Illum previous editions

illum 15 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/463342

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 31

JOHN PISANI FOST il-miżuri li ttieħdu fil-ġimgħat li għaddew mill- amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija, hemm li diversi membri tal-Korp li ġew re- instated fuq bażi ta' part-time, kif skadielhom il-kuntratt ġew informati li l-kuntratt mhux se jiġġedded. B'kollox hemm madwar 100 membru fil-Korp tal-Pulizija li reġgħu ddaħħlu fil-Korp fuq bażi part-time. Sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qalulna li dawk li twaqqfu ma kinux qed jistennew din l-aħbar tant li kienet sorpriża għalihom. Huma saru jafu permezz ta' telefonata mingħand kuntistabbli mill- Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fi ħdan il-Korp tal-Pulizija fejn ċemplitilhom u infurmathom biex ma jirrapportawx aktar għax-xogħol u jirritornaw l-uniformi. L-istess sorsi qalulna li jidher li l-Pulizija part-time se jkunu qegħdin jitwaqqfu max-xahar li jkunu ffirmaw il-kuntratt u skont l-età tagħhom. Għalkemm is-sorsi qalulna li dawk li qed jitwaqqfu huma kbar fl-età, jirriżulta li hemm min għandu inqas minn 64 sena u xorta waħda twaqqaf, dan meta f 'ċerti pajjiżi l-età tal-irtirar hija ta' 65 sena. Nifhmu wkoll li kien hemm min huwa iżgħar fl-età u għamel talba biex minn part- time jaqleb għal full-time, iżda t-talba ġiet irrifjutata mingħajr ma ngħataw raġuni għaliex. "Meta tqis li l-Korp għandu bżonn ta' aktar membri l-aktar Pulizija b'esperjenza kbira u meta tqis li f 'Novembru Malta se tospita l-laqgħa taċ-CHOGM, allura dawn il- Pulizija għandhom jinżammu u mhux inwarrbuhom," qal wieħed mis-sorsi. €1.00 Nr 435 • 11 ta' Frar 2015 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST Il-U-Turn ta' Ian Castaldi Paris . . . L-ingaġġ ta' Pulizija part-time fi żmien Manwel Mallia . . . ARA PAĠNI 3031 JOHN BUSUTTIL IAN Castaldi Paris u l-mod kif bidel ħsibijietu dwar il-politika fejn minn attivist u uffiċjal fil- Partit Nazzjonalista qed iħossu aktar komdu u aktar milqugħ mill-moviment immexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat, ħoloq għagħa sħiħ. Lill-attivisti Nazzjonalisti ma tantx niżlitilhom għasel li telaqhom personalità qawwija bħal dik ta' Ian Castaldi Paris, tifhimha u tistennieha. Iżda l-fatt hu li kienu l-ħafna Laburisti hard liners li ma ħadux gost b'dan il- ġest. Ħafna minnhom ħaduha li dan mhux sar Laburist iżda sar opportunist biex jakkwista xi ħaġa mill-gvern meta l-partit tiegħu issa m'għadx għandu poter. Iżda hemm min raha bħala aktar ta' kuraġġ li l-moviment qed ikompli jikber anke wara żewġ rebħiet daqshekk kbar u wara li l-Partit Nazzjonalista qed jagħti x'jifhem li qed jinbidel biex jiġbed il-merħla mitlufa lura. U-turn bħal dik ta' Castaldi Paris juru li l-PN qed ikompli jitlef mill-merħla aktar milli jerġa' jiġborha lura. Iżda jibqa' fatt li l-każ ta' Ian Castaldi Paris mhux kulħadd min-naħa tal- moviment Laburista qed jaċċettah bl-istess mod. Iqajjem mistoqsijiet dwar opportuniżmu Ikompli f 'paġna 7 Ikompli f 'paġna 2 Pulizija mgħarrfa li skadielhom il-kuntratt Metsola tammetti li taħt il-PN żdied il-faqar f 'Malta LEWROPARLAMENTARI Nazzjonalista Roberta Metsola – li fit-8 ta' Jannar li għadda nħatret mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil bħala Shadow Minister għall-Affarijiet Barranin – ammettiet fil- Parlament Ewropew li taħt amministrazzjoni preċedenti, bejn l-2008 u l-2012, f 'pajjiżna żdied il-faqar. Kien fl-aħħar tax-xahar li għadda li Roberta Metsola rreferiet għal statistika riċenti li turi kif 24.8% tal-popolazzjoni Ewropea, ekwivalenti għal 124 miljun persuna, hija fir-riskju tal-faqar u l-eskluzjoni soċjali. Ix-shadow minister Nazzjonalista staqsiet lill- Kummissjoni Ewropea x'miżuri beħsiebha tieħu – fosthom fil-qasam tal-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali – biex iċ-ċittadini Ewropej joħorġu mill-povertà. Fid-domanda tagħha, Roberta Metsola ddikjarat bl-aktar mod ċar li Malta hija fost l-istati membri tal-Unjoni Ewropea li fihom żdied severament il-faqar materjali bejn l-2008 u l-2012. Ħlief xahrejn ta' kampanja elettorali wara li waqa' l-Gvern Nazzjonalista, dawn kienu s-snin kollha tal-aħħar leġislatura li kienet ikkaratterizzata minn instabbiltà ekonomika u politika. Ikompli f 'paġna 2 Fi żmien sentejn għandna Gvern, ministri u Prim Ministru li nqatgħu minn mal-poplu. Beppe Fenech Adami PAĠNA 17

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 February 2015