Illum previous editions

illum 15 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/463342

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

Ikompli minn paġna 1 LEKS kandidat tal- Partit Nazzjonalista, l-eks president tal-Kulleġġ tal-Kunsilli Lokali bħala rappreżentant tal-Partit Nazzjonalista, l-eks sindku ta' Ħal Lija f 'isem il-partit Nazzjonalista u l-persuna li sa sena ilu kkontesta bla suċċess il-kariga ta' Segretarju Ġenerali tal- Partit Nazzjonalista, għamel u-turn ta' 360 grad. Ftit tal-jiem ilu tela' fuq il-podju tal-Moviment tal- partit Laburista u quddiem dawk li sa ftit xhur ilu kien iqishom avversarji politiċi, ikkonferma li fl-aħħar rabba l-kuraġġ u ngħaqad mal-moviment li ilu sentejn jammira l-istil ta' tmexxija ta' Joseph Muscat u qal li jrid ikun man-naħa li tgħid il-verità. Jidher li l-moviment li jgħid il-verità, Ian Castaldi Paris sabu tliet snin u 3 xhur wara li f 'Novembru 2011 kien tela' fuq podju fid-dar tal-ħġieġ tan-naħa t'isfel tal-Ħamrun u kien qal li jħossu kburi li hu Nazzjonalist u qal li għandu fiduċja kbira bil-mod kif kien qed imexxi Malta l-Prim Ministru Lawrence Gonzi. Din il-gazzetta tkellmet ma' tliet politiċi Laburisti u kif jaħsbuha dwar Ian Castaldi Paris u jekk iqisuhx bħala Laburist inkella opportunist. Emanuel Cuschieri "Castaldi Paris hu kredibbli ħafna. Jemmen fil-prinċipju tal-moviment u mhux biex jakkwista. Nilqgħuh bil-qalb kollha fi ħdan il-moviment għax jien ili nsegwih ħafna u fih nara ġenwinità, kredibilità u integrità ta' min jammiraha. Il-partit tagħna jilqa' bil-ferħ mhux lilu biss iżda lil dawk kollha bħalu li huma ġenwini. Meta kien għadu mal-PN kont dejjem nammirah u kont narah tajjeb ħafna u kont nemmen li se javvanza fil-Partit Nazzjonalista. Issa li hu parti minnha nħoss li hu akkwist doppju għax barra li rbaħnieh aħna, tilfuh huma. Il-pajjiż mhux il-Partit Laburista għandu bżonn nies bħal Ian Castaldi Paris." Marc Sant "Li wieħed jitbiegħed minn partit politiku ma neħodhiex bi kbira għaliex id-dinamiċi u dak li jiġri minn wara l-kwinti wieħed mhux dejjem jifhem u jaqbel magħhom. Hi iebsa biex tafda nies li jduru minn partit li jkun fl-oppożizzjoni għal wieħed li jkun fil-gvern u l-iskopijiet tagħhom bilfors li wieħed ikun ftit xettiku minnhom. Fil-fehma tiegħi dawn in-nies għandhom juru l-kapaċitajiet tagħhom qabel ma jitpoġġew fuq pedestall u juru li t-tibdil fil-ħsieb u twemmin tagħhom hu wieħed ta' konvinzjoni u mhux ta konvenjenza. Joe Grima "Mintoff, il-Prim Ministru li miegħu qattajt 20 sena minn ħajti, kien jgħid li jekk tkun trid tbiddel il-korsa politika, trid tbiddel minn ġewwa. Meta ġie għas-siegħa tal-prova u ma rnexxilux ibiddel. Il-korsa li kien ħa l-MLP u l-gvern taħt Sant, ma ddejjaqx li joħroġ barra. Għalija hu leġittimu li politiku li jemmen fil-bidla u fir-riformi u ma jsibx riskontru minn ġewwa joħroġ barra u jmur fejn ikun milqugħ. Qed neskludi l-opportunisti kollha, dawk li biex ikomplu jmaxtru taparsi jibdlu l-bandiera u dawk li jgħixu b'sieq waħda fuq naħa u sieq l-oħra fuq in-naħa l-oħra. Hemm nies li ġenwinament jippruvaw ibiddlu minn kantunieri opposti imma fil-fehma tiegħi huma speċi rari." Il-Ħadd 15 ta' Frar 2015 | illum 7 Ian Castaldi Paris . . . Ilu sentejn jammira t-tmexxija ta' Joseph Muscat Castaldi Paris u "Castaldi Paris bilfors li wieħed ikun ftit xettiku minnhom. Fil-fehma tiegħi dawn in-nies għandhom juru l-kapaċitajiet tagħhom qabel ma jitpoġġew fuq pedestall u juru li t-tibdil fil-ħsieb u neħodhiex bi qattajt 20 sena minn ħajti, kien jgħid li jekk tkun trid tbiddel il-korsa politika, trid tbiddel minn ġewwa. Meta ġie għas-siegħa tal-prova u ma rnexxilux ibiddel. kien jgħid ISSA ONLINE .COM.MT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 February 2015