Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/463342
Il-Ħadd 15 ta' Frar 2015 | illum 29 SPORTSillum Swieqi United u l-futbol tan-nisa FISSAJF tas-sena 2014, ftit ġranet biss qabel l-applikazzjonijiet ġew magħluqa, il-klabb tal- futbol tas-Swieqi United, applika biex anki hu jkollu t-tim tal-futbol tan-nisa biex ikun rappreżentat fil-Malta Football Association (MFA). Malli ġiet approvata l-applikazzjoni, x-xogħol beda ġmielu biex jifforma t-tim tal-futbol tan-nisa tas-Swieqi United. Sal- aħħar ta' Lulju, kien hemm madwar għoxrin plejer u flimkien mal-kowċ Andrea Vella, bdiet din l-avventura. It-trainee coaches Max Bartolo u Jochen Lenders, bdew jassistu wkoll fit- tħejjija għall-istaġun tal- futbol 2014/2015. Hemm taħlita ġmielha ta' nisa fit-tim f 'kuntest ta' esperjenza; nisa li qatt ma lagħbu futbol, nisa li kellhom esperjenza żgħira fil-futbol u nisa li kienu wkoll ma' timijiet oħra. Mill-bidu nett, xi ħaġa ta' min jammira kienet l-enerġija u l-entużjażmu li dawn in-nisa kellhom malli ingħaqad it-tim. Baqgħu b'din l-atmosfera pożittiva biex sal-lum bnew relazzjonijiet b'saħħithom bejniethom u joffru prestazzjonijiet ferm sodisfaċenti. Il-klabb beda wkoll jieħu ħsieb affarijiet amministrattivi, testijiet mediċi, kits u affarijiet oħra relatati. Il-klabb għamilha ċara li ma jimpurtax ir-riżultat jew kemm jaqilgħu gowls, iżda huwa aktar importanti li jieħdu gost jilagħbu futbol billi jirrispettaw lil kulħadd u r-regolamenti tal-futbol. Fil-futbol tan-nisa hemm kampjonat wieħed u Swieqi United kellhom jaffaċjaw timijiet ta' esperjenza bħal Hiberians u Birkirkara. Għalkemm kienu logħob iebsin, it-tim tan-nisa bdew irabbu kunfidenza, taħriġ wara taħriġ u laqgħu kull tip ta' sfida. F'Ottubru tas-sena 2014, it-tim tan-nisa tal- futbol tas-Swieqi United, iddebutta fil-kampjonat u ġie megħlub minn Tarxien b'riżultat ta' 5 - 0. Minkejja r-riżultat, dan it-tim beda xorta jattratta nies ta' fama bħal eks kowċ nazzjonali Pierre Brincat. Ġimagħtejn wara, it-tim tan-nisa tal- futbol tas-Swieqi United, akkwistaw l-ewwel punt mas-Sliema b'parità ta' 2-2 u akkwistaw rebħa oħra biex b'hekk spiċċaw l-ewwel round b'erba' punti. It-tim tan-nisa tal-futbol tas-Swieqi United, għelbu lil Lija/Iklin fin-Knock Out bir-riżultat ta' 8-0. B'hekk avvanzaw fil-Kwarti tal-Finali kontra t-tim tal- Hiberians li se tintlagħab fit-3 ta' Marzu 2015. Il-Kampjonat inqasam fi tnejn, Championship Pool u Sezzjoni B. Is-Swieqi United sabu ruħhom f 'Sezzjoni B u bdew fuq nota pożittiva b'rebħa kbira ta' 14-0 mal-Lija/Iklin, biex b'hekk kisbu rekord ġdid għall-klabb. Logħba biss wara, t-tim tal-futbol tan-nisa, għeleb lil Tarxien fil-Kampjonat, biex b'hekk illum jinsabu b'għaxar punti. Flimkien mal-coaches, insibu wkoll kumitat b'saħħtu ferm, fejn lest li jappoġġja lill-klabb mil-bidu sal-aħħar. Fost il-kumitat insibu lil Giulia Muscat u Becky Naudi, li jaħdmu b'ħeġġa u determinazzjoni biex il-klabb jimxi 'l quddiem mhux biss fil-klassifika iżda wkoll b'mod etiku u amministrattiv. Il-bqija tal-kumitat filwaqt li jappoġġja wkoll lit-tim tan-nisa tal-futbol b'mod amministrattiv, juri l-preżenza tiegħu waqt il- logħob. It-tim tan-nisa ta' Swieqi United li qed ikollu avventura mill-aqwa fil-futbol tan-nisa f'pajjiżna HUWA fatt magħruf li bħalissa Leo Messi għandu xi problemi personali mal- kowċ Luis Enrique. B'hekk qed iqumu spekulazzjonijiet fil-mezzi tax-xandir li Messi jista' jħalli lill-Katalani wara numru konsiderevoli ta' snin. Fil-fatt jidher li fil-jiem li għaddew Jose Mourinho għamel kuntatt ma' missier Leo Messi, Jorge Messi, fejn huwa stmat li Chelsea lesti joffru s-somma ta' xejn inqas minn €250 miljun biex jakkwistaw is-servizzi tal- fenomenu