Illum previous editions

illum 15 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/463342

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

28 illum Il-Ħadd 15 ta' Frar 2015 SPORTSillum Meta t-tim nazzjonali tal-waterpolo kiseb l-ikbar rebħa -istorja tiegħu FI tmiem il-ġimgħa li għaddiet intlagħab l-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej tal- Waterpolo li se jsiru ġewwa Belgrad f 'Jannar tal-2016. It-tieni tournament se jintlagħab fix-xahar ta' Ottubru ġewwa Malta - it- timijiet li Malta se tilgħab kontriehom f 'Ottubru għadhom mhux magħrufa. Il-poloz ta' dan l-ewwel grupp ta' kwalifikazzjoni kienu telgħu f 'Novembru u x-xorti l-ħażina kienet li Malta ġiet fl-aktar grupp diffiċli minn erbgħa li ttellgħu madwar l-Ewropa kollha f 'dan it- tmiem il-ġimgħa li għadda. Malta kienet seed numru 2 imma bilfors kien li fi grupp minnhom żewġ timijiet li kienu seed numru 2 kellhom jiltaqgħu kontra xulxin. Ix- xorti ħażina misset lil Malta li telgħat fl-istess grupp mas- seed numru 2 - l-Olanda, li flimkien mal-ewwel seed Franza u r-raba' seed il-Latvja ffurmaw il-grupp li kellu jintlagħab ġewwa Utrecht, l-Olanda. F'dan it-tournament Malta kisbet rebħa storika hekk kif kisbet l-ikbar rebħa fl- istorja tagħha meta għelbet lil- Latvja bl-iskor impressjonanti ta' 36-1. Karl Izzo fejn ta iktar dettalji rigward dan it-tournament li ntlagħab f 'Utrecht fl-Olanda. Huwa saħaq li "It-taħriġ għal din il-kompetizzjoni beda fl-ewwel ġimgħa ta' Jannar u t-tim tiegħi kien qed jitħarreġ tliet darbiet fil-ġimgħa, minbarra fl-aħħar ġimgħa. Qabel it-tim telaq lejn l- Olanda kellna taħriġ komuni ma' tim Ungeriż, Miskolc, li qed jokkupa l-ewwel pożizzjoni tat-2 diviżjoni fl- Ungerija! Lgħabna total ta' 5 logħbiet ġo pitch ta' 25 metru peress li ma kellniex il- faċilità li nitħarrġu ġo pitch ta' 33 metru kif fil-fatt isiru l-logħob tal-waterpolo. It-taħriġ kien ikkaratterizzat fil-bidu minn diżgwid bejn l-ASA u t-tim ta' Sliema fuq nuqqas ta' ftehim dwar it-taħriġ liema diżgwid ġie rranġat wara laqgħa bejn il-kowċis tan-nazzjonal u l-kowċ tas-Sliema fil-preżenza ta' diriġenti taż-żewġ naħat. Wara din il-laqgħa kollox ġie għan- normal u l-plejers tas- Sliema reġgħu ngħaqdu mat- tim nazzjonali għat-taħriġ. Ta' min jgħid li ċerti plejers imsejħa fl-ewwel għażla ma setgħux jivvjaġġaw u jieħdu sehem f 'dan it-tournament ta' kwalifikazzjoni - John Brownrigg, Jerome Gabarretta minħabba problemi ta' xogħol, Zac Mizzi, Alex Attard, Marc Grech u Christian Cluett minħabba problemi ta' eżamijiet u Kai Dowling imweġġa'. Il-plejers li kienu qed jitħarrġu sal-aħħar imma kellhom jitwaqqgħu mill- iskwadra kienu ż-żgħażagħ promettenti Ben Plumpton u Andreas Galea kif ukoll il-goalkeeper veteran Dean Camilleri. Importanti nirrimarka li ngħaqad magħna wkoll il-plejer l-iktar rappreżentattiv u importanti għan-nazzjonal, Stevie Camilleri, li qed jilgħab fis- Serie A2 fl-Italja. Din kienet ta' boost qawwi għalija u