Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/463342
12 illum | Il-Ħadd 15 ta' Frar 2015 GĦAWDXIN jiġu apprezzati għax-xogħol li għamlu matul is-sena li għaddiet biex jaslu fejn jixtiequ u anke għal dawk li jgħinu biex iwasslu lil ħaddieħor għas-suċċess. L-isportivi stess innominaw u vvutaw għall-aqwa atleti, nisa u rġiel, l-aktar żgħażagħ promettenti, l-aktar tims li għamlu suċċess f 'Għawdex fis-sena li għaddiet u anke l-aktar uffiċjal denju tal-unur li ta ħafna għal ħaddieħor. Ma jfissirx li r-rebbieħ ikun ħadem aktar minn dak li ma rebaħx il-premju. Iżda bħal ma jiġri fil-ħajja xi ħadd irid ikun fost ir-rebbieħa u dak li ma rebaħx illum jiġi instigat biex jaħdem iżjed biex darb'oħra jirbaħ hu jew hi. Tkellimna mal-Kap Eżekuttiv tal-Isport Board, Alvin Grech li qalilna li dan il-Bord fil-fatt inħoloq biex jorganizza l-isport kollu f 'Għawdex taħt kappa waħda għax b'hekk biss jista' l-isportiv Għawdxi jieħu spinta 'l quddiem billi jkollu sport organizzat. Dwar din l-attività sportiva li reġgħet ħadet il-ħajja wara daqstant snin tkellimna mal- Ministru Anton Refalo li kien hu li reġa' fforma l-Gozo Sports Board. Il-Ministru qalilna, "Importanti għaż-żgħażagħ Għawdxin li jiffurmaw parti minn xi organizzazzjoni sportiva. Importanti wkoll li t-tfal u żgħażagħ Għawdxin jittellgħu b'mentalità sportiva, għax dan jgħinhom sew fl- iżvilupp fiżiku kif ukoll dak mentali. It-tfal li jittellgħu f 'ambjent sportiv huma ż-żgħażagħ b'saħħithom tal-futur. It-tfal li l-ħin liberu tagħhom jimtela b'attività sportiva huma ż-żgħażagħ u l-irġiel tal-futur li jitilgħu 'l bogħod mill-vizzji li toffri s-soċjetà għażżiena u li jkunu jistgħu jwasslu għal futur sabiħ għal poplu Għawdxi. "Wieħed irid jifhem li l-ħajja Għawdxija ma tridx tiġi bbażata biss fuq l-iskola akkademika għax il-bniedem hu maħluq biex jieħu ħsieb ġismu u hu l-isport li jeħodlok ħsieb ġismek. Mela wieħed irid isib bilanċ bejn l-istudju u l-isport ħalli jkollna soċjetà sana f 'kull aspett. Kulħadd hu rebbieħ fih innifsu għax li tirbaħ il-ħin liberu tiegħek diġà jfisser li int rebbieħ iżda l-isport hu wieħed kompetittiv ukoll u dak li jkun l-aħjar fost kulħadd jiġi ippremjat kif xieraq mill-istess sportivi" temm l-Avukat Refalo li wkoll għandu wliedu involuti fl-isport. Il-finali ta' dan l-avveniment se jsir fil-Gozo Sports Complex nhar is-Sibt 28 ta' Frar fis- 7.30pm u hu sponsorjat minn Vini & Capricci u l-birra Għawdxija Lord Chambray Beers. F'din is-serata l-kumitat immexxi minn chairman maħtur għal din is-sena, Joe Bajada se jippremja wkoll bi premju speċjali lil persuna li ħadem jew qed jaħdem għall- isport Għawdxi, dan ukoll se jkun magħruf fis-serata finali li se tkun imħawra b'wirjiet sportivi u ta' divertiment. Se jkun hemm wirja tal-BMX, wirja ta' basketball, wirja ta' ballet u ġinnastika, filwaqt li l-ftuħ se joffri sorpriża mit-tfal tal-Iskola Sport. Matul is- serata tferraħ lil dawk preżenti b'kanzunetti b'tema ta' suċċess mill-kantanta Għawdxija Gorgina Gauci. Il-finalisti kollha huma dawn: L-ISPORTIV TAS-SENA Calleja Melvin (21) – Spirit Combat: Ilu jitħarreġ l-arti moderna tal-Ispirit Combat għal dawn l-aħħar 9 snin. Hu laħaq livell għoli fid-dixxiplina tiegħu nnifsu, kunfidenza fih innifsu u kontroll. Jitħarreġ regolarment u laħaq livell ta' kompetittività fejn jidħol muskoli u stamina. Fil-grading session li saret f 'Ottubru tal- 2014 mill-Malta Spirit Combat Association akkwista l-1st Dan Degree Black Belt Cauchi Marvin (33) – Gozo Horse Racing: Beda dan l-isport fl-1999 meta kellu 18-il