Illum previous editions

illum 15 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/463342

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

30 illum | Il-Ħadd 08 ta' Frar 2015 Kif bdejt tinteressa ruħek fil-futbol u mbagħad fil-futsal? Bħal kull tifel ieħor l-ewwel inkontru mal-futbol kien l-iskola. Kont nattendi De La Salle College, fejn l-isport dejjem kien prijorità fil-kurrikulu. Ħadt il-futbol iktar bis-serjetà fl-istadju tal-kompetizzjonijiet tal-U16 meta kont nagħmel parti mill-iskwadra ta' Cospicua Rangers u eventwalment mal- Minors, U21 u s-senior team ta' Fgura United FC. Meta waqaft nipprattika l-futbol, ingħaqadt ma' grupp ta' ħbieb biex nipparteċipaw fil-kampjonat tal-futsal li dak iż-żmien ħafna minnu kien għadu jintlagħab barra. Dan il-kampjonat kien aktar jattira plejers irtirati mill-futbol milli żgħażagħ u għalhekk l-iskop propju tal-futsal ma kienx jintlaħaq. Aktar tard dħalt fl- amministrazzjoni tal-klabb tal-futsal li kont nilgħab miegħu u bqajna telgħin sakemm fl-2010 irbaħna l-kampjonat għall-ewwel darba ma' ZC Excess taħt il-presidenza ta' Edward Psaila. F'dik l-istess sena, kont organizzajt ir-rawnd preliminari tal-Futsal Cup għall-ewwel darba ġo pajjiżna, bit-tim Malti jikseb l-ewwel rebħa f 'kompetizzjonijiet internazzjonali tal-UEFA, kontra KF Tirana u għal ftit ma jilħaqx tragward storiku biex jgħaddi għat-tieni fażi wara li spiċċa f 'parità ma' FS Ilves Tampere tal-Fillandja. Sadanittant, servejt bħala Tournament Director, għal numru ta' tournaments tal-UEFA li nżammu f 'pajjiżna. Wara xi suċċessi oħrajn fil-kampjonat, kont ġejt avviċinat minn Donald Spiteri sabiex niffurmaw l-ewwel assoċjazzjoni tal-futsal. Wara sena ta' diskussjonijiet mal-MFA, l-assoċjazzjoni tal-futsal – FMA – ġiet rikonoxxuta mill-Malta Football Association bħala assoċjazzjoni membru bl-irwol ċentrali jkun dak li jorganizza l-kampjonati domestiċi tal-futsal u jippromwovi l-logħba f 'pajjiżna. Eventwalment sirt President tal-Assoċjazzjoni bħala suċċessur ta' Donald Spiteri li llum jokkupa kariga ta' President Onorarju. Kif tara l-livell tal-futsal f 'pajjiżna u kif tara li dan jikkumpara mal-livell tal-futsal f 'pajjiżi Ewropej? Hemm żewġ perspettivi kif tħares lejn din id-domanda. Jekk nirreferu għal-livell milħuq mill-klabbs tal-futsal, allura ngħidlek li f 'dawn l-aħħar ħames snin, il-livell tal-logħba ħa xejra aktar professjonali u mhux sorpriża li l-klabbs li rrapreżentawna fil-kompetizzjonijiet internazzjonali tal-UEFA mill-2010 'l hawn, ZC Excess, Hibernians FC u Balzan FC, akkwistaw bejniethom 11-il punt. Dan żgur li ma jistax jingħad għal-livell tat-tim nazzjonali li wara bosta snin baqa' ankrat f 'livelli baxxi u għadu qed jistenna l-ewwel punti tiegħu f 'kompetizzjonijiet internazzjonali. Bla dubju, l-inklużjoni ta' barranin ta' kwalità, mal-klabbs, żgur li għenet mhux ftit sabiex jgħolli l-livell tal-klabbs. Dawn il-plejers ta' kwalità, li saħansitra wħud minnhom jilagħbu mat-timijiet nazzjonali rispettivi tagħhom, qed iservu mhux biss ta' attrazzjoni