għat- tim. Ta' min jgħid li mit-tim li rebaħ il-midalja tal-fidda ġewwa l-Commonwealth Waterpolo Games ġewwa Aberdeen kien hemm ħames plejers ġodda. Kien id-debutt f 'kompetizzjoni Ewropea għall-plejers Niki Grixti u Michael Rizzo. It-tim wasal ġewwa l-Olanda t-Tlieta filgħaxija, fejn immedjatament mar il-lukanda u dritt wara għall-ewwel sessjoni ta' taħriġ ġewwa l-pool ta' Zeist. Is-sessjoni kienet immexxija mill-assistant coach Anthony Farrugia peress li jiena mort nara l-logħba ta' ħbiberija bejn l-Olanda u l-Ġermanja ġewwa l-pool ta' EDE li jinsab 30 minuta 'l bogħod mil-lukanda. Hawnhekk mill- ewwel indunajt bil-progress kbir li kien għamel it-tim Olandiż mill-aħħar logħba li ltqajna magħhom ġewwa Malta. Fil-fatt it-tim Olandiż spiċċa rebbieħ bl-iskor ta' 14-12 kontra l-qawwa tat-tim Ġermaniż. L-għada l-Erbgħa kellna sessjoni ta' taħriġ filgħodu u filgħaxija kellna logħba ta' taħriġ li rnexxieli nirranġa ma' kuntatt li kelli l-Olanda - logħba kontra t-tim Olandiż tal-Polar Bears li qiegħed fl-ewwel post tal-Kampjonat Olandiż. Din kienet opportunità tajba ħafna biex nitħarreġ ġewwa pixxina ta' 33 metru. Lgħabna logħba uffiċjali u spiċċajna rebbieħa bl-iskor ta' 18-13. Kont kuntent bil-wirja tal-plejers in ġenerali. L-għada l-Ħamis kellna sessjoni ta' taħriġ. Erġajna kemm filgħodu kif ukoll filgħaxija - din tal-aħħar fil-pixxina ta' Utrecht fejn kellhom isiru l-logħbiet ta' kwalifikazzjoni - pool kemxejn ġdid bl-aqwa teknoloġija u apparat li tista' timmaġina - pool ferm sabiħ. L-għada l-Ġimgħa kienet il-ġurnata tal-ewwel logħba kontra Franza - kellna sessjoni ħafifa ta' taħriġ filgħodu biex imbagħad wara l-ikla ta' nofsinhar il-plejers kollha nġabru fil-kmamar biex jistrieħu. Il-logħba kienet skedata għad-9.15pm. Wara laqgħa li kellna f 'kamra tal-lukanda biex niddiskutu l-oppożizzjoni u t-tattika li kellna nużaw kontra t-tim qawwi Franċiż tlaqna lejn il- pixxina li kienet mimlija bin- nies – il-maġġor parti Olandiżi li kienu hemm qed jaraw lit-tim tagħhom jilgħab fl- ewwel logħba kontra l-Latvja. Kont diżappuntat ħafna bir-riżultat finali tal- logħba tagħna kontra l-Franċiżi imma iktar u iktar bil-wirja ħażina li tajna - anki jekk il-Franċiżi għadhom kemm ħadu sehem fil-Kampjonati Ewropej fis-sajf tal-2014 u qed jieħdu sehem fil- world league kontra timijiet b'saħħithom fil-waterpolo mondjali, kif ukoll kienu għadhom kemm ġejjin minn kampijiet ta' taħriġ ġewwa Spanja u t-Turkija. Id- distakk ta' 21 - 4 mhux distakk reali bejna u l-Franċiżi. Mill- bidu deher li kien se jkollna partita ħażina u hekk kien. Kont irrabjat għax tlifna tliet ċansijiet faċli one against zero waħedna quddiem il-lasta, kif ukoll is-seba' okkażjonijiet ta' raġel iktar Is-Sibt kienet il-ġurnata tat-tieni logħba kontra t-tim qawwi Olandiż - filgħodu ma kellniex sessjonijiet ta' taħriġ peress li l-logħba kienet skedata għat-3.30pm. Fil-laqgħa ta' qabel il-logħba tkellimt fit-tul dwar id- diżappunt tal-logħba kontra Franza, u