Arġentin. Però jekk dan iseħħ, Chelsea jkunu jistgħu jħabbtu wiċċhom mar-regoli tal-Financial Fair Play li f 'dawn l-aħħar xhur qed ikunu iktar stretti. Fil-fatt fl-aħħar jiem smajna kif Barcelona matul din is-sena mhux se jkunu jistgħu jagħmlu akkwisti ġodda minħabba li matul l-istaġun li għadda kisru r-regoli tal-Financial Fair Play li kienu jistipulaw li ma jakkwistawx plejers internazzjonali ta' taħt it-18-il sena. Dan qajjem diżgwid fil-klan Katalan tant li d-Direttur tekniku u eks goalkeeper Andoni Zubizareta safa mkeċċi mill-klabb Katalan. Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn il-passat riċenti, jista' faċilment jara li Chelsea qed josservaw bis-sħiħ ir-regoli tal-Financial Fair Play tant li ċedew lill-plejers importanti Juan Mata u David Luiz biex ikunu jistgħu jakkwistaw is-servizzi ta' Cesc Fabregas u Diego Costa u saħansitra kien għad fadlilhom flus il-bank x'jonfqu. Biex Chelsea jagħmlu l-istess jekk jirnexxielhom jakkwistaw lil Messi, probabilment Mourinho ikun irid ibigħ lil nofs l-iskwadra tiegħu, u għalhekk il-klabb irid isib għejjun oħra ta' dħul finanzjarju. Fost dawn jista' jkun hemm il-possibiltà li jinbiegħu d-drittijiet tal-isem ta' Stamford Bridge jew tat-training ground ta' Cobham. L-opportunità li Messi jaħdem ma' Mourinho kif ukoll ma' Fabregas li niftakruh jilgħab miegħu ma' Barcelona tista' tappella lil Messi. Madankolu l-possibiltà li Messi jingħaqad ma' Chelsea mhijiex daqshekk waħda sempliċi. Kif diġà għidna jeżistu bosta problemi bejn Luis Enrique u Leo Messi u qed tissemma l-possibiltà li saħansitra Barcelona jkeċċu lill-coach Spanjol biex jagħmlu żgur li l-fenomenu Arġentin ma jitlaqhom bl-ebda mod. Iżda jekk dan ma jsirx u Messi jibqa' mdejjaq bil-qagħda preżenti ta' Barcelona, jista' jkun li l-Katalani jaċċettaw is-somma astronomika ta' Chelsea. Fuq nota oħra minħabba li Barcelona ma jistgħux jakkwistaw plejers ġodda sa Jannar li ġej, dan jista' jġiegħel lill-istess klabb jaħsibha darbtejn fejn jidħol bejgħ ta' ismijiet kbar, minħabba li l-klabb ma jkunx jista' jingaġġa plejers ġodda biex jeħdilhom posthom. Jekk dan it-trasferiment ta' Messi ma' Chelsea jsir realtà jkun qed jaqbeż bil-bosta t-trasferiment rekord ta' Gareth Bale ma' Real Madrid li kien sewa s-somma elettrifikanti ta' €100 miljun. F'Mejju li għadda Messi ffirma kuntratt li jiskadi fl-2019 li jistipula li huwa jista' jinbiegħ għal somma viċin il-€200 miljun. Messi xejn m'huwa kuntent bl-avventura tiegħu ma' Barcelona speċjalment bir-relazzjoni tiegħu mal-kowċ Spanjol Luis Enrique Divorzju bejn Messi u Barcelona? "Kuntent ħafna li ngħaqadt ma' Pembroke Athleta" – Leon Zammit FTIT tal-jiem ilu, Pembroke Athleta akkwistaw lill-attakkant ta' 19 -il sena Leon Zammit b'self mingħand Birkirkara. Zammit hu meqjus bħala plejer promettenti ħafna tant li jilgħab ukoll mat-tim nazzjonali ta' pajjiżna fil-livell tal-youths. F'kummenti li Leon Zammit innifsu għadda mal-ġurnal ILLUM, huwa saħaq li "Ninsab kuntent ħafna li ngħaqadt ma' Pembroke Athleta. Ninsab eċitat għal din l-esperjenza ġdida fil-karriera tiegħi hekk kif se nkun qiegħed nifforma parti minn dan il-klabb li flimkien qegħdin nimmiraw għall- promozzjoni. Mill-ewwel ġurnata kont milqugħ tajjeb minn sħabi l-plejers, kowċis u staff u ta' dan nixtieq nirringrazzja lil kulħadd li jifforma parti mill-familja ta' Pembroke Athleta. Ninsab onorat li nifforma parti minn dan it-tim bi plejers ta' esperjenza fl-ogħla livell ta' futbol Malti u qed inħares 'il quddiem biex naħdem ma' sħabi l-plejers u mal- kowċ Jacques Scerri, sabiex nilħqu l-għanijiet tagħna bħala tim," temm jgħid Leon Zammit. Leon Zammit fl-azzjoni bil-flokk tat-tim nazzjonali tal-Youths