Illum previous editions

illum 15 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/463342

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Il-Ħadd 15 ta' Frar 2015 | illum 27 SPORTSillum FA Cup Il-Ħames Rawnd Is-Sibt 14 ta' Frar West B. Albion vs W. H. United 4-0 Blackburn R. vs Stoke City 4-1 Derby County vs Reading 1-2 Crystal Palace vs Liverpool 1-2 Fixtures FA Cup Il-Ħames Rawnd Il-Ħadd 15 ta' Frar 13:30 Aston Villa vs Leicester City 15:30 Bradford City vs Sunderland 17:00 Arsenal vs Middlesbrough It-Tnejn 16 ta' Frar 20:45 Preston N. End vs Man.United. Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 14 ta' Frar Sassuolo vs Fiorentina 1-3 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 15 ta' Frar 12:30 AC Milan vs Empoli 15:00 Atalanta vs Inter 15:00 Genoa vs Hellas Verona 15:00 Roma vs Parma 15:00 Torino vs Cagliari 15:00 Udinese vs Lazio 18:00 ChievoVerona vs Sampdoria 20:45 Cesena vs Juventus "Sakemm ir-riħ jibqa' jonfoħ... il-vapur jibqa' għaddej!" LI l-kampjonat BOV tal-1 Diviżjoni huwa kampjonat missielet u inċert, m'hijiex xi ħaġa ġdida. Staġun wara staġun, dan il-kampjonat joffri taqtigħa interessanti bejn aktar minn tim wieħed għall-promozzjoni fl-ogħla livell, kif ukoll taqtigħa, ferm aktar ħarxa biex tiġi evitata r-relegazzjoni għat-2 Diviżjoni. Prattikament bi ftit punti ssib ruħek mat- timijiet ta' fuq, filwaqt li bil-maqlub, tim malajr isib ruħu fl-inkwiet. Iżda bla dubju ta' xejn, ir- rivelazzjoni ta' din l-ewwel parti tal-istaġun hija l-mixja ferm pożittiva li qed ikollhom Fgura UTD, wieħed mill- iżgħar timijiet f 'pajjiżna u debuttanti assoluti fl-1 Diviżjoni. Fgura UTD għal diversi snin ħadu sehem fit- tielet diviżjoni sakemm ħadu l-promozzjoni fl-istaġun 2011/12. Wara sena fit-2 Diviżjoni, is-sena li għaddiet rebħu l-promozzjoni għall-1 Diviżjoni għall-ewwel darba fl-istorja tal-klabb. Iżda dan ma kienx biżżejjed. Meqjus bħala tim li potenzjalment seta' faċilment jiġi relegat lura, Fgura UTD issorprendew lil ħafna meta b'wirja aqwa minn oħra ġabru punti importanti li sal-lum, mhux biss jidhru li se jevitaw ir-relegazzjoni, iżda saħansitra poġġewhom mat- timijiet ta' fuq, sfidanti għall- promozzjoni fil-Premier Division. Il-mixja ta' Fgura UTD hija ġustament meqjusa sorpriża, meta wieħed iqis li dan it-tim huwa kompost minn ħafna mill-plejers li lagħbu miegħu fit-2 Diviżjoni, b'xi żidiet żgħar fosthom it-tliet barranin Roland John Emeka (attakkant Niġerjan), Abdul Razak Mendi (Midfielder mill-Gana) u Juan Ruiz Perez (Difensur Spanjol) flimkien maż-żagħżugħ Niġerjan Abeeb Williams, li kien jifforma parti mit-tim tal- youths tal-istess klabb. L-età medja tal-plejers hija ta' 23 sena b'sitt plejers li għandhom inqas minn 22 sena. L-ikbar plejer mill-grupp ta' 20 għandu biss 27 sena. Sal-lum Fgura UTD huwa l-inqas tim li sofra telfiet (tnejn) fl-1 Diviżjoni u bla dubju l-iktar tim konsistenti wara li sa issa għaqqad 11-il riżultat pożittiv konsekuttiv (5 paritajiet u 6 rebħiet), wara Hibernians fil-Premier, l-aħjar fil-kampjonati kollha. It-tim immexxi minn Ramon Zammit, huwa mibni fuq difiża soda li anke l-istaġun li għadda kienet l-inqas li sofriet gowls. It- tim jaddotta stil ta' logħob avventuruż u pjaċevoli. Mistoqsi x'inhu s-sigriet wara dawn ir-riżultati pożittivi, il-kowċ jgħid li ma jħossx li jsir xi ħaġa speċjali. "Il-grupp huwa magħmul minn