għad-dilettanti sportivi imma wkoll biex il-plejers Maltin sħabhom jiddakkru mill-esperjenza tagħhom. Madankollu, l-FMA, flimkien mal-klabbs, qiegħda tikkonsidra li mis-sena d-dieħla tintroduċi tibdil fir-regolamenti biex toħloq bilanċ aħjar, billi pereżempju tnaqqas in-numru ta' barranin li jilagħbu fl-istess ħin waqt il-logħba, minn tlieta għal tnejn, filwaqt li żżid il-minimu ta' barranin fuq il-line up minn tlieta għal erbgħa. Int il-President tal-FMA - meta u kif twaqqfet din l-assoċjazzjoni? Min jiffurma l-kumitat eżekuttiv flimkien miegħek u x'għajnuna ssib mingħand dawn il-membri? Kif semmejt aktar kmieni, l-assoċjazzjoni tal-futsal f 'Malta, twaqqfet fl-2012, meta ġiet uffiċjalment rikonoxxuta mill-Malta Football Association bħala assoċjazzjoni membru. Il-Kumitat eżekuttiv jinkludi lill-Viċi-President Alfred Camilleri, Segretarju Ġenerali Emanuel Fenech u Teżorier Mireille Aquilina. Il-membri kollha għandhom irwoli speċifiċi x'jaqdu u għalhekk il-kumitat jaħdem bħala unit wieħed bl-għajnuna ta' xulxin. Kemm hemm klabbs membri affiljati f 'din l-assoċjazzjoni? Bħalissa hemm 22 klabb membru, maqsumin f 'żewġ diviżjonijiet. Kull klabb huwa rappreżentat b'kunsillier fil-Kunsill li huwa l-ogħla organu tal- assoċjazzjoni. Għalhekk l-FMA tista' tgħid li hija l-akbar assoċjazzjoni f 'dak li jirrigwardja indoor sports. Għalkemm din l-assoċjazzjoni hija distakkata mill-MFA, x'inhi r-relazzjoni tagħkom mal-MFA u x'għajnuna ssibu mingħandhom? L-assoċjazzjoni għandha relazzjonijiet tajbin mal-MFA, fis-sens li l-MFA tafda t-tmexxija totali tal-organizzazzjoni tal-kampjonat f 'idejna, filwaqt li tassistina kemm finanzjarjament kif ukoll f 'aspetti oħra tat-tmexxija. L-MFA żammet f 'idejha r-responsabbiltà tat- tim nazzjonali tal-futsal. Taħseb li rnexxiet l-idea li minn sentejn ilu l-klabbs jinbidlu fi klabbs li jieħdu sehem f 'kompetizzjonijiet organizzati mill-MFA? L-istruttura tal-klabbs tal-lum hija ħafna aktar serja u professjonali, madankollu nistqarr li l-iskop prinċipali li għalih konna involvejna lill-klabbs membri tal-MFA ma rnexxiex daqstant. Dan għaliex l-iskop kien li tintlaħaq sinerġija pożittiva bejn il-futsal u l-futbol fi ħdan il-klabbs, bl-iskop finali jkun li l-futsal jgħin lill-klabb fl-iżvilupp sħiħ tal-plejers tiegħu speċjalment fin-nurseries. Dan wara kollox huwa mudell ippruvat fil-klabbs moderni tal-futbol internazzjonali. Mhux talli dan ma seħħx, imma agħar minn hekk, il-maġġoranza tal-klabbs tal-futbol taw il-ġenb lill-futsal, tant li jaraw din il-logħba bħala theddida u ħela ta' ħin għalihom. Għalhekk ma neskludix li fiż-żmien li ġej, din il-pożizzjoni terġa' tiġi riveduta u l-attakkament mal- klabbs tal-futbol ma jibqax obbligatorju. Din għallinqas hija x-xewqa tiegħi. Minn ftit tas-snin ilu rajna żieda sostanzjali fil-partitarji li jiġu jaraw il-logħbiet fil-Padiljun ta' Kordin? Taħseb li l-fatt li l-klabbs inbidlu fi klabbs li jieħdu sehem f 'kompetizzjonijiet organizzati mill- MFA għen f 'dan ir-rigward? Iva dan seta' għen. Imma fuq kollox il-mertu huwa