Illum previous editions

illum 15 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/463342

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

Il-Ħadd 15 ta' Frar 2015 | illum 15 Naħseb li, mill-esperjenza tiegħi, ħafna pazjenti, f 'mumenti diffiċli jirriflettu iżjed b'mod spiritwali. Mhux qed nirreferi biss għal xi reliġjon speċifika imma iva, il- pazjent skont l-ideali reliġjużi tiegħu jirrifletti iżjed fuq attivitajiet sinifikanti u esperjenzi li jkunu qed jgħaddu minnhom. Ħafna pazjenti fi żminijiet diffiċli bħal dawn iħossu li għandhom jikkomunikaw u jitkellmu ma' ta' madwarhom u hawn jidħol is-sostenn spiritwali li jgħin il-pazjent u lil familja biex ikollom sens ta' paċi u skop fil- ħajja. Il-Hospice għandu xi rabta ma' barra minn Malta? Il-professjonisti tal-Hospice imorru ġimgħa f 'St Christoper's Hospital f 'Londra bħala taħriġ biex jaraw x'sistemi jużaw hemm. Il-Maniġer, jiena u wħud minn tal-kunsill morna wkoll Princess Alice Hospice f 'Esher l-Ingilterra biex b'hekk naraw x'sistemi jużaw u x'jaħdem hemm biex b'hekk aħna ma nagħmlux l-iżbalji li kienu għamlu huma u nitgħallmu mingħandhom. Tgħallimna f 'dan l-isptar li huma qed joffru taħriġ lill-carers li jaħdmu fi djar tal-anzjani. B'hekk aħna se nissieħbu wkoll f 'dan il-proġett u nibdew noffru taħriġ lill-carers li jaħdmu fi djar tal-anzjani Maltin għax qed naraw kif hemm anzjani li qed imutu imma mhux qed ikollhom kura paljattiva. B'hekk se nifirxu iżjed l-ħidma tagħna u l-għarfien fuq l-importanza ta' kura paljattiva. X'inhuma l-ħolm tiegħek għall- Hospice? Nixtieq nara lil Hospice jikber iktar u jibqa' jagħti kura għal iktar kundizzjonijiet għax nemmen ħafna li kull persuna għandha tiġi trattata b'dinjità u rispett. Nixtieq ukoll li jkollna bini fejn fih inkunu nistgħu nibdew nilqgħu nies u noffru kura fuq il-post. Imma ovvjament qabel nagħmlu proġetti bħal dawn irridu noqogħdu b'kawtela liema bħalha biex ma ninvestux f 'xi ħaġa li wara ma tkunx sostenibbli. Lora Cascun Chairperson tal-Hospice Malta Infermiera bi professjoni Kwalifikata fil-Kura Kritika u amministrativa Ħadmet f 'Zammit Clapp u Karin Grech Ilha mal-Hospice mill-1999 "Nużaw għodda biex inkejlu x'kienu s-sintomi meta ġew għandna u x'ġara wara li bdew jirċievu l-kura tagħna b'hekk naraw kemm aħna eettivi" Ritratt: Chris Mangion 26 sena, 1,000 fl-2014

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 February 2015