plejers żgħar li jridu jidhru, u dan jagħmluh b'ħafna xogħol, determinazzjoni u umiltà kbira. " Fil-fatt, fit-tim ta' Fgura ma jispikka l-ebda isem fuq l-oħrajn. "Is-sigriet mhux fl-ingredjenti, iżda fir-riċetta!" isostni Ramon Zammit. Bil-maqlub għal timijiet oħra, Fgura UTD ma approfittawx ruħhom mit-transfer window, u ma akkwistaw l-ebda plejer. "Kultant li tbiddel ħafna taħdem kontrik. Aħjar jekk għandek difett, taħdem fuqu, milli tibdel il-plejers barranin, jew tkabbar l-iskwadra." Zammit jemmen ukoll li dan huwa l-vantaġġ li jtuk il-plejers żgħażagħ. "Plejers żgħar fl-età', li għandhom attitudni tajba u li jixtiequ jimxu 'l quddiem, ikunu jridu jitgħallmu u allura jkunu aktar disponibbli. Tattikament tkun aktar versatili u allura tista' taddotta diversi sistemi. L-għatx u d-determinazzjoni li tara f 'għajnejn plejers bħal dawn, hija motivazzjoni minnha nnifisha." Assistejna għal sessjoni ta' taħriġ, fejn l-għaqda fil-grupp, il-ħbiberija bejn il-membri kollha, id- determinazzjoni, l-umiltà, dehru evidenti. Waqt il-logħob kompetittiv il- preparazzjoni fiżika u fuq kollox id-dixxiplina tattika, qed jgħinu lil dan it-tim jaqta' figura isbaħ minn oħra. "L-għan tagħna jibqa' wieħed realistiku u umli, però sakemm ir-riħ jibqa' jonfoħ u l-baħrin jibqgħu jridu....l- vapur jibqa' għaddej!" Joseph Farrugia, midfielder ta' Fgura waqt logħba mill-ewwel rawnd Liverpool idawru telfa f 'rebħa u jagħmluha għas-sitt rawnd tal-FA Cup LIVERPOOL irnexxielhom idawru telfa f 'rebħa ta' 2-1 kontra Crystal Palace biex b'hekk irnexxielhom jikkwalifikaw għas- sitt rawnd tal-FA Cup fl-Ingilterra. Il-gowls għar-Reds waslu minn Daniel Sturrtidge u Adam Lallana f 'temp ta' tmien minuti waqt li kienu Crsytal Palace li fetħu l-iskor kmieni fil- logħba eżattament fis- 16-il minuta permezz ta' Fraizer Campbell. West Bromwich Albion issorprendew meta kisbu rebħa kbira ta' 4-0 konta West Ham United bil- gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Brown Ideye u gowls ta' James Morrison u Saido Berahino. Tajjeb ngħidu li l-Hammers spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta fis-70 minuta tkeċċa għalihom il-plejer Morgan Amalfitano. Blackburn Rovers ġewwa darhom għelbu l-isfida ta' Stoke City bl-iskor kbir ta' 4-1 bil-gowls għalihom jaslu minn hat-trick ta' Joshua King u minn penalty ta' Rudy Gestede. Stoke City lagħbu nofs il-logħba b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Geoff Cameron fil-45 minuta. Kienu propju Stoke City li kienu fetħu l-iskor wara biss 10 minuti logħob permezz tal-plejer veteran, Peter Crouch. Reading barra minn darhom għelbu lil Derby County bl-iskor ta' 2-1 biż- żewġ gowls tagħhom jaslu minn Hal Robson-Kanu u Aiyegbeni Yakubu. Darren Bent kien ġab l-iskor indaqs momentarjament fis-60 minuta. Derby County spiċċaw jilagħbu b'10 plejers fil-logħba wara li tkeċċa għalihom il-plejer Stephen Warnock wara li rċieva żewġ karti sofor f 'temp ta' ftit minuti fl- ewwel taqsima. Intant, mill-Kampjonat Taljan Serie A TIM, Fiorentina barra minn darhom kisbu rebħa tajba ta' 3-1 fuq Sassuolo bil- gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Khouma Babacar u gowl waħdieni ta' Mohamed Salah man-nofs siegħa logħob. Min-naħa l-oħra l-gowl waħdieni ta' Sassuolo wasal mis-solitu Domenico Berardi fis-67 minuta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 February 2015