tad-diriġenti dedikati tal-klabbs tal-futsal li jinvestu l-enerġija tagħhom fl-iżvilupp tal-logħba. X'taħseb li kien is-sigriet tas-suċċess kbir li kiseb il-fustal f 'dawn l-aħħar snin f 'pajjiżna? Taħseb li kienu diversi l-fatturi li waslu għal dan? Primarjament din l-istorja ta' suċċess għadha fil-bidu tagħha, għaliex is- suċċess finali jintlaħaq meta Malta tibda tipproduċi plejers aħjar tal-futbol u tal-futsal meta dan l-isport jibda jiġi pprattikat iktar mit-tfal. Sa issa l-attenzjoni tagħna kienet iffukata fuq il-kampjonati ewlenin għall-kbar iżda fil-pjan tagħna hemm mira biex nilħqu lit-tfal, liż-żgħażagħ u lit-tfajliet. Għal darb'oħra ħafna mill-mertu għandu jmur għad-diriġenti tal-klabbs li mingħajrhom, flimkien mal-plejers, ma jsir xejn, u li għalihom għandi ħafna rispett. Tinkoraġġixxi lil xi plejers li qed iħallu l-marka fil-futsal biex jaqilbu għall-futbol jew jekk tarahom tajbin fil-futsal tinkoraġġihom biex ikomplu l-karriera tagħhom fil-futsal? Niftakru li l-futsal huwa pass għall-futbol fejn rajna plejers bħal Rowen Muscat li bdew il-karriera tagħhom propju mill- futsal u llum jiffurmaw parti essenzjali mit-tim nazzjonali tal-futbol. Il-futsal huwa għodda biex tiżviluppa t-teknika, u għalhekk plejer li jkun ipprattika l-futsal f 'żogħżitu, u li jkun laħaq ċertu livell ta' teknika, żgur li se jsib ruħu vvantaġġjat meta jilgħab il-futbol. Meta jiġri hekk, il-futsal ikun laħaq l-iskop tiegħu. Ovvjament ikun hemm oħrajn li jibqgħu jilagħbu l-futsal biss jew it-tnejn. Eżempju ċar ta' dan huwa ammont kbir ta' plejers internazzjonali Spanjoli jew Brażiljani li kollha jafu l-għeruq tagħhom fil-futsal. X'kienet ir-raġuni li minn sentejn ilu kuntrarju għal snin oħra n-Knockout ġie organizzat qabel tmiem il- kampjonat? Ħassejna li l-kompetizzjoni tan- Knockout tiġbed aktar attenzjoni u popolarità meta tinżamm qabel għeluq il-kampjonat, meta l-kampjonat ikun għadu fil-milja tiegħu. X'tikkummenta fuq it-tim nazzjonali mmexxi minn Mark Marlow li fl- aħħar jiem xejn ma kiseb riżultati sodisfaċenti għal pajjiżna? X'mar ħażin fit-tournament ta' kwalifikazzjini validu minn Grupp E għall-Euro 2016? Għalkemm it-tim nazzjonali ma jaqax taħt il-kompetenza tal- assoċjazzjoni tagħna, għaliex dan huwa responsabbiltà tal-MFA, però xorta nħossni ddispjaċut bil-prestazzjoni. Madankollu, nazzarda ngħid li l-plejers u l-istaff tekniku ma jaħtu xejn għaliex dan ir-riżultat fl-opinjoni tiegħi kien previst. Qatt ma stajna naqtgħu figura tajba meta t-tim nazzjonali kien ilu SPORTSillum Mark Borg – Perit li jirnexxielu jlaħħaq mal-Arkitettura u mal- Amministrazzjoni tal-futsal f'pajjiżna bħala President tal-FMA. F'dawn l-aħħar snin ħadem qatigħ biex għen lil-logħba tal-futsal f'pajjiżna tagħmel passi ta' ġgant 'il quddiem u tikber l-popolarità tagħha. "Għalkemm it-tim nazzjonali ma jaqax taħt il-kompetenza tal-assoċjazzjoni tagħna però xorta nħossni ddispjaċut bil- prestazzjoni" Fit-tmun tal-Assoċjazzjoni CRISTIAN ANTONY MUSCAT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 February 2015