Illum previous editions

illum 18 January 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/448094

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 31

JOHN PISANI SPISS ikunu arrestati persuni, l-aktar barranin, fuq traffikar ta' droga f 'pajjiżna li jinqabdu li jkunu daħlu d-droga f 'kapsoli fl-istonku tagħhom. Iżda t-traffikanti tad-droga ma jużawx biss persuni, imma wkoll annimali fosthom żwiemel. Minn stħarriġ li għamlet din il-gazzetta sibna li mhux l-ewwel darba li l-Pulizija mill- Iskwadra ta' Kontra d-Droga kellha informazzjoni dwar kif żwiemel setgħu ntużaw biex tiddaħħal id-droga f 'Malta. Sorsi li tkellmu magħna qalulna li peress li l-istonku taż-żiemel huwa ferm akbar minn dak uman, it-traffikanti jabbużaw billi jużaw kapsoli kbar fl-istonku taż-żiemel li naturalment ikollhom ammonti ikbar minn dak li jista' jdaħħal persuna. €0.90 Nr 431 • 18 ta' Jannar 2015 www.illum.com.mt Il-Bullying fost it-tfal qed iwassal għal 'self harm' Każi ta' droga moħbija f 'kapsoli fl-istonku tal-annimali... It-tqattigħ fuq ġisimhom jista' jwassal għal suwiċidju – Anton Grech Titnieda l-kampanja 'Spring Hunting Out' bl-appoġġ ta' diversi personalitajiet MINN JOHN BUSUTTIL DIN il-ġimgħa l-gazzetta ILLUM ġabret informazzjoni dwar adolexxenti ta' bejn l-etajiet ta' 13 u 15-il sena li qed iqattgħu lilhom infushom, dak li jissejjaħ self harm. Tkellimna ma' żewġ tfajliet li għaddejjin minn din il- fażi, waħda ta' 13 u l-oħra ta' 15-il sena fejn ir-raġuni li wassalhom għal dan il- każ hi differenti minn ta' xulxin. Tkellimna wkoll mal- psikjatra Anton Grech li qalilna li dawk li jweġġgħu lilhom infushom huma komuni f 'Malta, iżda l-kwantità mhix allarmanti jew aktar minn ta' pajjiżi oħra. "Hi kundizzjoni komuni fid-dinja kollha anke jekk m'hawnx statistika ta' kemm hawn li jweġġgħu lilhom infushom u ta' liema età." Fil-fatt qalilna li hemm diversi raġunijiet għaliex dawn jagħmluhom. "Hemm min jagħmel hekk biex ineħħi t-tensjoni, hemm oħrajn biex jiġbdu l-attenzjoni, jista' jkun li hemm kundizzjoni psikjatrika sottili li titfejjaq billi tittieħed kura psikjatrika. Hemm kundizzjoni li jkollha bżonn counselling biss għax ħafna minn dawk li jweġġgħu lilhom infushom jieqfu maż-żmien. Xorta wieħed irid joqgħod attent għax hemm min ma jkunx jaf safejn jista' jasal u kien hemm każi li qatgħu l-vini u spiċċaw mejta. F'oħrajn din il-kundizzjoni twassalhom anke sas-suwiċidju." Anton Grech saħaq li dawk il-ġenituri li jindunaw li wliedhom għaddejjin minn fażi bħal din għandhom jaraw li jagħtu lil uliedhom għajnuna professjonali qabel ikun tard wisq. "Għax ħafna drabi din hi kundizzjoni ta' diżordni personali u wieħed irid jieħu ħsiebha fil-ħin." Ikompli f 'paġna 2 Ikompli f 'paġna 3 Ara paġna 3 Żwiemel setgħu ntużaw biex tiddaħħal id-droga f 'Malta PAĠNI 1011 PAĠNI 1011 Ir-referendum fuq il-kaċċa NEWSPAPER POST

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 January 2015