi (madwar seba' ġimgħat wara l-injury tiegħi) irrapreżenta bħall- bieb miftuħ beraħ għalija. Ġaladrba kont assigurata li l-għadma kienet fieqet u li kien normali li nesperjenza uġigħ matul il-perjodu ta' rijabilitazzjoni, allura moħħi kien issettjat fuq li nkun aħjar kemm jista' jkun malajr biex nikkwalifika għal-Logħob tal-Commonwealth. Kelli 5 xhur biex negħleb l-aħjar ħin personali tiegħi, ir- rekord nazzjonali. Ħafna drabi kont inħossni qed nagħmel pass 'il quddiem u tnejn lura. Kont ngħid lili nnifsi kuljum li jekk jirnexxieli nirbaħ din l-isfida, allura kienet se tfisser xi ħaġa. Passi ta' tarbija ttrasformaw ruħhom f 'passi kbar u rnexxieli nagħmel dan grazzi għan- natura determinata tiegħi iżda wkoll grazzi għall- għarus tiegħi Federico li kien il-blata tiegħi tul din l-esperjenza kollha. Huwa kien viċin tiegħi ta' kuljum u għeni fir-rijabilitazzjoni tiegħi ta' kuljum. Eżattament għaxar xhur wara ż-żmien ta' mistrieħ, qbiżt qabża ta' 6.41 metru quddiem folla mill-isbaħ f 'pajjiżna stess. Qabża bħal din kienet tkun waħda tal-ġenn f 'kull ġurnata iżda l-fatt li rnexxieli nagħmel dan għaxar xhur biss wara l-injury tiegħu u quddiem folla mill-isbaħ kienet xi ħaġa indeskrivibbli. Permezz ta' din il-qabża, irnexxieli negħleb l-istandard tal- kwalifikazzjoni b'20 ċentimetru u assigurajt posti fil-Logħob tal- Commonweath. Tejjibt ukoll ir-rekord nazzjonaliu u rrankjajt fost l-aqwa 40 long jumper fl-Ewropa fost eluf. F'dik l-istess ġurnata, u ftit sigħat biss wara, flimkien ma' sħabi l-atleti tat-tim rnexxielna nikkwalifikaw għal 4 x 100m relay. Kien tmiem il-ġimgħa li żgur li mhu se ninsa qatt! Biex, bħal kif jgħidu bl- Ingliż, ikolli ċ-ċirasa fuq il-kejk, dan kien biss il-bidu tal-iktar sena ta' suċċess fil-karriera tiegħi. Komplejt bit-taħriġ u r-rijabilitazzjoni sal-lum il-ġurnata. F'Lulju tal-2014 sirt l-ewwel atleta fl-istorja tal-atletika Maltija li għamiltha sal- finali tal-Logħob tal- Commonwealth. Tajjeb ngħidu li f 'dawn il-logħob l-ewwel 12 jagħmluha għall-finali u total ta' kważi 95 pajjiż jipparteċipaw f 'dawn il-logħbiet. Fl-aħħar irnexxieli nispiċċa fid-disa' post overall fejn saħansitra affrontajt kundizzjonijiet klimatiċi mill-iktar ħażina fi Glasgow fl-Iskozja. Ġimgħat wara l-Logħob tal-Commonwealth ipparteċipajt fil-Kampjonati Ewropej tal-Atletika fi Zurich fejn spiċċajt fil-11-il post overall tal- qbiż li kien viċin l-aħjar riżultat personali tiegħi. Wara staġun mentalment impenjattiv u fiżikament twil, ħadt il-mistrieħ li kelli bżonn. Lanqas tmien ġimgħat wara, bdejt it-taħriġ u l-preparazzjoni fl-istaġun 2015 li se jġib miegħu ħafna kompetizzjonijiet intenazzjonali eċitanti bħal mhuma l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, l-Ewwel Logħbiet Ewropej u l-Kampjonati Mondjali li se jsiru f 'Beijing fiċ-Ċina. Dan ifisser li għandi staġun twil quddiemi. L-unika ħaġa differenti matul dan l-istaġun se tkun dik li se nkun qed nibda b'żewġ saqajn b'saħħithom u rieda iktar b'saħħitha biex inġib riżultati aħjar. Nixtieq nirringrazzja lill-ħbieb tiegħi, familjari, u partitarji lokali li mingħajr l-enerġija u s–sapport tagħhom, lejn l-isport li nipprattika, kollox ikun bla skop," temmet tgħid Rebecca Camilleri. Il-qabża ta' Rebecca Camilleri - riessjoni tar-rieda sħiha u d-determianzzjoni assoluta tagħha l-ħajja li wassluha biex tkun fost l-aqwa atleti li qatt ipproduċa pajjiżna FLAĦĦAR jiem tħabbar kif Pedro Calcado reġa' rritorna ma' Sliema Wanderers wara li fil- passat riċenti kien diġà jilgħab magħhom. Huwa ngħaqad mal-Wanderers wara esperjenza qasira ma' Mosta li fiha iżda ma tantx impressjona. Fis-snin li għaddew Calcado kellu wkoll esperjenza mill-aqwa ma' Balzan. F'kuntatt li għamel dan il-ġurnal mal-attakkant prolifiku Brażiljan huwa saħaq li: "Ħallejt lil Mosta għax ma kontx kuntent hemmhekk, speċjalment bil-mod kif huma jilagħbu. Jien inħobb iktar nilgħab bil-ballun mal-art waqt li Mosta kienu biss jiddefendu u jilagħbu ballun twil. M'għandi xejn kontra l-ebda kowċ iżda ma' Mosta ma kontx qed inħossni tajjeb. Rigward l-avventura ġdida tiegħi ma' Sliema Wanderers, ninsab eċitat ħafna. Naf ħafna nies minn dan it-tim u huma jġegħluni nħossni tajjeb ħafna qisni d-dar. Matul l-aħħar jiem li fihom tħarriġt mal-Wanderers inħoss li l-atmosfera hija tajba u qed nistenna bil-ħerqa biex nilgħab u biex nagħmel l-affarijiet aħjar għal Sliema Wanderers." Pedro Calcado imkien ma' Stephen Azzopardi u Keith Perry