Illum previous editions

illum 8 march 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/475087

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 31

€1.00 Nr 438 • 08 ta' Marzu 2015 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST Elezzjonijiet Kunsilli Lokali 2015 Il-unjins ma jaqblux fuq ix-xogħol prekarju JOHN BUSUTTIL "DAWN l-elezzjonijiet huma ż-żmien tal-prova għal Partit Nazzjonalista wara żewġ telfiet kbar fl-aħħar sentejn." Dan qalu s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said f 'kumment ma' din il-gazzetta. Żied jgħid li dawn l-elezzjonijiet huma test elettorali importanti għall-partit li jinsab fl-oppożizzjoni. "Dan hu kampjun enormi li jagħtina indikazzjoni qawwija jekk aħniex mixjin fuq il-binarji t-tajba." Is-Segretarju Ġenerali qal li l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali huma elezzjonijiet li normalment imorru aktar fuq in-naħa tal-Labour. "Il-lokalitajiet dejjem kienu b'xaqliba akbar Laburista, tant li minn 34 lokalità, il- Partit Nazzjonalista jirbaħ 14-il lokalità minnhom." Chris Said saħaq li l-għan ewlieni tal-PN hu li jtejjeb ir-riżultat ta' tliet snin ilu. "Inkun ferm sodisfatt jekk jirnexxilna nnaqqsu d-distakk ta' 17-il punt li kien hemm bejna u l-Partit Laburista fejn aħna kellna 40% tal-voti bil-Partit Laburista jkollu 57%. Illum għandna tim ġdid fl-amministrazzjoni u għalhekk irridu ntejbu r-riżultat ta' 3 snin ilu biex ikollna indikazzjoni li l-partit beda jaqdef 'il quddiem." Test elettorali importanti għall-PN – Chris Said Ara paġni 10-11 "Riforma ħolistika fil-qasam tal- ġustizzja" "Spiċċat il-paċenzja li nisimgħu l-prietki" Fil-qasam tas-saħħa għadna bla pjan - Frank Portelli "WAĦDA mill-wegħdiet l-aktar importanti tal- Partit Laburista għall- elezzjoni ġenerali baqgħet ma seħħitx." Dan qalu l-President tal-UĦM, Jesmond Bonello li saħaq mal-ILLUM li l-prekarjat kien u għadu hemm. "Dawn l-aħħar sentejn konna ftit diżappuntanti minħabba l-fatt li kien hemm numru ta' aspettativi mill-ħaddiema li sal-lum għadhom ma twettqux. Jekk kien hemm ħaddiema li kienu fil-prekarjat sal-lum dawn għadhom fl-istess sitwazzjoni, kemm jekk huma tal-kuntrattur kif ukoll jekk dawn huma msejħa self- employed." Intant, il-GWU taħsibha mod ieħor dwar il-prekarjat bis-Segretarju Ġenerali Tony Zarb jgħid li hu fatt ċar li f 'sentejn ta' Gvern Laburista l-affarijiet imxew 'il quddiem. "Il-Gvern ħa ħsieb li jtejjeb l-interessi tal-ħaddiema, speċjalment dawk vulnerabbli li kienu jaħdmu bil-prekarjat. Ħa diversi miżuri biex il-prekarjat jinqered minn pajjiżna - fosthom billi din il-ġimgħa stess waqqaf tribunal għal Sanzjonijiet Kummerċjali fejn min jippersisti bil-prattiki tal- prekarjat se jiġi blacklisted. Għalkemm iż-żewġ unjins ma qablux fuq il-prekarjat, qablu però fuq is-servizzi ta' childcare b'xejn għall-familji. It-tnejn faħħru l-inizjattiva tal-Gvern u qalu li kienet waħda pożittiva favur il- ħaddiema speċjalment dawk femminili. "FEJN tidħol is-saħħa, il-Gvern għadu bla pjan." Dan qalu l-eks deputat u eks president tal-Partit Nazzjonalista Frank Portelli f 'kummenti ma' din il-gazzetta dwar is- sentejn ta' Gvern Laburista. Portelli qal li hu jemmen li fejn tidħol is-Saħħa Nazzjonali, il-Gvern għadu ma wasalx, allavolja għaddew sentejn minn meta rebaħ l-elezzjoni. "Kieku ma kienx għall- ħidma kontinwa ta' tobba, infermiera u paramediċi, kieku l-pazjent qiegħed ħafna agħar milli hu llum." Portelli qal li l-Isptar Mater Dei, li hu l-flagship tas-sistema tas-saħħa f 'Malta, hu kbir fiżikament iżda b'ħafna spazju moħli f 'kurituri u fl-istess ħin hu żgħir wisq għall-bżonnijiet tal-popolazzjoni ta' Malta. "Żid ma' dan il-fatt li hemm nuqqas kbir fil-kura primarja u għandek dak li tista' ssejjaħlu l-perfect storm. Żewġ maltempati deħlin f 'xulxin." It-Tabib Portelli saħaq li numru kbir ta' pazjenti qed imorru Mater Dei meta dawn jistgħu faċilment jiġu trattati fil-kura primarja mit-tabib tal- familja jew f 'ċentru tas-saħħa. PAĠNA 16 PAĠNA 17 SLIEMA 64, Tower Road. Tel: 2132 3307 VALLETTA 25, Treasury Street. Tel: 2124 7770 www.facebook.com/7camiciemalta Il-prekarjat kien u għadu hemm - Jesmond Bonello UĦM Ikompli f 'paġna 2

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 march 2015