Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/463342
Il-Ħadd 15 ta' Frar 2015 | illum 3 Reporter, għada fid-8.40PM fuq TVM2, B'RIPETIZZJONI fuq TVM fl-9.45pm TISTA' tibgħat il-kummenti tiegħek fuq: www.facebook.com/reporterontvm Id-Deputat Parlamentari Laburista Marlene Farrugia titkellem esklussivament f 'Reporter dwar il-karriera politika tagħha li bdiet fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u kif aktar tard spiċċat fil- Partit Laburista. Titkellem bla kantunieri dwar dak li temmen fih hi politikament. Marlene Farrugia bla kantunieri fuq Reporter Gonzi jipponta subgħajh lejn min kixef flok lejn min seraq JOHN BUSUT TIL NHAR it-Tnejn kompla jiltaqa' l-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi bl-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi jkompli jixhed u jwieġeb għal għadd ta' mistoqsijiet li sarulu. Gonzi insista li kien qed jiġi msejjaħ jixhed għat- tielet darba u kompla jisħaq li hu kien irrifjuta li jiltaqa' ma' George Farrugia u li mhux qed tingħata importanza lil email li fiha kien irrifjuta li jiltaqa' miegħu. Jekk wieħed qatt kellu xi dubju għaliex Lawrence Gonzi twarrab mill-poter minn nies tiegħu stess żgur li wara li tisma' x-xhieda tiegħu fil-PAC, malajr tneħħih. Gonzi, li se jibqa' msemmi fl-istorja politika ta' Malta għall- akbar telfa elettorali ta' kull żmien, kompla juri biċ-ċar x'wasslu għal din it-telfa. Baqa' persistenti bil-mod kif imexxi, b'dik id-daħka sarkastika li tipprova tgħatti l-mod kif vera jkun qed jaħseb. Jipprova jiftakar jekk jafx lil Cathy jew le, jinsa avvenimenti li jiftakarhom ġimgħa wara li toħroġ xi email fuq il- gazzetta MaltaToday u jgħid li l-iskandlu taż-żejt kien jeżisti biss qabel l-2005. Dan meta kollox juri li George Farrugia membru ta' familja li dejjem għenet lil Partit Nazzjonalista, kompla għaddej bl-iskandlu anke wara l-2005, meta Lawrence Gonzi kien Prim Ministru. Iżda Lawrence Gonzi ma tax daqshekk importanza fuq l-iskandlu taż-żejt. Lanqas f 'min kellu flus investiti fl-Iżvizzera u li kien hemm min insihom. Kien u għadu jemmen li kien l-iskandlu li waqqgħu mill-gvern. Kien u għadu jemmen li tilef l-elezzjoni tort ta' min ħareġ l-iskandlu fuq il-mezzi tax-xandir lejliet l-elezzjoni. Għadu ma jemminx li l-elezzjoni kien ilu li tilifha xhur twal jekk mhux snin qabel id-9 ta' Marzu 2013. Fatti juru li sa lura f 'Awwissu 2012, membru tas-sigurtà personali tiegħu, uffiċjal fl-iskwadra tas- servizzi sigrieti tal-pulizija, kien għaddielu dokumenti b'informazzjoni dwar dak li kien għaddej fix-xiri taż- żejt. Dokumenti li kienu mgħoddija mill-familjari ta' George Farrugia. Dakinhar Gonzi għażel li ma jarahomx tant li talab lil dan is-surġent tas- servizzi sigrieti jgħaddi d-dokumenti lil kap tiegħu, Godfrey Scicluna li min- naħa tiegħu bagħathom f 'dipartiment ieħor u spiċċaw imqattgħin biċċiet. Lawrence Gonzi seta' faċilment ħa ħsieb x'qed jiġri fir-rigward tax-xiri taż-żejt iżda għażel li jitfa' kollox fuq il-pulizija. Anke dwar id-deċiżjoni li tingħata proklama lil George Farrugia, Gonzi qal li kien l-eks Kummissarju tal- Pulizija John Rizzo li tah il- parir biex jagħmel dan. John Rizzo aktar tard xehed li hu sar jaf bil-proklama minn fuq il-mezzi tax-xandir. Hemm ukoll il-każ tal- kumpanija Shell. Dawn kienu lmentaw u pprotestaw li ma ngħatawx l-offerta huma u wrew biċ-ċar li kellhom xi dubji dwar kif ingħatat l-offerta. Il- gvern Nazzjonalista taħt it-tmexxija ta' Lawrence Gonzi kien ħallas lix-Shell is-somma ta' €5 miljuni. L-avukat tax-Shell kien Simon Busuttil. Dan il-każ għalhekk ukoll seta' indika lill-Prim Ministru Gonzi li l-affarijiet fix-xiri taż-żejt mhux mexjin sew. Wieħed jistaqsi wkoll kif jista' jkun li tipponta subgħajk lejn il- whistleblower, jew aħjar lejn min kixef jew lejn il-mezzi tax-xandir li wasslet biex ma jibqax isir serq sfaċċat miż-żejt u ma jippuntax subgħajh lejn min seraq u lejn min tah il-fakultà li jisraq? Il-Partit Nazzjonalista jaf sew x'wasslu biex tilef l-elezzjoni f 'Marzu ta' sentejn ilu. Ma kienx biss l-iskandlu tax-xiri taż-żejt li tellfu s-siġġu tal-poter. Lawrence Gonzi u Simon Busuttil jafu eżatt x'kienet ir-raġuni. Jekk wieħed qatt kellu xi dubju għaliex Lawrence Gonzi twarrab mill-poter minn nies tiegħu stess żgur li wara li tisma' x-xhieda tiegħu fil-PAC, malajr tneħħih