Illum previous editions

illum 15 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/463342

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

6 illum | Il-Ħadd 15 ta' Frar 2015 Notice of meeting to be held in public e Malta Environment & Planning Authority will meet on ursday 19 th February 2015 at 14:00 hours at the MEPA boardroom, St. Francis Ravelin, Floriana, to discuss the following: DETERMINATION OF DEVELOPMENT CONTROL APPLICATIONS: PA 1821/09: Site o shore, Sikka l-Bajda, l/o Mellieha. Outline application for wind farm including laying of power cables between turbines. PA 1953/14: Site at, Tat-Tomna, Mellieha. To rehabilitate disused quarry as a temporary storage for bulky refuse to be recycled and for the parking of related collection vehicles. proposal includes levelling out of quarry bottom, construction of underground water reservoir, storage room and generator room. Subject to the maximum seating capacity, seats can be reserved on request for the applicant and registered objectors. Remaining seating is lled on a rst come rst served basis. RESERVATIONS: 2290 2018 13 th February, 2015 www.mepa.org.mt 300,000 persuna midfuna fl-Addolorata FREDERICK ATTARD HUMA bosta l-karatteristiċi li jagħmlu liċ-ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata wirt arkitettoniku u storiku uniku. Statistika miżmuma fl- arkivji tal-istess ċimiterju turi li l-Addolorata għandu xejn inqas minn 300,000 persuna midfuna fuq medda tal-aħħar 150 sena, b'binjiet li għandhom sinifikat prestiġjuż ħafna hekk kif huma saħansitra skedati fuq skala 1. Huwa f 'dan il-kuntest li bla ebda dubju jpoġġi responsabbilità kbira fuq it-tmexxija tal-Addolorata li d-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali, taħt il-kappa tas-Supretendenza tas- Saħħa Pubblika, huwa impenjat li jaċċerta li l-istat ta' manutenzjoni jżomm il-pass mad-deterjorament li ż-żmien u l-użu mill-eluf kbar ta' persuni li jmorru jżuru l-memorja tal-għeżież tagħhom naturalment iġibu magħhom. Anke l-maltemp li kkaratterizza l-bidu ta' din ix-xitwa sfortunatament ħalla impatt notevoli fuq l-infrastruttura delikata taċ-ċimiterju tal-Addolorata, b'mod partikolari l-irwiefen tas-7 ta' Novembru li għadda. Dawn ħallew it-timbru tagħhom fuq binja storika li tinsab fid-daħla prinċipali taċ-ċimiterju, b'siġra kbira taċ-ċipress tiġġarraf u magħha s-saqaf tax-xorok tal-bejt tal- kwartieri viċin. Daqstant ieħor kwantità ta' siġar antiki mifruxa madwar iċ-ċimiterju sofrew ħsarat kbar, b'uħud minnhom saħansitra jitqaċċtu mill-qiegħ kompletament. It-tmexxija taċ- ċimiterju però ma tilfitx żmien u rat kif għamlet biex il-ħsarat jitranġaw minnufih fl-istess waqt li baqa' għaddej il-proċess ta' manutenzjoni u rinovar li kien diġà ppjanat. Fil-fatt, wara li nkisbu l-permessi kollha neċessarji l-kamra reġgħet issaqqfet, u bl-għajnuna ta' grupp ta' residenti mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin tnaddfu s-siġar li tqaċċtu u tkissru. Dwar dan ix-xogħol, din il-gazzetta tkellmet mas- Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne li min-naħa tiegħu saħaq li l-Gvern huwa determinat li ma jħallix l-Addolorata jintelaq. "Xhieda ta' dan tenna huwa l-vot finanzjarju akbar b'risq il-manutenzjoni li ġie allokat fil-baġit 2015, flejjes li d-Dipartiment tas-Saħħa huwa kommess li jonfoq bl-iktar mod għaqli possibbli sabiex jiġu indirizzati problemi li tħallew taħt it-trab għal bosta snin." Fearne qal ukoll li ġiet identifika bħala ta' prijorità s-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma f 'diversi partijiet taċ- ċimiterju. "Id-diffikultajiet eżistenti fis-sistema ta' distribuzzjoni tal-ilma ilhom ikarkru sa mill-2008 meta dak iż-żmien kienu ttieħdu biss miżuri temporanji għall- problemi strutturali li ġarrbet is-sistema qadima eżistenti ta' dakinhar. L-infrastruttura preżenti fil-fatt hija waħda antikwata, ineffiċjenti u żgur ma taqdix il-ħtiġijiet taċ-ċimiterju u tal-viżitaturi tiegħu bl-iktar mod adegwat tant li nħolqot il-ħtieġa li jitpoġġew reċipjenti kbar tal-ilma f 'bosta postijiet strateġiċi madwar l-Addolorata, ċirkostanza li ttellef mhux ftit mill-estetika ta' dan il-post meqjum b'tant għożża mill-bosta. Il-ħsieb għalhekk hu li f 'qasir żmien is-sistema tal-ilma tiġi mmodernizzata u mtejba." Is-Segretarju Parlamentari temm jgħid li din l-amministrazzjoni qed taħdem bi sħiħ sabiex tinbena sistema ta' distribuzzjoni tal-ilma aktar robusta u moderna, li tkopri l-eżiġenzi tal-ħafna Maltin li jagħmlu użu regolari miċ- ċimiterju tal-Addolorata. "Apparti l-Addolorata hija wkoll l-intenzjoni tad- Dipartiment tas-Saħħa li jassigura li ċimiterji oħrajn li jaqgħu taħt id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali ma jitħallewx jaqgħu lura, anzi fejn huwa possibbli jissaħħu u jisbieħu." It-tmexxija taċ-ċimiterju però ma tilfitx żmien u rat kif għamlet biex il-ħsarat jitranġaw minnufih

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 February 2015