għamilt premura fuq il plejers biex jagħtu risposta lili u lil kulħadd li nistgħu nilagħbu kontra dawn il-qawwiet u bi ftit attenzjoni nistgħu nġibu riżultati pożittivi u mhux negattivi bħal kontra Franza! Il-pixxina kienet iktar mimlija mill-ġurnata ta' qabel bil-pubbliku kważi kollu liebes l-oranġjo tal-Olanda. Kien hemm storbju kbir biex jgħin lit-tim Olandiż f 'rebħa oħra importanti kontrina! Mill- ewwel indikazzjonijiet kien jidher li l-plejers tiegħi niżlu mentalment ferm aħjar mil- logħba tal-ġurnata ta' qabel - sa iktar min nofs il-logħba konna f 'parità jew b'gowl minn taħt, imma f 'nofs it-tielet sessjoni bdiet tidħol l-għejja u kompliċi d-deċiżjonijiet strambi tar-referi Ukren tlifna r-ritmu u spiċċajna telliefa bl-iskor rispettabli ta' 19-11. Ta' min jgħid ukoll li qabel dan it-tournament it- tim Olandiż kellu taħriġ qawwi kontra timijiet b'saħħithom bħal Turkija, Ġermanja u Awstralja. Il-Ħadd filgħodu kienet il-ġurnata tal-aħħar logħba kontra t-tim ġdid tal-Latvja. Kont konxju li kienet se tkun logħba faċli ħafna u kelli l-lussu li nserraħ il-plejers li jew kienu għajjenin jew kellhom xi injury żgħira wara ż-żewġ logħbiet kontra Franza u l-Olanda. Il-plejers li ma lagħbux kienu plejers ferm importanti li kienu parti mill-ewwel seba' plejers ta' din l-iskwadra bħal Alan Borg Cole, Matthew Zammit, Mark Meli u l-captain Niki Lanzon. Il-captain għal din il-logħba - l-ewwel darba għalih kien Stevie Camilleri. Ironikament kien l-akbar skor qatt miksub mit-tim nazzjonali Malti tal- waterpolo - skor finali ta' 36-1. Wara l-logħba l-plejers kellhom nofs ta' nhar ta' mistrieħ u rritornajna lura Malta t-Tnejn kmieni filgħodu. Kienet mawra pożittiva u ta' esperjenza kemm għalija kif ukoll għat-tim. Lgħabna kontra żewġ nazzjonijiet qawwija bħal Franza u l-Olanda - żewġ nazzjonijiet bi plejers professjonali li jitħarrġu sitt sigħat kuljum - żewġ nazzjonijiet li għandhom plejers jilagħbu fl-aqwa Kampjonati Ewropej bħal dak Spanjol, Serb u Ungeriż! Ninsab kuntent bil- prestazzjoni tal-plejers kollha. L-iktar li spikkaw kienu Stevie Camilleri fuq kulħadd, Matthew Zammit , Jordan Camilleri, Alan Borg Cole u Michael Rizzo, imma l-oħrajn kollha taw kontribut siewi f 'kull logħba li lgħabna! Issa l-ħsieb tiegħi jmur lejn it-tournament li se nilagħbu fl- aħħar ta' Marzu tal-8 nations li sejrin niddefendu ġewwa d-Danimarka, biex imbagħad insegwi l-Kampjonat tas- sajf biex nagħżel l- iskwadra għat-tieni tournament ta' kwalifikazzjoni ta' Ottubru," temm jgħid Karl Izzo. Il-plejers li urmaw parti mit- tim nazzjonali tal-waterpolo li tela' u pparteċipa -Olanda kienu: 1 Alan Borg Cole 2 Niki Lanzon 3. Peter Borg 4. Michele Stellini 5. Mark Meli 6. Matthew Zammit 7. Stevie Camilleri 8. Jordan Camilleri 9. Daniel Paolella 10. Clint Mercieca 11. Michael Rizzo 12. Dino Zammit 13. Niki Grixti It-tim nazzjonali tal-waterpolo f'Utrecht, l-Olanda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 February 2015