sena. Dan l-istaġun rebaħ diversi tiġrijiet u finali. Kellu esperjenza meta mar għal Kors l-Iżvezja. Debono Charlton (30) – Atletika: Bejn Frar u Novembru rebaħ diversi tiġrijiet fuq 800 metru u ġie l-ewwel fil-Gozo Half Marathon mill-Għawdxin. Rebaħ ukoll l-Oasi Cup li kienet maratona ta' 10 kilometri. Kien l-ewwel Għawdxi fit-tiġrija ta' 10 kilometri ta' Ħ'Attard. L-ISPORTIVA TAS-SENA Saliba Maria Pia (16) – Għawm: Maria Pia hi tfajla bi bżonnijiet speċjali u waħda mill-abbilitajiet tagħha hi l-għawm. Matul is-sajf kienet titħarreġ l-għawm mal-Otters. Tant bdiet ittejjeb l-għawm tagħha li ġiet imsejħa biex tattendi lezzjonijiet speċifiċi fil-pixxina nazzjonali ta' Malta taħt EIRCA. Il-kowċ nazzjonali Malti għall-Ispecial Olympics. Bħalissa qed tinżel Malta darbtejn fil-ġimgħa biex tilħaq il-ħolma tagħha, li tifforma parti mit-tim tal-para Olympics. Vella Joanne (17) – Ġinnastika: Ilha tieħu sehem fil-ġinnastika minn meta kellha 10 snin. Ħadet sehem f 'kompetizzjonijiet internazzjonali li saru f 'Malta f 'Diċembru li għadda u rebħet żewġ midalji tal-bronż u waħda overall fil-kategorija tagħha. Barra li tagħmel il-ġinnastika qed tgħin fit-tagħlim ta' tfal oħra u titħarreġ bħala kowċ. Biex tkompli ttejjeb l-isport tagħha qed titħarreġ anke Malta biex tikkompeti f 'kompetizzjonijiet ta' livell għoli. Xuereb Emma (23) – Football: Magħżula bħala l-aħjar plejer femminili tal-GFA matul l-istaġun li għadda fejn it-tim Għawdxi spiċċa fir-raba' post tal-Kampjonat tal-ewwel Diviżjoni organizzat mill-MFA. Hi għażla awtomatika mat-tim nazzjonali Malti. Kienet ukoll magħżula bħala l-BOV Player Femminili tax-xahar tal-MFA għax-xhur ta' Settembru u Ottubru. ŻAGĦŻUGĦ PROMETTENTI Camilleri Matthew (12) – Atletika: Ilu jitħarreġ l-atletika minn meta kellu 9 snin. Fis-27 April 2014 – Ġie l-ewwel fin- nofs maratona ta' Għawdex. Fis-27 Awwissu ġie l-ewwel fit-tellieqa tax-Xewkija. Fit-2 ta' Novembru l-ewwel fl-Oasi Race Cup. Ġie tliet darbiet fit-tielet post fil-Cross Country league race ta' Malta organizzata mill-MAAA. Dan barra li jifforma parti minn grupp li kull nhar ta' Ħadd bil-mixi jdur mal-kosta ta' Għawdex u jnaddafha waqt li jimxi. Is-sena li għaddiet għamel challenge hike fejn mexa 18-il kilometru f 'sitt sigħat barra li ħa sehem f 'żewġ hikes għal karità ta' 19-il kilometru l-waħda. Theuma Christian (16) – Waterpolo: Prodott tal-Otters minn meta kellu 10 snin. Hu l-uniku plejer ta' età hekk żgħira li hu rreġistrat mal-club u ma jistax jilgħab mal-U/15, iżda xorta hu determinat li jsir waterpolo player u jitħarreġ mat-tim tal-U/20. Fl-2014 lagħab ukoll fil-league tal-U20 tal-ASA. Vella Thomas(15) – Football: Midfielder li ntgħażel bħala l-aħjar plejer U15 tal-GFA wara l-wirjiet ferm tajba li kellu Xewkija li spiċċaw għamlu double f 'din il-kategorija. Thomas kien ukoll fost l-iskorers ewlenin fejn skorja 31 goal fil-kampjonat u fin-K/O skorja sitt goals oħra. ŻAGĦŻUGĦA PROMETTENTI Farrugia Maria (14) – Football: Maria hi pedina ferm importanti fit-tim tan-nisa tal-U16 tal-GFA fejn intgħażlet bħala l-aħjar plejer ta' din il-kategorija mill-GFA. Kienet imsejħa wkoll biex tifforma parti mit-tim nazzjonali tal- istess kategorija. Lokalment Maria tilgħab mat-tim tas- subien tan-Nadur Youngsters u dan fin-nuqqas li f 'Għawdex m'hawnx kompetizzjonijiet Gozo Sports Awards illum@mediatoday.com.mt John Busuttil L-aqwa f 'Għawdex: 13-il sena wara Finalist għal żagħżugħ promettenti - Christian Theuma Wat Christian Zammit f'isem il-Ministeru għall-Għawdex jindirizza l-konferenza stampa