Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/463342
8 illum | Il-Ħadd 15 ta' Frar 2015 KEVIN Camilleri ta' 31 sena minn Ħal Qormi miet kawża ta' ġrieħi li sofra f 'Ġunju 1999 meta bomba li tpoġġiet mat-tieqa ta' appartament fejn kien joqgħod m'ommu fi Triq il-Fontanier f 'Ħal Qormi, splodiet. Imma għalkemm il-Pulizija għadhom iqisu dan il-każ bħala "omiċidju mhux solvut", tul dawn l-aħħar 15-il sena u tmin xhur għad hemm mistoqsija jekk il-bomba tpoġġietx minn xi ħadd li ried joqtol lil Camilleri jew kienx esperiment ta' Camilleri stess li mar ħażin. Il-kamra fejn kien joqgħod Kevin Camilleri kienet eżatt mat-triq u t-tieqa li kellu li tagħti għal barra kienet għolja inqas minn metru mil-livell tal- art. Faċli biex xi ħadd ipoġġi xi ħaġa fuq il-ħoġor tat-tieqa. It-tieqa tal-kamra ta' Camilleri fuq barra kellha tieqa tal- aluminju, wara kien hemm gradilja tal-ħadid li kienet isservi bħala sigurtà peress li t-tieqa kienet fil-livell tat-triq. Wara dan il-ħadid, fuq in-naħa ta' ġewwa, kien hemm tieqa oħra forma ta' persjana li kienet tinfetaħ 'il ġewwa bi tliet bibien. Mhux magħruf għaliex żewġ twieqi oħra tal-istess appartament li kienu fl-istess livell u li wkoll kienu jagħtu għal Triq il-Fontanier, ma kellhomx l-istess ħadid ta' sigurtà. Diffiċli jkun stabbilit x'ġara Kien hemm diversi teżijiet kemm mill-investigaturi, esperti u minn ħafna nies ta' x'seta' ġara fil-lejl ta' nhar it-Tnejn, 7 ta' Ġunju 1999. Minn dak li ġabru l-Pulizija minn diversi xhieda l-kobba aktar tħabblet u peress li kulma kellhom l-investigaturi kien raġel li nqatel kawża ta' splużjoni u l-ebda prova oħra, allura dan il-każ għadu qed jitqies bħala qtil mhux solvut. Li waslu għalih il-Pulizija kien li sa ftit ħin qabel ma seħħet l-isplużjoni, li qatlet lil Camilleri, il-vittma kien flimkien ma' żewġ persuni oħrajn, fosthom ċertu Alex Mallia, li dakinhar kellu 21 sena minn Ħal Qormi, magħruf bħala "x-Xokkijiet" u ċertu Ian Galdes magħruf bħala "in-Nemusa" li dakinhar kellu madwar 21 sena. Dawn marru jpejpu sigarett ħdejn il-pitch tal-boċċi li jinsab qrib l-appartament ta' Camilleri. Għall-ħabta tal-11.15pm tal- Ħadd, 6 ta' Ġunju, Mallia ħalla lil sħabu u telaq lejn id-dar u huwa mifhum li Camilleri u Galdes marru lura fl- appartament tal-vittma. Għall-ħabta tas-1.50am tat- Tnejn, 7 ta' Ġunju, instemgħet splużjoni u Kevin Camilleri safa vittma. Ian Galdes kien l-aħħar persuna li ra lil Camilleri ħaj. Galdes kien weħel seba' snin ħabs meta nstab ħati bl- involviment tiegħu fil-hold-up li sar fit-12 ta' Novembru, 2001 u li fih kien inqatel il-Pulizija Roger Debattista. Dakinhar Galdes kellu 19-il sena meta flimkien ma' Andy Calleja mix- Xgħajra, Mario Borg minn Ħaż- Żebbuġ u Mark George Falzon mill-Ħamrun, kienu wettqu hold-up fil-fergħa tal-BOV f 'Ta' Farsina f 'Ħal Qormi. Waqt dan il-hold-up Andy Calleja kien spara tiri fid-direzzjoni tal-Kuntistabbli Debattista u qatlu. Ian Galdes kien ingħata sentenza ta' seba' snin priġunerija li minnhom tnaqqas iż-żmien li kien miżmum taħt arrest preventiv. Galdes kien ħareġ mill-Ħabs ta' Kordin fit-3 ta' Novembru, 2006. Fl-1 ta' Marzu 2007 Galdes instab mejjet kawża ta' overdose ta' droga eroina fir-residenza ta' ommu fi Triq San Ġużepp f 'Ħal Qormi. Ħasbet li sploda s-sett tat- televiżjoni Kevin Camilleri kien ġuvni u kien joqgħod ma' ommu Frances Camilleri, li dakinhar tal-każ kellha 50 sena, fi Flat 1 Block XIV fi Triq il-Fontanier. Dakinhar l-omm daħlet torqod ftit qabel il-11.30pm għalkemm tiftakar li binha kien ilu d-dar minn xil-10pm fejn kien ma' sieħbu Mallia jilagħbu ċ-ċess. Hija ġiet imqajma mill-ħoss qawwi tal-isplużjoni għall-ħabta tas-1.50am u kif qamet xammet riħa ta' ħruq. Hija ħasbet li kien sploda t-televiżjoni li kien fil- kamra ta' Kevin. Kif marret tara x'ġara rat lil binha ħiereġ mill-kamra tiegħu u kulma semgħetu jgħid kien "Ajma, ajma, ajma" u spiċċa fl-art wiċċu 'l fuq. B'xokk fuqha Frances ċemplet lil bintha Antoinette, li kellha 26 sena u li kienet toqgħod mas-sieħeb tagħha f 'Ħal Qormi stess u qaltilha li kien sploda t-televiżjoni ta' Kevin u li Kevin kien weġġa'. Immedjatament Antoinette qalet lis-sieħeb tagħha, Simon Spiteri li kellu 30 sena, u t-tnejn marru għand ommha. Meta waslu sabu traġedja b'Kevin mal-art mimli dmija. Simon niżel ħdejn Kevin biex jara jekk kienx għadu qed jieħu nifs, iżda ma kien hemm l-ebda sinjal ta' ħajja. Ftit tal-ħin wara waslet l-ambulanza u meta l-infermiera eżaminat lill-vittma daret fuq Simon u qaltlu li ma setgħet tagħmel xejn. Fil-fatt Kevin Camilleri kien iċċertifikat mejjet fuq il-post minn Dr Antonella Mizzi miċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi. Fuq il-post marru diversi uffiċjali tal-Pulizija fosthom l-eks-Kummissarji George Grech u John Rizzo, l-eks- Supretendent Daniel Gatt u l-eks-Spetturi David Saliba u Mario Bonnici. Il-Maġistrat tal- Għassa, Dr Abigail Lofaro, illum Imħallef, ordnat inkjesta fejn ħatret diversi esperti fosthom lill-Perit Richard Aquilina, Imut bi splużjoni ta' bomba f 'Ħal Qormi fl-1999 John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Kevin Camilleri - il-vittma It-triq fejn seħħet l-isplużjoni Fuq il-lemin it-tieqa li magħha kien hemm il-bomba Omiċidju jew esperiment