Illum previous editions

illum 15 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/463342

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

26 illum Il-Ħadd 15 ta' Frar 2015 SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Qormi ..........................7 Sirens ..........................0 QORMI kienu wisq superjuri għal Sirens meta umiljawhom u rebħulhom bl-iskor kbir ta' 7-0. B'hekk Qormi kkwalifikaw għas-semifinali tal-Malta FA Trophy sponsorjata minn Attian, liema kompetizzjoni tħobb ħafna lil Qormi hekk kif fl-aħħar snin huma dejjem waslu sal-fażijiet tardivi ta' din it- tieni l-iktar kompetizzjoni importanti f 'pajjiżna. B'hekk huma ħadu ftit tan-nifs hekk kif xejn mhu qed ikollhom staġun tajjeb meta jinsabu jokkupaw il-post ta' qabel tal-aħħar fil- Kampjonat BOV Premier, bi 18-il punt. Huma fetħu l-iscore fis- 16-il minuta meta Duncan Pisani għadda tajjeb lejn Alfred Effiong li waħdu, avvanza tajjeb u tefa' ġewwa. Tmien minuti wara l-Blacks and Yellows irduppjaw l-iscore meta Joseph Chetcuti għadda tajjeb lejn Alex Nilson li żmarkat avvanza tajjeb u tefa' wara l-goalkeeper Gianni Spiteri. Wara nofs siegħa logħob tentattiv minn freekick dirett ta' Marcelo Roberto Lima de Mattos intemm ġewwa. Fit-38 minuta Qormi komplew ikabbru l-marġni tal-iscore meta minn corner ta' Billy Berntsson, għola tajjeb Zoran Levnaic li permezz ta' daqqa ta' ras b'saħħitha tefa' ġewwa. Fit-52 minuta Qormi għamluhom ħamsa meta Duncan Pisani għadda tajjeb lejn Gustavo Villalobos li lbieraħ iddebutta ma' Qormi li minn ġol-kaxxa tefa' ġewwa. Qormi skorjaw is-sitt goal fil-logħba fit-83 minuta meta Duncan Pisani għadda tajjeb lejn Marcelo Roberto Lima de Mattos li minn ġol-kaxxa tefa' fix- xibka. Huma ssiġġillaw din ir-rebħa kbira permezz tas-seba' u l-aħħar goal fil- logħba permezz ta' tentattiv mill-viċin ta' Emerson Vella fit-88 minuta. Qormi - Farrugia, Lima De Mattos, Agius (Vella 78'), Effiong, Gauci, Chetcuti (B. Bondin 69'), Nilson (Villalobos 46'), Levnaic, Pisani, J. Bondin, B. Berntsson Sirens - Spiteri, Sant, Beda, Galea, Debattista, Falzon, Cremona (Grant 83'), Debono (Vella 76'), Zammit (Sciberras 63'), Severino Goncalves, Schembri Referi - Sean Grant (REP. IRL.) MARCELO ROBERTO LIMA DE MATTOS Twieled fl-24 ta' Ottubru 1986 f 'Palmital, fil-Brażil Skorja doppjetta f 'din ir-rebħa kbira ta' Qormi Ingħaqad ma' Qormi matul ix-xahar li għadda Qormi jumiljaw lil Sirens Steve Agius iffawljat minn plejer ta' Sirens Ritratt: Joe Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 February 2015