Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/463342
2 illum | Il-Ħadd 15 ta' Frar 2015 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 54 14 37 39 12 46 61 68 EMPIRE Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Valletta SAN Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Marsa ST. Venera Pharmacy, 532, Triq il- Kbira San Guzepp, Santa Venera RATIONAL Pharmacy, 74/75, Triq il- Wied, Birkirkara DEBY'S Pharmacy, 1, Misraħ il-Bar- rieri, Msida MEDICAL Plaza Dispensing Chemists, Cass-i-Mall Buildings Vjal ir-Rihan, San Ġwann NORMAN'S Pharmacy, 133, High Street, Sliema ILMEĦRIEZ Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, Iklin BROWN'S Chemists, Triq San Pawl, Naxxar MELLIEĦA Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Mellieħa SONREN Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Tarxien SAN Filippu Pharmacy, 155, Triq il- Vitorja, Isla MAY Day Pharmacy, Triq il-Vittorja, Żabbar MARTIN'S Pharmacy, 182, Triq Birzebbugia, Birżebbuġa SAFI Pharmacy, St. John Street C/W Bieb il-Garra Street, Safi DE Rohan Pharmacy, 24, Triq Sant'Antnin, Żebbuġ NOVA Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Rabat ABELA'S Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Victoria XAGĦRA Pharmacy, 55, Triq il-Knis- ja, Xagħra L-OGĦLA: 15˚Ċ L-INQAS: 10˚ Ċ TEMP: Pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita iżolati VIŻIBILITÀ: Xlokk il-Lvant forza 3 għal 4 li jsir mill-Punent Majjistru forza 2 għal 3 RIĦ: Ftit li xejn BAĦAR: Ħafif L-OGĦLA: 15˚Ċ L-INQAS: 10˚ Ċ TEMP: Pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita iżolati VIŻIBILITÀ: TTajba minbarra fil-ħalbiet tax- xita RIĦ: Il-biċċa l-kbira min-Nofsinhar ix-Xlokk forza 2 għal 3 li jsir forza 3 għal 4 BAĦAR: Ħafif li jsir moderat Restrizzjoni fuq is-sahra tal-Pulizija Ikompli minn paġna 1 MIŻURA oħra li hija mmirata biex ikunu ffrankati spejjeż mill-fond tal-Korp tal-Pulizija, hija r-restrizzjoni fuq is-sahra li kienu jaħdmu l-Pulizija. Fost dawk milqutin hemm it-Taqsima tal-ALE, dawk tal-garaxx kif ukoll it- Taqsima tas-Snajja. Twaqqfu wkoll dawk li jaħdmu bis-sigħat imnaqqsa, fejn l-aktar li japplikaw għalihom huma l-Pulizija nisa ġeneralment minħabba t-trobbija ta' wliedhom. Dwar dawn is-sigħat imnaqqsa tqajmet ukoll fil-Parlament meta d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali jekk japprovax u jaqbilx mad-deċiżjoni li qed tkun komunikata lil diversi spetturi tal-Korp tal-Pulizija li qed tkun irrifjutata across the board kull talba għal sigħat imnaqqsa. Min-naħa tiegħu l-Ministru Carmelo Abela qal li jinsab infurmat li d-deċiżjoni dwar is-sigħat imnaqqsa fil-Korp tal- Pulizija, kif imsemmija fl-interpellanza, ittieħdet minħabba l-ammont konsiderevoli ta' uffiċjali li jaqgħu taħt dawn il- kundizzjonijiet. Dan qed jikkaġuna problemi fl-amministrazzjoni għat- tqassim tax-xogħol tal- Pulizija, u għaldaqstant dan jitlob li s-sistema tiġi riveduta għal każijiet diġà eżistenti, kull każ jitqies fuq il-merti tiegħu u dan dejjem fil-qafas tal-ħtiġijiet tal-Korp," temm jgħid il- Ministru Abela. In-numru ta' nies f 'riskju ta' faqar kien tela' minn 20% għal 24% Ikompli minn paġna 1 IDDIKJARAZZJONI ta' Metsola hija biss konferma tal-istatistika uffiċjali li turi kif, tul il-leġislatura li għaddiet, in-numru ta' nies f 'riskju ta' faqar kien tela' minn 20% għal 24%, jiġifieri minn 81,000 persuna għal 99,000 persuna. Din iż-żieda wasslet biex Malta tfalli l-mira li għamlet dwar l-esklużjoni soċjali. Kien fl-2009 li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern kien ftiehem mal- Unjoni Ewropea li pajjiżna jnaqqas il-faqar b'6,560 sal- 2020. Dan ifisser li l-faqar kellu jonqos b'medja ta' 656 persuna fis-sena. Minflok iżda n-nies fil-faqar żdiedu b'medja ta' 4,000 persuna kull sena. Fis-6 ta' Settembru 2014, id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli kien indirizza konferenza tal-aħbarijiet fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista u attribwixxa ċ-ċifri taż-żieda fil-faqar maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għal din il-leġislatura. Biss, wara kien ħareġ evidenti li d-dokument tal-NSO stess kien jirreferi għall-kundizzjonijiet tal-familji fl-2012 u għalhekk kien qed jattakka r-rekord tal-Partit Nazzjonalista fil-Gvern. Il-konferma tal- ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola, li bejn l-2008 u l-2012 f 'Malta żdied severament il-faqar materjali, tikkontradixxi l-analiżi li kien jagħmel il-Prim Ministru Lawrence Gonzi dak iż-żmien billi jfisser il-problema tal-faqar bħala perċezzjoni. Il-problema dejjem tikber tal-faqar matul il-leġislatura li għaddiet kienet riżultat ta' deċiżjonijiet ewlenin li ħa l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern. Fosthom iż-żieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma u ż-żieda fil-prezzijiet tal-fuel li fissru piż akbar ta' €1,200 kull sena fuq il-familji. Il-Gvern preċedenti kien ukoll intaxxa lill-persuni fuq il-paga minima, l-aktar persuni f 'riskju li jaqgħu fil- faqar. Il-Gvern preżenti qed jimmira li r-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, l-istabbiltà fil-prezz tal-fuel, l-għoti taċ- childcare b'xejn għal kulħadd u miżuri oħra jwasslu biex joħorġu familji mill-faqar u l-eskluzjoni soċjali. Wieħed jistenna x'se tkun it-tweġiba tal-Kummissjoni Ewropea għad-domanda parlamentari tax-shadow minister Roberta Metsola biex isir magħruf x'passi se jittieħdu kontra l-faqar fuq livell Ewropew, fosthom uħud minnhom li jistgħu jkunu ta' benefiċċju wkoll għal Malta!