Illum previous editions

illum 15 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/463342

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

Il-Ħadd 15 ta' Frar 2015 | illum 17 NHAR it-Tnejn li għadda fil- Parlament sar dibattitu fuq mozzjoni li ressaq il-Partit Nazzjonalista. Kien dibattitu li fih il-Partit Nazzjonalista talab u insista ma' Muscat u l-Gvern sabiex minnufih, mingħajr aktar tkaxkir tas- saqajn u, aktar importanti b'mod sostanzjali, jraħħas il-prezzijiet għolja li int qed tħallas bħalissa għall-petrol u d-diesel. Kien dibattitu li fih rajna lill- Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil f 'vena mill-aqwa, iwaqqa' l-maskra ta' Joseph Muscat. Simon Busuttil fakkar dak li Muscat irid inessi: is- sitwazzjoni kif kienet erba' snin ilu, f 'Jannar 2011, meta Muscat ħareġ in-nies jipprotestaw kontra l-prezzijiet tal-petrol u d-diesel u meta Muscat għajjar lill-Gvern Nazzjonalista b'kulma ġie f 'ħalqu, fosthom li ġab lill-familji f 'qagħda 'iebsa ħafna' u li dak kien Gvern 'bla qalb' u 'inkompetenti.' Il-Kap tal-Oppożizzjoni fakkar lill-Prim Ministru li meta qal dak il-kliem u ordna dimostrazzjoni nazzjonali ta' protesta fil-Belt, il-prezz internazzjonali taż-żejt mhux maħdum kien id-doppju tal- lum: kien 100 dollaru l-barmil. Minkejja li l-prezz taż-żejt kien id-doppju tal-lum, il- prezzijiet tal-fuels erba' snin ilu, taħt Gvern Nazzjonalista, kienu orħos milli huma llum: il-petrol kien 7 ċenteżmi orħos, id-diesel kien 10 ċenteżmi orħos u l-gass kien 70 ċenteżmu orħos. Fid-diskors tiegħu Simon Busuttil, bil-fatti u bi kliem Muscat stess, wera x'maskra qarrieqa qed jilbes Muscat bħalissa u kemm kliem Muscat fil-passat riċenti jikkundannaw lilu stess. Il-Kap tal-Oppożizzjoni ġustament staqsa: Jekk Joseph Muscat 4 snin ilu kien ittimbra lil Gvern Nazzjonalista bħala gvern 'bla qalb' kemm huwa iktar bla qalb il-Gvern ta' Muscat li llum qed jisraq ta' kuljum lilek bi prezzijiet ferm ogħla ta' petrol u diesel meta l-prezz internazzjonali taż-żejt huwa n-nofs ta' dak li kien fi żmien Gvern Nazzjonalista? Wieħed bilfors jirrimarka: Jekk skont Muscat erba' snin ilu bi fuels orħos f 'Malta imma bil-prezz dinji taż- żejt id-doppju, dan il-pajjiż kellu 'Gvern inkompetenti', mela kemm huwa aktar inkompetenti l-Gvern ta' Muscat illum meta s-sitwazzjoni hi li qed nixtru petrol u diesel fost l-ogħla fl-Ewropa. F'dak li għandu x'jaqsam il-prezzijiet tal- petrol u diesel Muscat u sħabu ġabulna l-agħar fl-Ewropa. L-attitudni li assistejna għaliha min-naħa tal-Gvern fil-kwistjoni tal-prezzijiet tal-petrol u diesel kompliet tikkonferma ħaġa waħda: Fi żmien sentejn għandna Gvern, ministri u Prim Ministru li nqatgħu minn mal-poplu. Muscat u sħabu llum jgħixu f 'torri tal-avorju. F'torri fejn l-erbgħa ta' madwarhom jinċensawhom. Mhux ta' b'xejn li l-Gvern ma fehemx li t-tnaqqis ta' 4 ċenteżmi fil- prezzijiet tal-petrol u diesel huma ċajta goffa u insult għall-poplu Malti. Mhux ta b'xejn illi l-gvern ma staħax jagħti żieda ta' 58 ċenteżmu fil-baġit lilek li ta' kuljum tmur għax-xogħol. Mhux ta b'xejn li l-membri parlamentari tal-Gvern ma jsibuhiex diffiċli jkomplu jieklu u jiffangaw b'aktar minn ħalq wieħed. Mhux ta' b'xejn li dawn l-istess membri parlamentari ma jaraw xejn ħażin li jokkupaw karigi 'partime', b'pagi ta' eluf ta' ewro mħallsa mit-taxxi tiegħek u fl-istess ħin jimpjegaw xufier magħhom 'full time' biex jaqduhom u jitħallsu mit-taxxi tiegħek ukoll. Dawn huma kollha sintomi ta' dekandenza mgħaġġla li qed tikkaratterizza lil Gvern ta' Muscat. Dekandenza li la darba tibda diffiċli twaqqafha. Dekadenza li, f 'tant pajjiżi oħra, waslet għal rabja ta' popli u tneħħija ta' gvernijiet. Il- ġurnata minn filgħodu turik. Beppe Fenech Adami hu Deputat Mexxej tal-Partit Nazzjonalista għall-ħidma tal-partit u Shadow Minister