Il-Ħadd 18 ta' Jannar 2015 | illum 13
magħmula mill-metall ukoll
li jkunu jistgħu jintużaw u
jkunu utli fid-dar.
Dwar li xogħlu qed ikun
esebit fil-mużew tal-Folk
u Arti tal-Qala jħossu
onorat ħafna. "Meta
ċempilli s-Sindku Clint
Camilleri biex mal-ftuħ
ta' dan il-mużew ikolli
esebizzjoni tiegħi tgħidx
kemm ħassejtni kuntent u
onorat. Speċjalment li kont
se nesebixxi fejn artist ieħor
Għawdxi ta' fama, Vince
Caruana kien qed jesebixxi.
Kont ixxukkjat għall-ewwel
iżda kburi fl-istess ħin."
Qabel tlaqt Stephen urieni
biċċa xogħol li ħadem
biex tinbiegħ għal Puttinu
Cares. Il-proprjetarju ta'
The Gallery tal-Qala kiser
saqajh u meta neħħa l-ġibs
għaddha l-ġibs lil Stephen.
Mill-ġibs li suppost intrema,
Stephen ħoloq bħal speċi
ta' skultura ta' sieq
impinġija bħala saqajn
tal-'iron man'.
Stephen qalli li
din se jirregalaha
għal Puttinu
Cares waqt attività li se ssir
għat-tfal fi skola f 'Għawdex
u fl-istess ħin jgħallem
lit-tfal li minn dak kollox li
jkun se jintrema tista' toħroġ
jew toħloq xi ħaġa ġdida.
Speċi ta' ri-inkarnazzjoni
tal-affarijiet mormija.
Ikolli nammetti li dan
l-Għawdxi, li ma jitkellimx
kelma bl-Għawdxi u lanqas
bil-Malti għax għex u trabba
l-Kanada, għandu talenti
kbar. Talenti li twieldu
miegħu u li ma studjahom
imkien. Stephen hu artist
'self made'.
ġdida lil metall mormi
Sieq magħmula minn ġibs
li kien użat, u bidilha f 'sieq
ispirata minn Ironman
Waħda mill-pitturi esebiti