Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/463342
Il-Ħadd 15 ta' Frar 2015 | illum 11 - Supply and Installation of a Video Wall Display System – T010/15 Data ta' ħruġ: 5 ta' Frar 2015 / Data ta' għeluq: 6 ta' Marzu 2015 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jattendu għall-workshops organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training (CDRT), it-Telgħa ta' Sa Maison, il-Furjana. F'dawn il-workshops, operaturi ekonomiċi jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. 2123 4710 www.mita.gov.mt Sejħa għall- OFFERTI ILMITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) ILMITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: ILMITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Stedina lill-artisti Stedina lill-artisti biex jesebixxu kull tip ta' arti fiċ-ċentru f 'Ta' Duna, ir-Rabat. Kuntatt b'SMS fuq 79430415. tkun perikoluża hemmhekk hu jkun qed jassumi r-responsabbiltà. Il-fuljett li jkun jinsab fil-kaxxa ta' kull prodott mediċinali huwa importanti ferm għaliex ikun jinkludi kull dettall u kull biċċa informazzjoni li hemm bżonn li wieħed ikun jaf qabel jieħu l-mediċina. Anke f 'każ li persuna tkun insiet issaqsi lit-tabib jew spiżjar dwar xi dettall dwar il-mediċina, din l-informazzjoni għandha ssibha hemm. Dawn l-istess fuljetti, wieħed tajjeb li jaqrahom ukoll minħabba li jkun hemm listi ta' mediċini oħra li wieħed ma jkunx jista' jeħodhom magħhom għax ma jkunux jaqblu flimkien u anke fl-eventwalità li persuna jkollha xi kundizzjonijiet jew allerġiji eżistenti li hemm ċans li jagħmlu effett negattiv fuqha. Fuq l-istess fuljetti mediċinali, wieħed isib ukoll id-direzzjonijiet ta' kif wieħed għandu jaħżen il-pilloli u l-mediċini tiegħu. F'ċertu mediċini, jkun hemm istruzzjonijiet partikolari bħal pereżempju xi temperatura baxxa allura tkun trid tinżamm fil-friġġ. Però, fil-maġġoranza l-kbira tal-każi, l-istruzzjonijiet ikunu sempliċi. Hemm bżonn li dawn ikunu maħżuna f 'temperatura ta' mhux aktar minn 25C, kif ukoll għandha tiġi protetta minn umdità, temperaturi għoljin u dawl dirett. Għalhekk għandhom jiġu evitati kmamar tal-banju, kċejjen wara xi twieqi fejn ikun hemm dawl dirett sabiex il-mediċini jibqgħu tajbin. Bħalma jkun imniżżel fuq kull kaxxa tal-mediċina, hi ħaġa mill- aktar importanti li dawn jitqiegħdu f 'postijiet li ma jistgħux jiġu milħuqa mit- tfal. F'ċerti sitwazzjonijiet, naraw nies li jippreferu tilqima milli pilloli iżda dan mhux dejjem ikun possibli. Dan għaliex għalkemm huwa minnu li l-injezzjonijiet ikunu effettivi aktar malajr, jiddependi mill-marda jew kundizzjoni. L-injezzjoni tagħmel effett iktar malajr minħabba li l-mediċina tkun qed tmur direttament fid-demm waqt li bil-pilloli, jkun hemm bżonn li dawn l-ewwel jitkissru fl-istonku biex jgħaddu ħalli jiġu assorbiti mill-ġisem. Hija wkoll ħaġa popolari li nisimgħu biex wieħed joqgħod attent meta jkun qed jieħu xi mediċina biex din ma titteħidx fuq stonku vojt, għalhekk niġu mħeġġa nieklu xi ħaġa qabel ma nieħdu l-medikazzjoni. Però dan mhux dejjem huwa l-ideal għaliex jiddependi mill-mediċina li tkun qed tiġi kkunsmata. F'ċerti każi ta' mediċini kontra l-uġiegħ eżempju aspirina huwa ideali li tiekol qabel biex tnaqqas ir-riskju ta' xi ulċeri fl- istonku. Kuntrarju għal kif jaħsbu ħafna, għall-pilloli tal-paracetamol komuni ma tagħmilx differenza jekk jitteħdux fuq stonku vojt jew mimli. Ovvjament, kull pillola jkollha d-direzzjonijiet tagħha li għandhom jiġu segwiti għall-konsum. Finalment, huwa dejjem ta' importanza kbira li wieħed jikkonsulta mal-professjonist mediku tal-għażla tiegħu għaliex il-mediċina hija xi ħaġa serja u li