tal-Intern. Kif Naħsibha BEPPE FENECH ADAMI Gvern li nqata' min-nies L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ittri Forsi mhux din id-diżordni għandha tistudja l-umanità?! LINO ELLUL SAN ĠWANN ALTRU li kienu interessanti; dak is-suppliment dwar il- kura tal-annimali, kif ukoll dak l-artiklu ta' Andrew Azzopardi, dwar il-kunsens fis-sess minn 16, fl-ILLUM tal-25 ta' Jannar 2015! Fil- fatt meta jiena nemmen li huwa tant importanti li aħna l-bnedmin niddiskutu dwar in-neċessità tat-tiswija tal-klieb u l-qtates, wisq iżjed nemmen li aħna obbligati li niddiskutu dwar l-importanza tal-edukazzjoni u l-kontroll tal-att sesswali, bl-addoċċ fostna l-bnedmin! Kif allura b'xi mod, issuġerew tant tajjeb anki xi persuni prominenti fl- ILLUM tal-1 ta' Frar 2015! Bla ħafna logħob tal-kliem, jiena nemmen li l-akbar żewġ rigali li Alla ta lill-bniedem, huma l-intelliġenza umana, kif ukoll l-att sesswali; li allura fil-liġi naturali, kull att sesswali bejn raġel u mara, loġikament ifisser żwieġ! B'dan kollu jiena nemmen ukoll li l-bniedem tfixkel fihom it-tnejn! Appuntu, jiena nemmen li l-passjoni sesswali hija l-aktar passjoni qawwija li teżisti f 'kull maħluq mid-dehem u l-laħam; iżda donnu li jekk l-annimali, it-tjur, kif ukoll il-ħut tal-baħar, iħossu dan l-istint f 'perjodi differenti tal-ħajja, żgur li kif jidher (għalkemm forsi mhux bħala regola) aktarx li l-bniedem iħoss dan l-istint kontinwu sa minn tfulitu u mhux meta jagħlaq is-16! Fil-fatt aħna l-Kattoliċi tal- passat dejjem tgħallimna, li kull att sesswali barra miż-żwieg (anke jekk kontra n-natura fiż-żwieġ) imur dejjem kontra s-sitt kmandament, u allura huwa dejjem dnub gravi quddiem Alla! Iżda minn naħa l-oħra aħna tgħallimna wkoll li l-gravità ta' kull xorta ta' dnub tiddependi dejjem, kemm minn min jagħmel id-dnub, kif ukoll mill-gravità tal-konsegwenzi tad-dnub! Għaliex il-konsegwenzi ta' kull xorta ta' dnub ma joffendux biss lil Alla, iżda f 'ħafna każi dawn joffendu wkoll direttament lil bniedem, anki jekk dan ma jkunx jemmen fil- liġi ta' Alla! Altru li ma nixtieqx ninftihem ħażin fl-argumenti tiegħi; altru li bħala Kattoliku ma nista' qatt nippretendi li l-Knisja Kattolika tista' qatt tinkoraġġixxi l-kontraċettivi, meta dan dejjem ifisser dnub! Iżda meta l-att sesswali sploda mhux biss fost l-adulti, iżda anki fost l-adolexxenti; ngħid jien possibbli li l-Knisja Kattolika tista' tkompli tikkundanna kull xorta ta' kontraċettivi, bla ma tispjega ċar u tond dan l-argument? Għax fil- każ permezz tal-qrar, mhux aħjar li persuna tkun ħatja biss quddiem Alla l-Ħallieq tal-att sesswali, milli wkoll b'irresponsabbiltà li tista' tkun irriparabbli, tal-ulied li jiġu fid- dinja b'kawża tal-att sesswali li jseħħ bl-addoċċ?! Għax jekk allura, minkejja li skont l-esperti fis-suġġett ma teżisti l-ebda garanzija ta' sigurtà f 'kull att sesswali li jsir bejn raġel u mara! Tgħid meta minn naħa l-ohra, kemm jekk bil-gear tar-reverse minn naħa tar-raġel, kif ukoll jekk bil-kontraċettivi minn naħa tat-tnejn, jistgħu b'xi mod ikunu prekawzjoni għat-tqala, mhux aħjar li jintużaw dawn il-metodi milli jiġu fid-dinja kemm ulied mhux mixtieqa u allura abbandunati bħal klieb u l-qtates, (f 'dinja mimlija b'miljuni ta' wlied imġewħa jmutu bil-ġuħ, kif ukoll b'miljuni ta' wlied żgħażagħ iddisprati bla xogħol, aktarx fit-triq tat-telfien) kemm ulied maqtula bl-abort, kemm kull xorta ta' mard sesswali, kif ukoll aktarx kull xorta ta' nkwiet serju eċċ. għal kull min ikun involut?! U allura ngħid jien, mhux din id-diżordni ta' sess bl-addoċċ, għandha tistudja bis-serjetà kemm l-intelliġenza umana, kif ukoll dik Kattolika fis-seklu 21?! "Dawn huma kollha sintomi ta' dekandenza mgħaġġla li qed tikkaraterizza lil Gvern ta' Muscat"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 February 2015