Illum previous editions

illum 15 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/463342

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Il-Ħadd 15 ta' Frar 2015 | illum 25 SPORTSillum SPORTSillum Ritratt: Joe Borg MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Birkirkara ....................... 3 Pietà H ........................... 0 BIRKIRKARA kkonvinċew u permezz ta' tliet gowls fit-tieni taqsima għelbu lill- Pietà Hotspurs bl-iskor ta' 3-0. Lanqas kienu għaddew 30 sekonda, meta Nassir Ahmed Maachi resaq viċin li jiftaħ l-iskor meta x-xutt angulat tiegħu ipnotizza lil David Cassar iżda l-ballun laqat il-lasta. Birkirkara komplew jattakkaw u wara tmien minuti logħob, Zach Muscat tefa' kross fil-baxx lejn l-eks plejer ta' Valletta, Edmond Agius, li ra x-xutt tiegħu jintemm għoli mil-lasti difiżi minn Cassar. Ftit wara xutt bid-dawra tal- attakkant prolifiku Niġerjan Shola Shodiya Haruna ntemm barra. L-iStripes fetħu l-iscore fl-14-il minuta meta minn cross ta' Shola Shodiya Haruna, il-ballun spiċċa fuq ras Nassir Ahmed Maachi li mill-viċin tefa' ġewwa. Fis-76 minuta Birkirkara aċċertaw ruħhom mir-rebħa permezz tat-tieni goal fil-logħba tal- plejer Olandiż, Nassir Ahmed Maachi li wara li rċieva mingħand Shola Shodiya Haruna minn pożizzjoni ideali tefa' f 'lasta vojta mingħajr diffikultà. L-Istripes kienu ferm sfortunati li m'għamluhomx tlieta meta fit-80 minuta xutt tal-eks plejer ta' Qormi, Mauricio Matias Latini Mazzetti, stampa mal-wieqfa. L-Istripes serrħu rashom mir- rebħa fl-84 minuta permezz tax-xutt angulat tas-sostitut Kurt Zammit biex b'hekk irnexxielu jsib ix-xibka għall- ewwel darba ma' Birkirkara. Birkirkara - Haber, Scicluna (Herrera 70'), Vukanac, Latini Mazzetti, Shola Shodiya Haruna, Ahmed Maachi (Zammit 80'), Fenech (L. Muscat 87'), Z. Muscat, R. Muscat, Camenzuli, Agius Pietà H. - Cassar, Attard, Grech, Fortunato Dos Santos, Pisani, Anonam (Agius 46'), Cesare (Pace Cocks 76'), Rodrigues Da Silva, Nnamaeka Newuche (Joao Gabriel Da Silva 66'), Frances, Ricardo Costa Referi - George Kruashvili (GEO) NASSIR AHMED MAACHI Twieled fid-9 ta' Settembru 1985 fl-Olanda Skorja doppjetta f'din il-logħba Jilgħab fl-irwol ta' attakkant Ingħaqad ma' Birkirkara mingħand it-tim Ċiprijott AEK Larnaca matul ix-xahar li għadda Birkirkara jikkonvinċu u jegħlbu lil Pietà Hotspurs Rafael Rodrigues Da Silva jipprova jisraq il-ballun mingħand Ryan Scicluna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 February 2015