taf tkun anke perikoluża jekk ma tiġix ikkunsmata kif suppost u meta hemm bżonnha. Qatt m'għandek tieħu xi mediċini mingħajr konsultazzjoni sempliċiment għaliex tkun qed tħoss l-istess sintomi. "Ma tistax tieħu mediċina fuq parir ta' xi ħbieb sempliċiment għax fuqhom kienu ħadmu" Pulizija sfaw aggrediti minn mara fis-sakra GĦAL darb'oħra membri tal-Korp tal-Pulizija sfaw aggrediti minn mara li kienet fis-sakra waqt il- qadi ta' dmirijiethom meta rrispondew fuq sejħa ta' argument f 'ħanut tax-xorb f 'Ħal Tarxien. Josianne Grech ta' 29 sena minn Birkirkara qed tinżamm taħt arrest preventiv wara li ċaħdet l-akkużi kollha. Il-każ seħħ tard il-Ġimgħa għall-ħabta tat-8.30 p.m. meta ntalbet l-assistenza tal-Pulizija minħabba xi argument jaħraq f 'ħanut tax-xorb f 'Ħal Tarxien. Meta l-Pulizija waslu fuq il-post la sabu li kien hemm argument u lanqas xi storbju. Kif kienu se jmorru lura avviċinathom Grech li dehret li kienet taħt l-influwenza qawwija tal- alkoħol. Il-mara allegat li s-sieħeb tagħha kien aggrediha bi flixkun. Għalkemm ma kellha l-ebda ġrieħi viżibbli, il-Pulizija qalulha biex tmur iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid u ġġib ċertfikat. Dak il-ħin tfaċċa s-sieħeb tagħha li meta kellmuh il-Pulizija ċaħad l-allegazzjonijiet tal-mara. Kif il-mara semgħet dan saret aggressiva tant li nstemgħet titkellem oxxen u anke bdiet tinsulenta lill-Pulizija u lill- familji tagħhom. Kif il-Pulizija ppruvaw jikkalmawha, qabdet tazza tal-ħġieġ u xeħtitha lejhom. Hekk kif is-sieħeb tagħha kien se jibda jwarrab, hija marret għalih u kemm bil-fixkla u x'aktarx minħabba l-istat ta' sakra li kienet fih, tfixklet u waqgħet fl-art. Minkejja l-attitudni tagħha fil-konfront tal-Pulizija, l-istess Pulizija marru jgħinuha biex tqum mill-art, iżda minflok ma rringrazzjathom bdiet tagħti bis-sieq lill-istess Pulizija fejn wieħed minnhom intlaqat ħafif. Wara ftit tal-ħin is-sitwazzjoni kkalmat u l-mara telqet minn fuq il-post. Iżda minflok marret biex tkun invistata minn tabib bħalma ssuġġerewlha l-Pulizija, hija marret f 'post ieħor f 'Ħal Tarxien fejn qed ikun allegat li kellha argument ma' persuni oħrajn. Għal darb'oħra l-Pulizija marru fuq il-post biex jarrestaw lill-mara. Kif indunat bil- preżenza tal-Pulizija, il-mara ħarbet minn fuq il-post bil-Pulizija jiġru warajha fejn inżammet qrib il-Knisja Parrokjali ta' Ħal Tarxien. Kif kienet qed tinżamm, il-mara beżqet fid-direzzjoni tal-Pulizija u anke ppruvat taggredihom. Wara li ġiet imrażżna, il- Pulizija ħadu lill-mara ċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid fejn Grech kompliet tkun aggressiva u għal darb'oħra tat bis-sieq lill-Pulizija. Ilbieraħ Josianne Grech tressqet il-Qorti mill-Ispettur Spiridione Zammit fejn ġie akkużata quddiem il-Maġistrat tal-Għassa, Dr Consuelo Scerri Herrera, li ħebbet u weġġgħet membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom u żewġ persuni oħra f 'Ħal Tarxien. Grech ġiet akkużata wkoll li kkawżat ġrieħi ta' natura ħafifa fuq membru tal- Korp tal-Pulizija. Hi wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrieha u qed tinżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Din ma kintx l-ewwel darba li Josienne Grech ġiet fl-inkwiet mal-ġustizzja. F'Novembru tas-sena l-oħra hija ammettiet quddiem il-Maġistrat Carol Peralta li fid-19 ta' Lulju tal- 2014, għall-ħabta tal-4pm fil-Gżira kienet kompliċi ma' persuni oħra biex tat in-nar fuq ir-residenza ta' koppja mill- Gżira. Intant il-Ministru Carmelo Abela fi Tweet qal li għal darb'oħra hu jikkundanna l-vjolenza fuq il-pulizija u jitlob għal rispett lejn nies li xogħolhom huwa proprju l-ħarsien tas-sigurtà.