Illum previous editions

illum 15 February 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/463342

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

16 illum | Il-Ħadd 15 ta' Frar 2015 Il-Punt ISSENA li għaddiet il- Gvern ressaq b'suċċess il-Liġi dwar l-Unjoni Ċivili li tat l-istess dinjità lill-koppji tal-istess sess u koppji ta' sess differenti. Issa qed nippreżentaw proposta ta' liġi – l-Att dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u Karatteristiċi tas-Sess - li għandha twassal għal qabża oħra fil-kwalità tal-ħajja tal-persuni LGBTIQ – speċjalment dawk trans, genderqueer u intersess. Għalkemm hemm ħafna x'jingħad fuq dan l-abbozz ta' liġi, se nikteb mill-perspettiva ta' x'jgħidu istituzzjonijiet u għaqdiet internazzjonali dwar id-drittijiet ta' persuni trans u intersess. Il-Kummissarju għad- Drittijiet tal-Bniedem tal- Kunsill tal-Ewropa fl-2009 ippubblika Issue Paper intitolata "Id-Drittijiet tal- Bniedem u l-Identità tal- Ġeneru" li kienet bagħtet messaġġ importanti lill- istituzzjonijiet l-oħra u lill-gvernijiet, li l-problemi tal-persuni trans ma setgħux jibqgħu jinkinsu taħt it- tapit. Il-Kummissarju kien irrakkomanda lill-Istati Membri li: 1. Jimplimentaw l-istandards tad-drittijiet tal-bniedem mingħajr diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-identità tal-ġeneru fil-liġi nazzjonali li tindirizza d-diskriminazzjoni. Dan daħħalnieh f 'dan l-abbozz u morna lil hinn minn hekk billi daħħalna obbligu ta' ugwaljanza. 2. Idaħħlu liġijiet kontra d-delitti ta' mibgħeda li tipprovdi protezzjoni speċifika lil persuni trans minn atti kriminali ta' natura transfobika. Filwaqt li dan diġà jifforma parti mil-liġi Maltija, aħna qed insaħħu dan il- provediment bi protezzjoni ġdida għall-persuni genderqueer u intersess. 3. Jinkludu l-proċeduri għar-rijassenjar tal-ġeneru, bħat-trattamenti ormonali, kirurġiċi u appoġġ psikoloġiku fis-sistema nazzjonali tas-saħħa pubblika u aċċessibbli għal persuni trans. Il-Baġit 2015 ta indikazzjoni li l-gvern kommess li jiffaċilita dan il-proċess u jevalwa kif l-aħjar isir u sa fejn nistgħu naslu. 4. Jiżviluppaw proċeduri għall-bdil tal-isem u s-sess tal-persuni trans fuq iċ- ċertifikat tat-twelid, il-karta tal-identità, il-passaport, iċ-ċertifikati tal-edukazzjoni u ċertifikati oħra mingħajr dewmien u b'mod trasparenti. 5. Jabolixxu tar-rekwiżit tal- isterilizzazzjoni u obbligi oħra għal trattamenti mediċi bħala parti mir-rekwiżiti legali sabiex l-identità tal- ġeneru tal-persuna tkun rikonoxxuta skont il-liġi li tirregola l-proċess tal-bdil tal-isem u s-sess fuq id- dokumenti uffiċjali. 6. It-tneħħija tar-rekwiżit li persuni trans iridu jkunu single jew inkella jiddivorzjaw sabiex jibdlu l-identità tagħhom u minflok jitħallew jibqgħu fi żwieġ eżistenti meta jkun inbidlilhom il-ġeneru fuq dokumenti uffiċjali. Dawn it-tliet rakkomandazzjonijiet kollha ġew milqugħa u inklużi fl-Abbozz. 7. Il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta' politiki sabiex tkun miġġielda d-diskriminazzjoni u l-esklużjoni li jħabbtu wiċċhom magħha l-persuni trans fis-suq tax-xogħol, fl-edukazzjoni u fis-saħħa. Dan l-abbozz ipoġġi obbligu fuq il-Gvern sabiex kull dipartiment u kull uffiċċju tiegħu jiżgura l-ugwaljanza. Barra minn hekk, ministeri diversi qed jaħdmu flimkien sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet differenti li jaffettwaw ir-realtajiet ta' kuljum ta' persuni trans. 