Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/463342
Il-Ħadd 08 ta' Frar 2015 | illum 31 wieqaf minn Jannar ta' qabel u b'kowċ ġdid jiġi appuntat tard f 'Ottubru, b'żewġ logħbiet ta' ħbiberija jintlagħbu f 'Novembru u taħriġ għal għaxart ijiem biss qabel il-kompetizzjoni tal-UEFA. Din għalija mhix tħejjija serja. L-appell ġenwin tiegħi lill-MFA huwa biex tafda t-tmexxija tat- tim nazzjonali f 'idejn l-FMA u tingħata r-riżorsi kollha neċessarji sabiex tagħmel dan b'mod professjonali għax b'hekk biss inkunu qed nassiguraw li l-interessi tal-futsal ikunu tabilħaqq qed jintlaħqu. Dan diġà seħħ meta l-MFA afdatna bit-tmexxija tal- kampjonat u kulħadd jista' jara l-iżvilupp li sar f 'dawn l-aħħar snin f 'dan ir-rigward. L-FMA b'liema mod tgħin lit- tim nazzjonali tal-futsal? Sa issa, l-FMA m'għandha l-ebda rwol fit-tmexxija tat-tim nazzjonali. Jista' jagħti l-każ li jkun hemm xi żviluppi fiż- żmien li ġej. Taħseb li t-tim nazzjonali tal-futsal ġie affetwat b'xi mod mit-tranżizzjoni fit-tmexxija mingħand il-kowċ Kevin Mifsud għall-kowċ Mark Marlow? It-tim ma ġiex affetwat daqstant bit-tranżizzjoni imma bin-nuqqas ta' tħejjija li semmejt aktar kmieni. L-ebda kowċ ma seta' jagħmel il- mirakli fl-aħħar xahar wara li t-tim dam sena wieqaf. Għaliex il-logħbiet validi mill-kampjonat u min- knockout tal-futsal jintlagħbu biss fil-padiljun ta' Kordin u ma jintlagħbux f 'Padiljuni oħra fosthom ta' Ħal Kirkop, Tal-Qroqq u tal-Kottonera. Naħseb li dan jista' jintlagħab hemm faċilment u hemm spazju konsiderevoli wkoll għall-ispettaturi biex isegwu dawn il-logħbiet. Il-kummenti tiegħek. Preżentement hemm kuntratt ta' tliet snin ma' AS Hibernians dwar l-użu tal-Padiljun Sportiv ta' Kordin għal-logħbiet kollha tal-futsal. Sfortunatament l-impjanti l-oħra li semmejt huma prattikament meħudin minn assoċjazzjonijiet sportivi oħrajn. Din is-sitwazzjoni qed tpoġġi lill-FMA fi żvantaġġ kbir għaliex ikollha tħallas rati kummerċjali filwaqt li assoċjazzjonijiet oħra jgawdu minn rati ssussidjati offruti mill-KMS. Din is-sitwazzjoni qed tiġi ttrattata mal- awtoritajiet konċernati. Il-mezzi tax-xandir f 'pajjiżna qiegħda tagħti biżżejjed exposure lill-futsal? Naf li hemm stazzjon lokali li juri l-logħbiet prinċipali tal-futsal iżda tħoss li hemm lok għall-avvanz f 'dan ir- rigward? Bħal kull assoċjazzjoni oħra li tkun għadha fil-bidu tagħha, l-FMA ma tingħatax biżżejjed exposure mill-mezzi tax-xandir. Kien għalhekk li sa mill-ewwel snin tal-eżistenza tal-assoċjazzjoni li ġew ingaġġati żewġ ġurnalisti part- time flimkien ma' fotografu sabiex inwasslu l-vuċi tagħna kemm jista' jkun permezz tal-gazzetti u programmi sportivi. Minn din is-sena l-FMA bdiet anki tipproduċi 'features' b'mod regolari sabiex jixxandru fuq il-programmi sportivi ewlenin. X'tikkummenta fuq il-livell tar-referis li jikkontrollaw il- futsal f 'pajjiżna? Dawn minn min jiġu magħżula? L-MFRA hija responsabbli għal referis tal-futsal bl-istess mod li tieħu ħsieb tal-futbol. Hemm dipartiment speċifiku li jieħu ħsieb il-futsal referees, mhux biss fejn jidħlu ħatriet imma anki bħala taħriġ. L-FMA għadha mhix sodisfatta bil-kwalità in ġenerali tal-futsal referees u qed taħdem flimkien mad-dipartiment konċernat biex dan jitjieb. Id-dipartiment tar-referis qed jaħdem ukoll biex jattira aktar referis żgħażagħ fil-logħba tal-futsal. SPORTSillum Twieled t-28 ta' Settembru 1974 f'Ħ'Attard Ilu President tal-FMA għal dawn l-aħħar xhur fejn ħa t-tmun tagħha mingħand Donald Spiteri Kien -amministrazzjoni tal-eks klabb tal-futsal ZC Excess li -2010 rebaħ il-kampjonat għall-ewwel darba taħt il-presidenza ta' Edward Psaila Serva bħala Tournament Director għal numru ta' tournaments tal-UEFA li nżammu f'pajjiżna Mark Borg tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futsal Ritratti: Chris Mangion