8. L-involviment tal-persuni trans u l-organizzazzjonijiet tagħhom fl-iżviluppar u l-implimentazzjoni tal- politika u miżuri legali li jirrigwardawhom. Dan għamilnieh b'ħidma sħiħa mal-Kunsill Konsultattiv LGBTI. Transgender Europe (TGEU) bagħtitilna sottomissjoni ta' inkoraġġiment u awgurju li dan l-abbozz ikun addottat u qalet hekk: "TGEU tilqa' din il-proposta ta' liġi bħala ground-breaking bl-attenzjoni konsegwenti tagħha fuq ir-rispett tad- drittijiet tal-bniedem tal- persuni trans. It-test propost qed jistabbilixxi punt ta' referenza ġdid għal-leġislaturi fl-Ewropa dwar ir-rikonoxximent u l-protezzjoni ta' persuni trans fil-proċeduri ta' rikonoxximent tal-ġeneru u oqsma oħra tal- ħajja... Il-proċedura ppreveduta se tissodisfa l-istandards tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-proċeduri ta' rikonoxximent tal-ġeneru biex ikunu "trasparenti, aċċessibbli u jsiru f 'qasir żmien." TGEU tinkoraġġixxi stati oħra biex jirrevedu u jirriformaw il- leġislazzjoni tagħhom bl-istess għan u f 'dan l-ispirtu tal-liġi Maltija." Rakkomandazzjoni oħra dwar persuni intersess ġiet mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa fl-2013 fejn talbet lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-ebda tarbija jew minuri ma tkun suġġetta għal trattament mediku jew kirurġiku li mhux għall-bżonn mediku tal-persuna, imma jkun ta' natura kosmetika. L-Assemblea talbet li l-integrità fiżika tkun garantita, u bħalha l-awtonomija u l-awtodeterminazzjoni tal-persuna konċernata. L-Assemblea rrakkomandat ukoll li l-familji bi tfal intersess jingħataw counselling u appoġġ skont kif ikollhom bżonn. Dan kollu qed nagħmluh. Min-naħa tiegħu l-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa wkoll ġibed l-attenzjoni għas-sitwazzjoni preżenti tal-persuni intersess f 'Mejju li għadda meta kien fostna għall-konferenza tal- IDAHO. Fil-Human Rights Comment tiegħu intitolat A boy or a girl or a person – intersex people lack recognition in Europe hu talab lill-gvernijiet Ewropej sabiex jirrevedu l-liġijiet u l-prattiċi mediċi tagħhom u jidentifikaw in-nuqqasijiet preżenti fil-protezzjoni tal-persuni intersess, u jintroduċu miżuri li jindirizzaw dawn is-sitwazzjonjiet. Hu talab lill-policymakers biex jinvolvu s-soċjetà ċivili bħall-Organisation Intersex International Europe (OII- Europe) u l-ILGA-Europe f 'din il-ħidma. Aħna ħdimna bis-sħiħ mal-OII-Europe u l-ILGA- Europe li saħansitra bagħtulna sottomissjonijiet għall- konsultazzjoni pubblika. OII-Europe bagħtitilna sottomissjoni ta' tama li dan l-Abbozz ikun addottat mill- Parlament Malti u li jservi ta' ispirazzjoni għal gvernijiet oħrajn madwar id-dinja, u qalu hekk: "Waqt li s-sena 2014 tiġi fi tmiemha, riforma storika qed iseħħ fi ħdan il-kodiċi legali Maltija. Biż-żieda tal- karatteristiċi tas-sess fl-abbozz, qed jittieħdu passi storiċi li se jtemmu kirurġiji ġenitali kosmetiċi u mhux medikament neċessarji fuq trabi intersess iggwidati mill-aspettattivi soċjali li huma infurzati mill- mudell tas-sess binarju... OII-Europe tħeġġeġ lill- gvernijiet ta' pajjiżi oħra, flimkien mal-Parlament Ewropew u lill-entitajiet ta' teħid ta' liġi oħra biex iħarsu lejn ir-riforma tal-liġi f 'Malta u jadottaw riforma simili f 'pajjiżhom u fir-reġjun tagħhom. B'hekk jiġu fit- tmiem tagħhom l-għexieren ta' snin ta' interventi riparattivi abbużivi u interventi kirurġiċi li huma "gender confirming" li għadhom iseħħu madwar id- dinja kollha." Din il-liġi tilħaq l-istandards kollha tal-lum tad-drittijiet tal- bniedem. Din hija opportunità biex fil-Parlament Malti naħdmu flimkien u nilleġislaw favur dan l-Abozz, favur id- dinjità u d-drittijiet ta' persuni trans, genderqueer u intersess. Helena Dalli hija l-Ministru tad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u l-Libertajiet Ċivili HELENA DALLI Id-dritt għall-identità tal-ġeneru huwa dritt fundamentali "L-ebda tarbija jew minuri m'għandha tkun suġġetta għal trattament mediku jew kirurġiku li mhux għall-bżonn mediku tal-persuna" Ħelwa tal-lewż miksija biz-zokkor li tittiekel l-aktar fil-Karnival. Dari kienu jkantaw din it-taqbila fi żmien il-Karnival: • Maskarat tini perlina, għax warajk għandek xadina. Minflok waħda tini tnejn, għax tiddobba xi daqqtejn. Ġejja mit-Taljan perlina, jiġifieri perla żgħira. • https://www.facebook.com/kelmakelma.mt https://twitter.com/kelmakelma_mt https://www.youtube.com/user/kelmakelmamt : Il-kelma tal-ġimgħa DR Michael Spagnol PERLINA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 February 2015